Maria Salomea Skłodowska-Curie (Varsavja, 7 ta' Novembru 1867Passy, 4 ta' Lulju 1934) magħrufa bl-isem ta' Marie Curie, kienet kimika u fiżika Polakka naturalizzata Franċiża.[1]

Marie Curie
professur

Ħajja
Isem propju Marya Salomea Skłodowska
Twelid Varsavja, 7 Novembru 1867
Nazzjonalità Franza
Imperu Russu
Second Polish Republic (en) Translate
Residenza Varsavja
Pariġi
Grupp etniku Pollak
L-ewwel lingwa Pollak
Mewt Sancellemoz (en) Translate, 4 Lulju 1934
Post tad-dfin Panthéon
Ċimiterju ta' Sceaux
Kawża tal-mewt kawżi naturali (anemija aplastika)
Familja
Missier Władysław Skłodowski
Omm Bronisława Skłodowska
Konjuga/i Pierre Curie  (26 Lulju 1895 -  19 April 1906)
Ulied
Aħwa
Familja
Tribù House of Skłodowski (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Fakultà tax-Xjenza ta' Pariġi
X Liceum Ogólnokształcące im. Królowej Jadwigi f'Varsavja
Università ta' Pariġi Dottorat fix-Xjenza : fiżika
Università ta' Pariġi 1894) Masters fix-Xjenza : matematika
Uniwersytet Latający
Università ta' Pariġi
(1891 - 1893) Masters fix-Xjenza : fiżika
Livell tal-edukazzjoni Liċenzjat
dottorat
Teżi Recherches sur les substances radioactivesu Radioactive substances
Direttur tat-teżi Gabriel Lippmann (mul) Translate
Studenti dottorali André-Louis Debierne (mul) Translate
Óscar Moreno (en) Translate
Marguerite Perey (mul) Translate
Branca Edmée Marques (en) Translate
Zheng Dazhang (en) Translate
Shi Shiyuan (en) Translate
Emile Henriot (en) Translate
Ștefania Mărăcineanu (en) Translate
Lingwi Russu
Pollak
Franċiż
Ġermaniż
Ingliż
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni fiżiku
kimiku
għalliem fl-università
Impjegaturi Università ta' Pariġi
Sorbonne
Istitut Curie
Xogħlijiet importanti Traité de Radioactivité
Premjijiet
Nominat għal
uri
Sħubija Akkademja Ġermaniża tax-Xjenzi Leopoldina
Akkademja tax-Xjenzi ta' San Pietruburgu
Akkademja tax-Xjenzi tal-URSS
Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi
Akkademja Russa tax-Xjenzi
Académie Nationale de Médecine
Soċjetà Xjentifika ta' Lwów
Koninklijke Nederlandse Akademie van Wetenschappen
Kumitat Internazzjonali għall-Kooperazzjoni Intellettwali
American Philosophical Society
Soċjeta Rjali Ċeka tax-Xjenzi
Commission on Isotopic Abundances and Atomic Weights

Fl-1903 ngħatat il-Premju Nobel għall-Fiżika, ma' żewġha Pierre Curie u Henri Becquerel, u fl-1911 il-Premju Nobel għall-Kimika għax-xogħol tagħha fuq il-polonju u r-radju. Hi l-unika mara li rċeviet żewġ premjijiet Nobel.[2]

Bijografija

immodifika

Marie Curie twieldet Varsavja fejn missierha Władysław Skłodowski kien għalliem tal-matematika u l-fiżika. Marie kienet l-iżgħar fost ħames aħwa. Fi żmien sentejn tilfet 'l oħtha Zofia li mietet bit-tifu f'Jannar tal-1876, u 'l ommha, Bronisława li, mietet bit-tuberkolożi fid-9 ta' Mejju 1878. Wara ntefgħet fuq l-istudju fejn ibbrillat fis-suġġetti kollha u ngħatat l-ogħla grad. Temmet l-istudji sekondarji b'midalja tad-deheb fl-1883.

