Franza

pajjiż fl-Ewropa tal-Punent

Franza (Franċiż: France), uffiċjalment ir-Repubblika Franċiża (Franċiż: République française), hi pajjiż fl-Ewropa tal-Punent. Il-belt kapitali tagħha hi Pariġi. Hi membru tal-Unjoni Ewropea. Franza hi maqsuma f'18 régions li huma suddiviżi f' départements.[5]

Repubblika Franċiża
Repubblika Franċiża – Bandiera Repubblika Franċiża – Emblema
Mottu: Liberté, Égalité, Fraternité
“Libertà, Ugwaljanza, Fraternità”
Innu nazzjonali: La Marseillaise
Pożizzjoni ta' Franza (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur)
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Pariġi
48°52′N 2°19.59′E / 48.867°N 2.3265°E / 48.867; 2.3265

Lingwi uffiċjali Franċiż
Gruppi etniċi  Franċiżi
Gvern Repubblika semipresidenzjali
 -  President Emmanuel Macron
 -  Prim Ministru Michel Barnier
Leġislatura Parlament
Formazzjoni
 -  L-Ewwel Repubblika Franċiża 1792 
 -  Kostituzzjoni attwali 1958 
Sħubija fl-UE 25 ta' Marzu, 1957
Erja
 -  Total 674,843 km2 (40)
260,558 mil kwadru 
 -  Densità 115/km2 (89)
297/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2008
 -  Total $2.086 triljun[1] 
 -  Per capita $33,334[1] (18)
PGD (nominali) stima tal-2009
 -  Total $2.499 triljun[1] 
 -  Per capita $39,922[1] (16)
Gini (2002) 26.7 
IŻU (2008) 0.956 (għoli) (11)
Valuta Ewro,[2] CFP Franc[3] (EUR, XPF)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku +33
TLD tal-internet .fr[4]
Ara l-għalqa tal-lavanda lejn Mont Ventoux, Provenza/Provença
Iċ-ċirku ta' Gavarnie, li jinsab fid-dipartiment ta' Hautes-Pyrénées, huwa Sit ta' Wirt Dinji li huwa parti mill-firxa tal-muntanji tal-Pyrenean.
Korsa ta' fuq tal-Garonne hekk kif tidħol fit-territorju Franċiż qrib il-komun ta' Fos.
Geu (Hautes-Pyrénées, Franza) - Veduta tar-raħal u l-pic of Pibeste.
Pajsaġġ fil-viċinanza ta' Irouleguy, fin-Navarra t'Isfel, Ġunju 2009
Lag Pavin (Lac Pavin) ta' Franza
Pajsaġġ ta' Vico, Corse-du-Sud
Kastell ta' Lacave (Lacave-Chateau), Quercy (Oċċitan: Carcin) huwa reġjun naturali u ex provinċja ta' Franza. Matul ir-Reġim l-Antik kienet tinkludi d-djoċesi ta' Cahors, li kienet estiża minn Souillac sa Montauban, li tgħaddi minn Figeac.
Il-Pont du Gard huwa akkwadott li jinsab fin-nofsinhar ta' Franza mibni mill-Imperu Ruman. Hija tinsab ħdejn ir-raħal ta' Remoulins, fid-dipartiment tal-Gard. Il-pont inbena matul l-1 seklu wara Kristu. C. u kien parti mill-akwedott ta' Nîmes, pajp idrawliku twil 50 kilometru misjuq bil-gravità li jġorr l-ilma minn nixxiegħa f'Uzès sal-kolonja Rumana ta' Nemausus (Nimes).

Il-pajjiż ilu wieħed mill-potenzi dinjin mill-aħħar tas-Seklu 17. Fis-sekli 18 u 19, bena imperu kolonjali kbir mifrux mal-Afrika tal-Punent u l-Asja tax-Xlokk. Illum dan m'għadux jeżisti. Hu l-pajjiż li l-iktar iżuruh nies fid-dinja. Madwar 82 miljun turist barrani jżuru kull sena.[6] Franza hi membru fundatur tal-Unjoni Ewropea. Għandha l-iżjed art kbira fl-Unjoni. Franza hi wkoll membru fundatur tal-Ġnus Magħquda, u membru tal-G7 u tan-NATO.[7] Hi wieħed mill-ħames membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Għandha Armi Nukleari, inklużi testati attivati, u għandha wkoll impjanti nukleari tal-elettriku.

Fost il-bliet l-iżjed magħrufa fi Franza insibu 'l Pariġi, Nizza, Nancy, Marsilja, Bordeaux, Lille, Lyon, Toulouse, Strasburgu, Rennes u Nantes.

