Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea hija l-fergħa eżekuttiva politikament indipendenti tal-UE. Waħedha hija responsabbli biex tfassal il-proposti għal leġiżlazzjoni Ewropea ġdida, u timplimenta d-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-UE.[1]

Kummissjoni Ewropea

X’tagħmel il-Kummissjoni?

immodifika

Tipproponi liġijiet ġdida

immodifika

Il-Kummissjoni hija l-unika istituzzjoni tal-UE li tressaq liġijiet għall-adozzjoni mill-Parlament u l-Kunsill li:[1]

 
  • tħares l-interessi tal-UE u ċ-ċittadini tagħha dwar kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu riżolti b’mod effettiv fuq livell nazzjonali;
  • tikseb id-dettalji tekniċi t-tajbin billi tikkonsulta mal-esperti u mal-pubbliku.

Timmaniġġja l-politiki tal-UE u talloka finanzjament mill-UE

immodifika
  • Tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ nfiq tal-UE, flimkien mal-Kunsill u l-Parlament.[1]
  • Tfassal il-baġits annwali għall-approvazzjoni mill-Parlament u l-Kunsill.[1]
  • Tissorvelja kif jintefqu l-flus, taħt skrutinju mill-Qorti tal-Awdituri.[1]

Tinforza l-liġijiet tal-UE

immodifika

Flimkien mal-Qorti tal-Ġustizzja, hija tiżgura li l-liġi tal-UE tiġi applikata kif suppost fil-pajjiżi membri kollha.[1]

Tirrappreżenta l-UE internazzjonalment

immodifika
  • Titkellem għan-nom tal-pajjiżi kollha tal-UE f’korpi internazzjonali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-politika tal-kummerċ u tal-għajnuna umanitarja.[1]
  • Tinnegozja ftehimiet internazzjonali għall-UE.[1]

Kompożizzjoni

immodifika

It-tmexxija politika hija pprovduta minn tim ta' 27 Kummissarju (wieħed minn kull pajjiż tal-UE) – immexxija mill-President tal-Kummissjoni, li jiddeċiedi min hu responsabbli għal liema qasam politiku.[1]

Il-Kulleġġ tal-Kummissarji hu magħmul mill-President tal-Kummissjoni, it-tmien Viċi Presidenti tiegħu, inklużi tliet Viċi Presidenti Eżekuttivi, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u 18-il Kummissarju, kull wieħed responsabbli minn portafoll.[1]

It-tmexxija ta' kuljum tal-ħidma tal-Kummissjoni ssir mill-istaff tagħha (avukati, ekonomisti, eċċ.), organizzat f'servizzi magħrufa bħala Direttorati Ġenerali (DĠ), b'kull wieħed responsabbli għal qasam politiku speċifiku.[1]

Kif jinħatar il-President

immodifika

Il-kandidat jitressaq mill-mexxejja nazzjonali fil-Kunsill Ewropew, billi jitqiesu r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Il-president ikun jeħtieġ l-appoġġ tal-maġġoranza tal-membri tal-Parlament Ewropew biex jiġi elett.[1]

L-għażla tat-tim

immodifika

Il-kandidat Presidenzjali jagħżel il-Viċi Presidenti u l-Kummissarji potenzjali abbażi ta' suġġerimenti mill-pajjiżi tal-UE. Il-lista tal-kandidati trid tiġi approvata mill-mexxejja nazzjonali fil-Kunsill Ewropew.[1]

Kull persuna nominata tidher quddiem il-Parlament Ewropew biex tispjega l-viżjoni tagħha u twieġeb il-mistoqsijiet. Imbagħad il-Parlament jivvota dwar jekk jaċċettax lin-nominati bħala tim. Fl-aħħar nett, huma jinħatru mill-Kunsill Ewropew, b’maġġoranza kwalifikata.[1]

Il-mandat tal-Kummissjoni attwali jispiċċa fil-31 ta’ Ottubru 2024.[1]

Kif taħdem il-Kummissjoni?

immodifika

L-ippjanar strateġiku

immodifika

Il-President jiddefinixxi d-direzzjoni politika għall-Kummissjoni, li tippermetti lill-Kummissarji jiddeċiedu flimkien l-objettivi strateġiċi, u jipproduċu l-programm ta' ħidma annwali.[1]

Teħid ta’ deċiżjonijiet kollettivi

immodifika

Id-deċijonijiet jittieħdu abbażi ta' responsabbiltà kollettiva. Il-Kummissarji kollha huma ndaqs fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni u daqsinsew responsabbli għal dawn id-deċiżjonijiet. Huma ma għandhom l-ebda setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet individwali, ħlief meta jkunu awtorizzati f’ċerti sitwazzjonijiet.[1]

Il-Viċi Presidenti jaġixxu għan-nom tal-President u jikkoordinaw ix-xogħol fil-qasam ta' responsabbiltà tagħhom, flimkien ma’ diversi Kummissarji. Il-proġetti ta' prijorità huma ddefiniti biex jgħinu jiżguraw li l-Kulleġġ jaħdem flimkien b'mod viċin u flessibbli.[1]

Il-Kummissarji jappoġġjaw lill-Viċi Presidenti għas-sottomissjoni ta’ proposti lill-Kulleġġ. B’mod ġenerali, id-deċiżjonijiet jittieħdu b’kunsens, iżda jista' jkun hemm ukoll vot. F’dan il-każ, id-deċiżjonijiet jittieħdu b’maġġoranza sempliċi, fejn kull Kummissarju għandu vot wieħed.[1]

Id-Direttorat Ġenerali rilevanti (immexxi minn Direttur Ġenerali, li jwieġeb għall-Kummissarju rilevanti) imbagħad jittratta mas-suġġett. Normalment dan is-sir fil-forma ta' abbozz ta' proposti leġiżlattivi.[1]

Dawn imbagħad huma sottomessi mill-ġdid lill-Kummissarji għall-adozzjoni fil-laqgħa tagħhom ta’ kull ġimgħa, isiru uffiċjali, u jintbagħtu lill-Kunsill u l-Parlament għall-istadju li jmiss fil-proċess leġiżlattiv tal-UE.[1]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d e f ġ g h ħ i ie j k l m n o p q europa.eu, Il-Kummissjoni Ewropea
  NODES
INTERN 4