Il-Fakultà tax-Xjenza ta' Pariġi

immodifika

Dak iż-żmien, Varsavja kienet annessa mar-Russa, u n-nisa ma setgħux immorru l-università. Għalhekk, f'Novembru 1891, Marie telqet lejn Pariġi, fejn diġà kien hemm oħta l-kbira tistudja l-mediċina u fejn kienet ġiet aċċettata biex issegwi l-istudji fix-xjenzi fiżiċi u fix-xjenzi matematiċi fil-fakultà tax-Xjenza tas-Sorbonne. Sentejn wara, ġiet l-ewwel fil-licence fix-xjenzi fiżiċi u s-sena ta' wara ħadet il-licence fix-xjenzi matematiċi u ġiet it-tieni. Imbagħad marret taħdem fil-Laboratorju tar-riċerki fiżiċi taħt Gabriel Lippmann.

 
Dar tat-twelied ta' Marie Curie, Varsavja.

Fir-rebbiegħa tal-1894, iltaqgħet ma' Pierre Curie u żżewġu fil-komuni ta' Sceaux, Hauts-de-Seine, fis-26 ta' Lulju 1895. Fl-1896, ġiet l-ewwel fl-agrégation tal-fiżika. Fit-12 ta' Settembru 1897, kellha l-ewwel tifla, Irène.

Il-Polonju u r-Radju

immodifika

F'Diċembru 1897, bdiet ix-xogħol tat-teżi fuq l-istudju tar-raġġi prodotti mill-Uranju, skoperti minn Henri Becquerel. Bl-użu tal-metodi tekniċi żviluppati minn żewġha, analizzat ir-radjazzjoni mogħtija mill-pechblenda, (forma kollojdali tal-minerali Uraniniti), li hi għanja ħafna fl-Uranju.

Min-naħa tiegħu Pierre fl-1898, ħalla x-xogħol fuq il-Piezoelettriċità biex jingħaqad ma' martu fl-istudju tar-radjoattività. Ħa permess mid-direttur tal-Iskola tal-Fiżika u Kimika (li llum saret l-École supérieure de physique et de chimie industrielles de la ville de Paris) biex juża ħanut tax-xogħol fis-sular t'isfel. It-trattamenti kimiċi kienu jsiru f'maħżen, ma' ġenb il-ħanut, separat minnu b'bitħa biss.

F'dan il-laboratorju fejn eżaminaw il-pechblenda, skoprew żewġ elementi ġodda. Fit-18 ta' Lulju 1898, Marie Curie ħabbret l-iskoperta tal-Polonju, msemmi hekk għal art twelidha. Fis-26 ta' Diċembru, ma' Gustave Bémont, ħabbret is-sejba tar-Radju; kellhom jittrattaw tunellati sħaħ ta' pechblenda biex joħorġu inqas minn gramma ta' dan l-element. Dan ix-xogħol sar f'postijiet bla kumdità xejn. Skond il-kimiku Ġermaniż Wilhelm Ostwald, li żar il-post tax-xogħol ta' Pierre u Marie Curie: "Dan il-laboratorju kien qiesu fl-istess ħin stalla u maħżen tat-tuffieħ. Kieku ma rajtx l-apparat tal-kimika, kont naħseb li qegħdin jidħqu bija".

 
Wieħed mill-premji Nobel ta' Marie Curie

Fit-26 ta' Ottubru 1900, saret professur fl-École normale supérieure de jeunes filles ta' Sèvres. Matul is-sena 1903, fit-25 ta' Ġunju iddefendiet it-teżi tagħha fuq il-materji radjoattivi. Fl-10 ta' Diċembru, irċeviet ma' żewġha u Henri Becquerel, il-Premju Nobel għall-fiżika " b'rikonoxximent għas-servizzi straordinarji li taw fir-riċerka flimkien fuq il-fenomenu tar-radjazzjoni, skopert mill-Professur Henri Becquerel". Kienet l-ewwel mara li ngħatat il-Premju Nobel. Dik is-sena stess, saret l-ewwel lawrejata mara tal-Midalja Davy.

Is-sena ta' wara, irċeviet il-Midalja Matteucci[3] u fis-6 ta' Diċembru weldet lit-tieni tifla tagħhom, Ève.