Ġeografija u Klima

immodifika

Franza qiegħda fl-Ewropa tal-Punent.[8] Għandha fruntieri mal-Belġju, il-Lussemburgu, il-Ġermanja, u l- Iżvizzera, l-Italja, Monako, Andorra, u Spanja.[9] Għandha żewġ katini ta' muntanji qrib il-fruntieri tagħha: l-Alpi fil-Lvant u l-Pirenej fil-nofsinhar. Fit-tramuntana u l-punent ta' Franza hemm għoljiet baxxi u widien tax-xmajjar.

Fi Franza hemm ħafna klimi differenti.[10] L-Atlantiku għandu effett kbir fuq it-temp fit-tramuntana u l-punent. Dan ifisser it-temperatura hi kważi istess matul is-sena. Fil-Lvant, ix-xitwa kiesħa b'temp tajjeb u s-sajf sħun bi-maltempati. Fin-nofsinhar, ix-xitwa friska b'ħafna xita u s-sajf hu sħun u xott.[11]

Franza għandha t-tieni l-akbar Żona Ekonomika Esklussiva fid-dinja.[12] Din tkopri 11,035,000 kilometru kwadru. L-iStati Uniti biss għandha waħda akbar.

Fruntieri

immodifika

Total tal-fruntieri ta' Franza: 3,956 km, pajjiżi tal-fruntiera (8): Andorra 55 km; il-Belġju 556 km; Ġermanja 418 km; Italja 476 km; Lussemburgu 69 km; Monako 6 km; Spanja 646 km; Isvizzera 525 km, Franza metropolitana - total: 2751 km: Gujana Franċiża - total: 1205 km (730 km mal-Brażil, 510 km). Hemm ukoll 16-il km bejn il-komun Franċiż barra minn xtutna ta' Saint Martin 16-il km u n-nazzjon separat tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ta' Sint Maarten.

L-isem "Franza" ġej mill-kelma bil-Latin Francia, li letteralment tfisser "Art il-Franki".[13]

Il-fruntieri ta' Franza moderna huma bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dawk tal-Gallja l-antika fejn kienu joqgħodu l-Galli Ċeltiċ. Ġulju Ċesri kkonkwista l-Gallja u waqgħet taħt Ruma fl-ewwe seklu QK.[14] Bilmod il-Galli adottataw il-lingwa tar-Rumani (il-Latin li minnu evolva l-Franċiż) u l-kultura Rumana. Il-Kristjaneżmu deher l-ewwel darba fit-tieni u tielet seklu WK u kien stabbilit fir-raba' u ħames seklu.

 
Franza fl-1477. Linji ħomor: Il-limiti tar-Renju ta' Franza; Ikħal ċar: id-dominju rjali
 
Carte de France dressedée pour l'usage du Roy. Delisle Guillaume (1721)

Fis-seklu 4 WK, it-tribujiet Ġermaniċi, prinċipalment il-Franki invadew il-Galli. Hekk beda l-isem Francie. L-isem modern "Franza" ġej mill-isem tar-Rejiet Kapetinġi ta' Franza madwar Pariġi. Il-Franki kienu l-ewwel tribù tal-Ewropa wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman kkonvertew għall-Kristjaneżmu minflok l-Arjaneżmu. Il-Franċiż kienu jsejħu lilhom infushom "ir-Renju l-iżjed Kristjan ta' Franza".[15]

It-Trattat ta' Verdun (843), qasam l-imperu ta' Karlumanju fi tliet partijiet.[16] L-ikbar parti kienet Francia tal-Punent. Bejn wieħed u ieħor kienet l-istess bħal Franza moderna.

Id-dinastija Karolinġa ggvernat Franza sal-987, meta Hugues Capet sar Re ta'Franza. Dixxendenti tiegħu, il-Kapetinġi diretti, id-Dar ta' Valois u d-Dar ta' Bourbon unifikaw il-pajjiż permezz ta' ħafna gwerer u wirt dinatiku. Il-monarkija kienet fl-aqwa tagħha matul il-Seklu 17 fir-renju ta' Lwiġi XIV ta' Franza.[17] Dak iż-żmien Franza kellha l-akbar popolazzjoni fl- Ewropa. Il-pajjiż kellu influwenzata fuq il-politika, l-ekonomija, u l-kultura Ewropea. Il-Franċiż sar il-lingwa komuni tad-diplomazija fl-affarijiet Internazzjonali. Ħafna mill-Illuminiżmu ġie minn Franza. Ix-xjenzati Franċiżi għamlu skoperti xjentifiċi importanti fis-Seklu 18. Barra minn hekk Franza invadiet ħafna artijiet fl-Ameriki, l-Afrika u l-Asja.[18]

Franza kellha monarkija sar-Rivoluzzjoni Franċiża fl-1789. Ir-Re Lwiġi XVI u martu Marie Antoinette ġew maqtulin fl-1793.[19] Eluf ta' ċittadini Franċiżi oħra kienu wkoll maqtula. Napuljun Bonaparte ħa kontroll tar-Repubblika fl-1799. Aktar tard għamel lilu nnifsu Imperatur tal-Ewwel Imperu (1804-1814). L-armati tiegħu ikkonkwistaw il=parti l-kbira tal-Ewropa kontinentali.[20]

Fl-1815 wara l-aħħar telfa ta' Napuljun fil-Battalja ta' Waterloo, qamet monarkija oħra. Iktar tard fl-1852, Louis-Napuljun Bonaparte ħoloq it-Tieni Imperu . Louis-Napoléon tneħħa wara t-telfa fil-Gwerra Franko-Prussjana tal-1870. It-Tielet Repubblika ħadet post ir-reġim tiegħu.[21]

Fis-sekli 18 u 19 Franza bniet imperu kolonjali kbir . Il-imperu kien fih partijiet mill-Afrika tal-Punent u l-Asja tax-Xlokk. Il-kultura u l-politika ta' dawn ir-reġjuni kienu influwenzati minn Franza. Ħafna eks-kolonji għandhom il-Franċiż bħala lingwa uffiċjali.[22]

Il-pajjiż ra l=ġlied kemm fl-Ewwel Gwerra Dinjija u kemm fit-tieni. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, miljuni mietu fit-trinek, aktar minn miljun minnhom fil-Battalja tas-Somme.[23] Matul il-Tieni Gwerra Dinjija, in-Nazisti okkupaw Franza. L-Alleati niżlu l-art fin-Normandija fis-6 ta' Ġunju u nvadew in-Normandija u bdiet il-Battalja tan-Normandija. Il-forzi Ġermaniżi tilfu 'l Franza fi ftit xhur.

Diviżjonijiet administrattivi

immodifika
 
It-18-il reġjun wara ir-riforma tal-2015 nklużi Korsika (Corse, fuq il-lemin t’isfel) u l-ħames reġjuni barra l-Ewropa (fuq ix-xellug t’isfel).
 
Corse (Korsika)

Mill-2016 Franza maqsuma fi 18-il reġjun amministrattiv. 13 minnhom huma fi Franza Metropolitana. Korsika għandha stat differenti mill-12 l-oħra fir-reġjun Metropolitan u msejħa collectivité territoriale. Franza għandha wkoll ħames reġjuni barra l-Ewropa. Dawn ir-reġjuni għandhom l-istess stat bħal dawk Metropolitani.

Imbagħad Franza hi maqsuma f'101 département u d-départements huma maqsuma f'335 arrondissement. L-arrondissements huma mill-ġdid maqsuma f’2,054 canton u l-cantons huma maqsuma f' commune. Fl-1 ta' Jannar 2014, skont L-Institut National de la Statistique et des Études Économiques kien hemm 36,681 communes fi Franza, 36,554 minnhom fi Franza Metropolitana u 127 minnhom barra.[24]

Franza Metropolitana
Reġjun Départements Belt Kapitali
  Auvergne-Rhône-Alpes Ain, Allier, Ardèche, Cantal, Drôme, Isère, Loire, Haute-Loire, Puy-de-Dôme, Rhône, Savoie, Haute-Savoie   Lyon
  Bourgogne-Franche-Comté Côte-d’Or, Doubs, Jura, Nièvre, Haute-Saône, Saône-et-Loire, Yonne, Territoire de Belfort   Dijon
  Bretagne Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan   Rennes
  Centre-Val de Loire Cher, Eure-et-Loir, Indre, Indre-et-Loire, Loir-et-Cher, Loiret   Orléans
  Corse (Korsika) Corse-du-Sud, Haute-Corse   Ajaccio
Grand Est Ardennes, Aube, Marne, Haute-Marne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Bas-Rhin, Haut-Rhin, Vosges   Strasbourg (Strażburgu)
Hauts-de-France Aisne, Nord, Oise, Pas-de-Calais, Somme   Lille
  Île-de-France Essonne, Hauts-de-Seine, Paris, Seine-et-Marne, Seine-Saint-Denis, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Yvelines   Paris (Pariġi)
  Normandie [Calvados, Eure, Manche, Orne, Seine-Maritime   Rouen
  Nouvelle-Aquitaine Charente, Charente-Maritime, Corrèze, Creuse, Dordogne, Gironde, Landes, Lot-et-Garonne, Pyrénées-Atlantiques, Deux-Sèvres, Vienne, Haute-Vienne   Bordeaux
  Occitanie Ariège, Aude, Aveyron, Gard, Haute-Garonne, Gers, Hérault, Lot, Lozère, Hautes-Pyrénées, Pyrénées-Orientales, Tarn, Tarn-et-Garonne   Toulouse
  Pays de la Loire Loire-Atlantique, Maine-et-Loire, Mayenne, Sarthe, Vendée   Nantes
  Provence-Alpes-Côte d’Azur Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Bouches-du-Rhône, Hautes-Alpes, Var, Vaucluse   Marseille (Marsilja)
Barra Franza Metropolitana
Isem Stat kostituzzjonali Belt kapitali Post
  Guyane française Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Cayenne Amerika t'Isfel
  Guadeloupe Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Basse-Terre Karibew
  Martinique Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Fort-de-France Karibew
  Mayotte Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Mamoudzou Oċean Indjan
  Réunion Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Saint-Denis Oċean Indjan
 