Fid-19 ta' April 1906, Pierre miet f'inċident, imtajjar minn karettun biż-żiemel. F'Novembru, ħadet postu bħala professur fis-Sorbonne. Kienet l-ewwel mara li qatt għallmet f'dik l-università. Fl-1909, ġiet nominata professur titulari fil-katedra tal-Fiżika Ġenerali u wara tal-Fiżika Ġenerali u r-Radjoattività.

Fl-10 ta' Diċembru 1911, irċeviet it-tieni Premju Nobel, "b'rikonoxximent għas-servizzi tagħhom għall-avvanz tal-kimika bl-iskoperta tar-Radju u l-Polonju, l-iżolament tar-Radju u l-istudju tan-natura u l-komponenti ta' dan l-element notevoli". Kienet l-ewwel persuna li ħadet żewġ premjijiet Nobel għal xogħol xjentifiku. It-tieni waħda kienet Linus Pauling, li rċieva l-ewwel wieħed għax-xogħol xjentifiku fil-kimika fl-1954 u t-tieni għall-ħidma favur il-paċi fl-1962.

 
Marie Curie u Henri Poincaré fl-ewwel Kungress Solvay fl-1911.

Marie ħadet sehem fl-ewwel Kungress Solvay fl-1911, li laqqa' bosta fiżiċi famużi, bħal Max Planck, Albert Einstein u Ernest Rutherford, li kienu ħa jbiddlu l-mod kief naraw id-dinja. Kienet l-unika mara li attendiet dan il-Kungress, organizzat u ffinanzjat mill-industrijalist Belġjan, Ernest Solvay.

L-Istitut tar-Radju

immodifika

Fl-aħħar tal-1909, il-professur Émile Roux, id-direttur tal-Istitut Pasteur, issuġerixxa li jinħoloq Istitut tar-Radju, dedikat għar-riċerka medika kontra l-cancer u l-kura tiegħu bir-radjoterapija. Minkejja l-fama ta' Marie Curie minħabba l-Premju Nobel, kellha tistenna sal-1911 biex tibda x-xogħol tagħha, issussidjata minn Daniel Iffla-Osiris. L-Istitut, f'rue d'Ulm, Pariġi, li llum hu magħruf bħala l-Istitut Marie Curie, fetaħ fl-1914, eżatt qabel bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija. Ġabar fih żewġ laboratorji ta' oqsma komplementari : il-laboratorju tal-fiżika u l-kimika, immexxi minn Marie Curie, u l-laboratoju Pasteur, li jikkonċentra fuq ir-radjoterapija, dirett minn Claudius Régaud.

Il-petites Curies

immodifika

Meta faqqet il-gwerra, Marie Curie ġiet mobilizzata kif kienu l-membri l-oħra tal-Istitut tar-Radju. Flimkien ma' Antoine Béclère, direttur tas-servizz radjoloġiku tal-armata, ħadet sehem fit-twaqqif ta' units kiruġiċi mobbli. Waqfet ukoll tmintax-il vettura tar-radjoloġija imlaqqmin "petites Curie" li ntbagħtu fuq il-front. Fl-Istitut tar-Radju, ħarrġet l-infirmiera radjoloġi.

Fl-1916, ħadet il-liċenzja tas-sewqan u kienet tmur regularment fuq il-front biex tieħu r-radjografiji. Irène, li kellha tmintax-il sena biss kienet tagħmel l-istess fl-isptarijiet tal-kampanja matul il-gwerra kollha.

Wara l-gwerra, fl-1918, Marie Curie, setgħet tkompli x-xogħol tagħha fl-Istitut tar-Radju. Bintha Irène saret l-assistenta tagħha. L-Istitut tar-Radju iżjed tard sar l-Istitut Curie.

Simbolu tal-feminiżmu

immodifika
 
Marie Curie u Albert Einstein

Fl-20 ta' Mejju 1921, waqt l-ewwel vjaġġ tagħha fl-iStati Uniti, setgħet tixtri gramma Radju minn Pittsburgh, wara ġabra ta' 100 000 dollaru min-nisa Amerikani, organizzata mill-ġurnalista Marie Mattingly Meloney. Fl-1929, reġgħet bil-flus miġbura min-nisa Amerikani, irċeviet gramma Radju oħra, li rregalat lill-Università ta' Varsavja.