Prefecture f'Upper Garonne (31; bil-Franċiż Haute-Garonne, bl-Oċċitan Nauta Garonne).

Franza għandha sistema ta' gvern semi-presidenzjali stabbilita mill-kostituzzjoni tal-Ħames Repubblika Franċiża.[25] Il-Kostituzzjoni tiddikjar n-nazzjon bħala repubblika soċjali, indiviżibbli, sekulari u demokratika. tipprovdi wkoll għas-separazzjoni tal-poteri.[26]

Il-militar

immodifika
 
L-aircraft carrier nukleari Charles de Gaulle
 
Il-Gwardja Repubblikana Franċiża

Il-Forzi Armati Franċiż huma maqsumin f'erba' fergħat:

  • Armée de Terre (Forza tal-Art)
  • Marine Nationale (Forza Navali)
  • Armée de l'Air (Forza tal-Ajru Force)
  • Gendarmerie Nationale (Forza militari li taġixxi bħala Pulizija Nazzjonali Rurali)

Franza għandha madwar 359.000 ruħ fil-Militar u tonfoq 2.6% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) fid-difiża.[27][28] Dan l-ogħla fl-Unjoni Ewropea. Franza u r-Renju Unit jonfqu 40%mill-baġit tad-difiża tal-UE. Madwar 10% tal-baġit għad-difiża ta' Franza jintefaq fuq l-Armi Nukleari.

Relazzjonijiet barranin

immodifika
 
Qoxra ta' passaport bijometriku Franċiż (bil-Franċiż: passeport français)

Franza hi membru tal-Ġnus Magħquda, infatti membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda u għandu dritt tal-veto.[29][30] Hi wkoll membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Is-sedi ċentrali tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), UNESCO u Interpol qegħdin Franza.

Franza kienet waħda mill-memmbri fundaturi tal-Unjoni Ewropea.[31] Fis-snin 1960, Franza riedet teskludu r-Renju Unit mill-organizzazzjoni. Riedet tibni l-potenza ekonomija tagħha fl-Ewropa kontinentali u ssir wieħed mill-pajjiżi l-aktar influwenti fl-UE. Mis-snin , Franza u l-Ġermanja saru ħafna eqreb fil-pulitika tagħhom. Franza illum hi membru tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku ta' Fuq (NATO).[7] Madankollu, taħt il-President de Gaulle kienet ħalliet il-kmand militari konġunt. Fl-1990, Franza ġiet ikkritikata għal provi tal-armi nukleari taħt l-art fil-Polineżja Franċiża. Franza kienet għal kollox kontra l-invażjoni tal-Iraq tal-2003.[32] Franza għad għandha influwenz politika u ekonomika qawwija fil-kolonji li kellha fl-Afrika. Per eżempju hija pprovdiet għajnuna ekonomika u truppi fil-missjoni għaż-żamma tal-paċi fil-Côte d’Ivoire u Ċad.

Ekonomija

immodifika
 
L-ewwel Airbus A380 li tlesta, Toulouse, 2005

Franza hija membru tal-grupp G8 tal-pajjiżi industrijalizzati ewlenin. Franza għandha it-tmien l-ikbar konomija fid-dinja skont il-Prodott Gross Domestiku (PGD) (li jieħu kont kemm iqum biex tgħix fil-pajjiżi differenti u rati tal-inflazzjoni).[33] Franza flimkien ma' 11-il-membru ieħor tal-Unjoni Ewropea nidiet l-euro fl-1 ta' Jannar 1999 u bdiet tużaha fl-2002.[34]

L-ekonomija ta' Franza għandha kważi 2.9 miljun kumpannija reġistrata.[35] Il-gvern għandu influwenza konsiderevoli fuq id-ditti tal-Ferrovija, l-Elettriku, l-Ajru, u t-Telekomunikazzjont (billi hu l-proprjetarju ta' kumpaniji kbar bħal SNCF (ferroviji) u EDF (elettriku)).[36] Franza għandha industrija importanti tal-ajruspazju (disinn tal-ajruplani u vetturi spazjali) bl-industrija Airbus fir-ras.[37] Tista' wkoll tvara razzi minn Guyane française.[38]

Franza investiet ħafna fl-enerġija nukleari. Għalhekk Franza tipproduċi l-inqas dijossidu tal-karbonju fost is-seba' pajjiżi l-aktar industrijalizzati fid-dinja.[39] Il-59 impjant nukleari jiġġeneraw il-parti l-kbira tal-elettriku prodott fil-pajjiż (78% fl-2006,[40] minn 8% biss fl-1973, 24% fl-1980, u 75% fl-1990).

Franza hija l-ikbar produttur u esportatur agrikolu fl-Ewropa.[41] Tesporta qamħ, tjur, prodotti tal-ħalib, ċanga, u majjal. Hi famuża wkoll għall-industrija tal-inbid. Franza rċeviet 10 biljun ewro fl-2006 mill-Komunità Ewropea bħala sussidji lill-bdiewa.[42]

 
Musée du Louvre-Louvre Museum-Mużew tal-Louvre, Pariġi
 
Veduta mill-ajru tal-Palazz tal-Louvre u l-Park tat-Tuileries, fl-1 ta' Jannar 2018

Il-Franċiż hi l-lingwa uffiċjali ta' Franza. Din appartjeni għall-grupp ta' lingwa Rumanzi li jinkludi t-Taljan u l-Ispanjol u oħrajn. Imbagħad hemm ukoll ħafna djaletti reġjonali. L-Alsazjan, djalett Ġermaniż jitkellmuh f'Alsace u f'partijiet ta' Lorraine fi Franza tal-Lvant. Il-Franċiż kien il-lingwa tad-diplomazija u l-kultura fl-Ewropa bejn is-Seklu 17 u u d-19 u għadu użat ħafna.[43]

Xi nies fi Franza jitkellmu wkoll bil-Bask, Breton, Katalan, Korsikan, Ġermaniż, Fjamming u Occitan.

Reliġjon

immodifika
Reliġjożità fi Franza
reliġjon perċentaġġ
Insara
  
54%
Bla reliġjon
  
31%
Misilmin
  
4%
Lhud
  
1%
Oħrajn
jew bla opinjoni
  
10%
 
Faċċata tan-Nofsinhar u nava ta' Notre-Dame (Madonna bil-Franċiż) fl-2017, sentejn qabel in-nar, Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO
 
Katidral ta' Noyon (Cathédrale de Noyon)
 
Frontispizju tal-knisja ta' Saint-Georges, fi stil Gotiku, mibnija bejn l-1220 u l-1500 f'Sélestat, dipartiment ta' Bas-Rhin, reġjun ta' Alsace
 
Il-knisja ta' Saint-Germain l'Auxerrois . Kien magħruf ukoll bħala Saint-Germain-le-Rond. Il-knisja hija msemmija f'ġieħ l-isqof u qaddis Ġermanus ta' Auxerre. hija knisja prominenti Franċiża medjevali li tinsab fl-Ewwel Arrondissement ta' Pariġi.
 
Katidral ta' Rouen (Cathédrale primatiale Notre-Dame de l'Assomption de Rouen)
 
Il-knisja (église) ta' Saint-Félix, fi Garris, id-dipartiment tal-Pyrénées-Atlantiques fil-Lbiċ ta' Franza.
 
Il-knisja ta' Vieil-Hesdin, fid-dipartiment ta' Pas-de-Calais fir-reġjun ta' Hauts-de-France ta' Franza.

Franza hi stat sekulari u l-Kostituzzjoni tiggarantixxi l-libertà tar-reliġjon.[44] Il-popolazzjoni hi bejn wieħed u ieħor, 51% Kattolika, 31% tan-nies huma anjostiċi jew atej, 4% huma Misilmin, 3% jgħidu li huma Protestanti u 1% jgħidu li huma Lhud. 10% huma minn reliġjonijiet oħra jew ma għandhomx opinjoni dwar ir-reliġjon.[45][46]

Skont stħarriġ tal-opinjoni fl-2005:[47]

  • 34% taċ-ċittadini Franċiżi jgħidu li "jemmnu li hemm Alla".
  • 27% jgħidu li "jemmnu li hemm xi spirtu jew qawwa tal-ħajja".
  • 33% jgħidu li "ma jemmnux li hemm xi spirtu, Alla jew qawwa tal-ħajja.".