Minħabba li kienet esposta għal radjoattività qawwija, qabditha l-lewċemija u ntbagħtet fis-sanatorju ta' Sancellemoz f'Haute-Savoie fl-1934. Minkejja l-marda tagħha, kompliet tmexxi is-sezzjoni tal-fiżika u l-kimika fl-Istitut tar-Radju sa mewtha.

Fl-20 ta' April 1995, fuq id-deċizzjoni tal-president François Mitterrand, l-irmied tagħha u ta' żewġha Pierre Curie tmexxew għall-Panthéon ta' Pariġi. S'issa għadha l-unika mara onorata fil-Panthéon għall-ħidma tagħha.

Fl-Istitut Curie, Pariġi, inbena l-Mużew Curie fl-istess post fejn ix-xjenzata kienet taħdem sa mewtha. Dan juri l-patrimonju xjentifiku rikk u l-ħajja personali u professjonali tal-familja Curie li rċevew ħames premjijiet Nobel, il-passi kbar fl-istorja tar-radjoattività u l-ġlieda kontra l-kanċer.

Xi tifkiriet oħra ġew organizzati :

  • Ħarġu karti ta' 500 franc Franċiż u ta' 20 000 złoty Polakk bix-xbieha ta' Marie Curie.
  • Ħarġet munita ta' 100 franc Franċiż bix-xbieha tagħha.
  • Fit-8 ta' Marzu 2007, l-istazzjon tal-métro Pariġin Pierre Curie bidel l-isem għal Pierre et Marie Curie.
  • L-Université Paris 6, Franza, għandha l-isem Université Pierre et Marie Curie.
  • L-università pubblika ta' Lublin, fil-Polonja, għandha l-isem 'Università Marie Curie-Skłodowska', Uniwersytet Marii Curie-Skłodowskiej w Lublinie[4].
  • L-element atomiku numru 96, skopert fl-1944, isemma Kurju f'unur Pierre u Marie Curie.
  • Il-Marie Curie Fellowship Association[5] hu programm ta' għajnuna għall-mobbiltà ġeografika għar-riċerkaturi żagħżagħ Ewropej.
  • Fl-2006, iz-Zekka ta' Pariġi ħarġet 500 munita ta' 20€ tad-deheb, għall-kollezzjonisti.

Bibljografija

immodifika
  • Ève Curie, Madame Curie, 1938
  • Marie Curie, Irène Joliot-Curie et Gillette G. Ziegler, Correspondance
  • Marie Curie et Irène Joliot-Curie, Prace Marii Skłodowskiej-Curie
  • Françoise Giroud, Une femme honorable, 1981
  • Xavier Laurent-Petit, Marie Curie, 2005
  • Brigitte Labbé et Michel Puech, Marie Curie, 2006
  • Eve Curie: Madame Curie. Eine Biographie. Fischer, Frankfurt/M. 2003, ISBN 3-596-22243-5.
  • Barbara Goldsmith: Obsessive genius. The inner world of Marie Curie. Weidenfeld & Nicolson, London 2005, ISBN 0-297-84767-8.
  • Peter Ksoll: Marie Curie. Mit Selbstzeugnissen und Bilddokumenten. Rowohlt, Reinbek 2006, ISBN 3-499-50417-0.
  • Jean-Pierre Poirier: Marie Curie et les conquérants de l'atome (1896-2006). Pygmalion, Paris 2006, ISBN 2-7564-0052-1.

Ħoloq esterni

immodifika
  1. ^ Quid 1989, paġna 1190b.
  2. ^ (Bl-Ingliż) Nobel Laureates Facts
  3. ^ (bit-Taljan) Akkademja Nazzjonali tax-Xjenza Taljana
  4. ^ Sit tal-Università Marie Curie: http://www.umcs.lublin.pl/
  5. ^ Sit tal-għaqda Marie Curie Fellowship Association: https://web.archive.org/web/20110717020059/http://www.mariecurie.org/
  NODES
Association 2
INTERN 1
Note 1