Letteratura

immodifika
 
It-Tliet Muskettieri ta' Alexandre Dumas

Il-letteratura Franċiża bdiet fil-Medjuevu.[48] Il-Franċiż kien maqsum f'bosta djaletti dak iż-żmien u l-ortografija kienet tvarja minn awtur għall-ieħor.

Matul is-Seklu 17, l-awturi ewlenin kienu Pierre Corneille, Jean Racine, Moliere Blaise Pascal u René Descartes.[49]

Fis-sekli 18 u 19, il-letteratura Franċiża laħqet l-aqwa tagħha. Fis-seklu 18 kien raw saġġisti u moralisti bħal Voltaire u Jean-Jacques Rousseau. Ħafna mir-rumanzi Franċiżi famużi inkitbu fis-seklu 19 minn awturi bħal Victor Hugo, Alexandre Dumas u Jules Verne. Dawn kitbu rumanzi popolari bħall It-Tliet Muskettieri, Il-Konti ta' Monte Cristo, Għoxrin Elf Liga taħt il-Baħar u Il-Ħotbi ta' Notre-Dame. Fost il-kittieba tar-rumanzi tas-seklu 19 insibu 'l Emile Zola, Guy de Maupassant, Théophile Gautier u Stendhal.[50]

 
Claude Monet waqqaf il-moviment Impressionista (Femme avec un parasol, 1886, Musée d'Orsay).
 
La Goulue jasal fil-Moulin Rouge, ta' Toulouse-Lautrec (1892)

Il-bidu tal-arti Franċiża kien influwnzat ħafna mill-arti Fjamminga u Taljana fi żmien ir-Rinaxximent. L-iSkola tal-Pittura ta' Fontainebleau fir-rinaxximent kienet imnebbħa direttament minn pitturi Taljani bħal Primaticcio u Rosso Fiorentino, li tnejn kienu jaħdmu Franza. Tnejn mill-pitturi l-iżjed famużi ta' żmien il-Barokk, Nicolas Poussin u Claude Lorrain, kienu jgħixu l-Italja. Is-seklu 17 kien il-perjodu meta l-pittura Franċiża saret l-iżjed prominenti u individwalizzat ruħha permezz tal-klassiċiżmu. Il-priminstru ta' Lwiġi XIV Jean-Baptiste Colbert fl-1648 waqqaf l-Akkademja Rjali tal-Pittura u Skultura biex tipproteġi dawn l-artisti. u fl-1666 ħalaq l-Akkademja Franċiża f'Ruma, li għadha sejra, biex ikun hemm kuntatt dirett mal-artisti Taljani.

 
Le Penseur ta' Auguste Rodin (1902), Musée Rodin, Pariġi.

Fis-seklu 18, l-artisti Franċiżi żvillupaw l-istil rokoko, verżjoni iżjed intima tal-istil barokk ta' qabel. Ix-xogħlijiet tal-artisti appoġġati mill-qorti rjali Antoine Watteau, François Boucher u Jean-Honoré Fragonard huma eżempji mill-aħjar ta' dan l-istil. Ir-Rivoluzzjoni Franċiża ġabet bidliet kbar, billi Napuljun kien jiffavorixxi l-artisti tal-istil neoklassiku bħal Jacques-Louis David u l-Académie des Beaux-Arts li kellha ħafna influwenza stabbiliet l-istil magħruf bħala Akkademiżmu. F'din l-epoka Franza saret ċentru ta' ħolqien artistiku u l-ewwel nofs tas-seklu 19 kien iddominat minn żewħ movimenti, wieħed wara l-ieħor. L-ewwel kien ir-Romantiċiżmu b'Théodore Géricault u Eugène Delacroix, u mbagħad ir-Realiżmu b'Camille Corot, Gustave Courbet u Jean-François Millet, stil li spiċċa biex żviluppa fin-Naturaliżmu.

Fit-tieni nofs tas-seklu 19, l-influwenza ta' Franza fuq il-pittura saret saħansitra iżjed importanti, bl-iżvilupp ta' stili ġodda ta' pittura bħall-Impressjoniżmu u s-Simboliżmu. Il-pitturi impressjonisti l-iżjed famużi kienu Camille Pissarro, Édouard Manet, Edgar Degas, Claude Monet u Auguste Renoir.[51] It-tieni ġenerazzjoni tal-pitturi tal-istil impressjonista Paul Cézanne, Paul Gauguin, Toulouse-Lautrec u Georges Seurat kienu wkoll fir-ras ta' evoluzzjonijiet artistiċi[52] flimkien mal-artisti fauvisti Henri Matisse, André Derain u Maurice de Vlaminck.[53][54] fil-bidu tas-seklu 29 Georges Braque u l-pittur Sspanjol Pablo Picasso, li kien jgħix Pariġi, żviluppaw il-Kubiżmu. Kien hemm pitturi oħra barranin li kienu joqogħdu u jaħdmu Pariġi jew fil-qrib, bħal Vincent van Gogh, Marc Chagall, Amedeo Modigliani u Wassily Kandinsky.

 
Il-Peloton (tfisser "il-qattgħa" bil-Franċiż) tat-Tour de France

It-tiġrija tar-roti, Tour de France, li ssir kull Lulju hija wieħed mill-avvenimenti sportivi l-aktar magħrufa.[55] Din-tellieqa tieħu tliet ġimgħat u twila madwar 3500 km, tgħaddi minn ħafna minn Franza u tintemm fiċ-ċentru ta' Pariġi, fl-Avenue des Champs-Elysées.

Il-Futbol hu sport ieħor popolari fi Franza. It-tim Franċiż rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-Futbol fl-1998 u l-Kampjonat Ewropew tal-Futbol fl-1984 u fl-2000.

Franza tospita wkoll tiġrija ta' 24 Siegħa tal-karozzi ta' Le Mans. Il-logħob tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby sar Franza fl-2007 u Franza spiċċat ir-raba'.[56]

Franza kellha x'taqsam ħafna mal-Logħob Olimpiku Modern. Fl-aħħar tas-seklu 19, il-Baruni Pierre de Coubertin issuġġerixxa li jibda jsir il-Logħob Olimpiku mill-ġdid. Franza ospitat l-Olimpjadi tas-Sajf darbtejn, fl-1900 u 1924, f'Pariġi. Franza ospitat ukoll l-Olimpijadi tax-Xitwa tliet darbiet, fl-1924 f'Chamonix, fl-1968 f'Grenoble, u fl-1992 f'Albertville.

 
Terrina tas-salamun bil-ħabaq

Il-kċina Franċiża influwenzat l-istil tat-tisjir madwar l-Ewropa kollha, u l-koki Franċiżi jaħdmu fir-ristoranti madwar id-dinja.[57]

L-"haute cuisine" bdewha koki famużi Franċiżi bħal François Pierre La Varenne (1615-1678) u l-kok ta' Napuljun, Marie-Antoine Careme ( 1784-1833). Dawn il-koki żviluppa stil eħfef ta ikel imqabbel mal-ikel tal-Medjuevu. Użaw inqas ħwawar u aktar ħxejjex aromatiċi u l-krema.

Il-kċina Franċiża fis-seklu 20 zviluppaha l-iżjed Auguste Escoffier (1846-1935)li kien ġenju fl-organizzazzjoni. Sab kif għandhom jiġu maniġġati ristoranti kbar, bħal f'lukanda kbira jew f'palazz, kif il-ħaddiema għandhom jiġu organizzati u kif il-menu għandu jitħejja. Huwa kellu metodi għall kollox. L-akbar kontribuzzjoni ta' Escoffier kienet il-pubblikazzjoni ta' La Guide Culinaire fl-1903, li stabbiliet l-fundamenti tat-tisjir Franċiż. Escoffier immaniġġa r-ristoranti u l-kċina fil-lukandi Savoy u Carlton f' Londra, ir-Ritz f'Pariġi. Forsi l-iżball ta' Escoffier kien li ħalla barra ħafna mill-karattru kulinari li nsibu fir-reġjuni ta' Franza.

Fis-seklu 20 il-Gastro-turiżmu u l-gwida Michelin għenu biex in-nies isiru jafu kemm hi għanja l-kċina tal-borġeżija u tal-gabillotti fil-kampanja Franċiża. Il-kċina ta' Gascogne kellha influwenza kbira fuq il-kċina tal-Lbiċ ta' Franza. Ħafna platti li darba kienu reġjonali infirxu b'varjazzjonijiet mal-pajjiż. Il-Ġobon u l-Inbid huma parti ewlenija tal-kċina.[58][59]<refhttp://trifter.com/practical-travel/world-cuisine/top-10-most-tasty-cuisines-in-the-world/]</ref> Franza ta' Fuq in-nies jippreferu jużaw il-butir biex isajru waqt li fi Franza t'Isfel jippreferu ż-żejt taż-żebbuġa u t-tewm.[60] Franza, kull reġjun għandu l-platti speċjali tiegħu bħax-choucroute f'Alsace, il-quiche f'Lorraine, il-cassoulet f'Languedoc-Roussillon u t-tapenade f'Provence-Alpes-Côte d'Azur.

F'Novembru 2010, UNESCO żid il-gastronomija Franċiża mal-lista tal-"patrimonju kulturali intanġibbli".[61][62]

Turiżmu

immodifika
 
Il-Palazz ta' Versailles, waħda mid-destinazzjonijiet turistiċi l-aktar popolari fi Franza

Franza hija l-akbar destinazzjoni turistika fid-dinja. Fl-2007, 81.9 miljun turist barranin żaru Franza.[6] Spanja it-tieni (58.5 miljun fl-2006) u l-iStati Uniti it-tielet (51.1 miljun fl-2006). Fost l-attrazzjonijiet l-aktar famużi hemm it-Torri Eiffel u l-Arc de Triomphe f'Pariġi u Mont Saint Michel, fin-Normandija.[63]

F'subborg fil-Lvant ta' Pariġi hemm Disneyland Ewropeja. din l-attrazzjoni infetħet fl-1992 u saret wkoll destinazzjoni turistika popolari fl-Ewropa.

Gallerija tal-Bliet ta' Franza Kontinentali

immodifika

Gallerija tal-Bliet ta' Franza Barranija

immodifika


Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d Fond Monetarju Internazzjonali (ed.). "Franza" (bl-Ingliż). Miġbur 2009-04-22.
  2. ^ Ir-Repubblikka Franċiża kollha minbarra t-territorji 'l barra mill-ibħra Franċiżi fl-Oċean Paċifiku.
  3. ^ Territorji 'l barra mill-ibħra Franċiżi fl-Oċean Paċifiku.
  4. ^ Barra l-użu ta' .fr, diversi dominji tal-aqwa livell tal-internet jiġu wżati fid-dipartimenti u territorji barra mix-xtut Franċiżi: .re, .mq, .gp, .tf, .nc, .pf, .wf, .pm, .gf u .yt. Aktar minn hekk, Franza tuża' wkoll .eu, maqsum flimkien mal-membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea.
  5. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-12-26. Miġbur 2013-02-25.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  6. ^ a b "Archive copy" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2008-12-28. Miġbur 2013-02-25.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  7. ^ a b [1]
  8. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-09-12. Miġbur 2013-02-25.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  9. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-31. Miġbur 2013-02-25.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  10. ^ [2]
  11. ^ [3]
  12. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-04-30. Miġbur 2013-02-25.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  13. ^ [4]
  14. ^ [5]
  15. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-22. Miġbur 2013-02-15.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  16. ^ [6]
  17. ^ [7]
  18. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-22. Miġbur 2013-02-25.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  19. ^ [8]
  20. ^ [9]
  21. ^ [10]
  22. ^ [11]
  23. ^ [12]
  24. ^ [13]
  25. ^ [14]
  26. ^ [15]
  27. ^ "Archive copy" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2018-12-26. Miġbur 2013-02-25.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  28. ^ "Archive copy" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2009-06-17. Miġbur 2013-02-25.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  29. ^ [16]
  30. ^ [17]
  31. ^ [18]
  32. ^ [19]
  33. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-06-04. Miġbur 2013-02-15.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  34. ^ [20]
  35. ^ [21]
  36. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-09. Miġbur 2013-02-26.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  37. ^ "Archive copy" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2007-06-29. Miġbur 2013-02-15.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  38. ^ [22]
  39. ^ [23]
  40. ^ Électricité en France: les principaux résultats en 2006
  41. ^ [24]
  42. ^ [25]
  43. ^ [26]
  44. ^ [27]
  45. ^ [28]
  46. ^ [29]
  47. ^ [30]
  48. ^ [31]
  49. ^ [32]
  50. ^ [33]
  51. ^ [34]
  52. ^ "Le néo-impressionnisme de Seurat à Paul Klee". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-10-10. Miġbur 2013-02-26.
  53. ^ "The Fauves (dossier)". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-11-05. Miġbur 2013-02-26.
  54. ^ "Vlaminck, version fauve". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-10-10. Miġbur 2013-02-26.
  55. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-18. Miġbur 2013-02-26.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  56. ^ [35]
  57. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-07-23. Miġbur 2013-02-15.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  58. ^ [36]
  59. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-08-27. Miġbur 2013-02-15.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  60. ^ "Archive copy". Arkivjat mill-orġinal fl-2011-04-25. Miġbur 2011-04-25.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  61. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-11-20. Miġbur 2013-02-26.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  62. ^ [37]
  63. ^ Musées et Monuments historiques

Ħoloq esterni

immodifika
Economija
Kultura
Turizmu
  NODES
Chat 1
Done 1
lenin 2
see 3