Salzburg
Salzburg (bil-Ġermaniż tal-Awstrija: [ˈsaltsbʊʁk], bil-Ġermaniż: [ˈzaltsbʊʁk]; litteralment tfisser "Kastell tal-Melħ"; bil-Bavarjan Awstrijaku: Soizbuag) hija r-raba' l-ikbar belt fl-Awstrija. Fl-2020 kellha popolazzjoni ta' 156,872 ruħ.[1][2]
Salzburg | |||
---|---|---|---|
Awstrija | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Awstrija | ||
Federal state of Austria | Salzburg | ||
Kap tal-Gvern | Harald Preuner (en) | ||
Isem uffiċjali | Salzburg | ||
Ismijiet oriġinali | Salzburg | ||
Kodiċi postali |
5020, 5023, 5026, 5061, 5071, 5081u 5082 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 47°48′00″N 13°02′42″E / 47.8°N 13.045°EKoordinati: 47°48′00″N 13°02′42″E / 47.8°N 13.045°E | ||
Superfiċjenti | 65.65 kilometru kwadru | ||
Għoli | 424 m | ||
Fruntieri ma' | Berchtesgadener Land (en) u Salzburg-Umgebung District (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 155,021 abitanti (1 Jannar 2020) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
0662 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Vilnius, Reims, Atlanta, Verona, León, Dresden, Kawasaki, Merano, Shanghai, São João da Madeira, Singida, Busseto, Bernu Lagos | ||
stadt-salzburg.at |
Il-belt tinsab fuq is-sit tal-insedjament Ruman ta' Iuvavum. Salzburg ġiet stabbilita bħala sede episkopali fis-696 u saret is-sede tal-arċisqof fis-798. Is-sorsi prinċipali ta' introjtu tagħha kienu l-estrazzjoni tal-melħ, il-kummerċ u l-estrazzjoni tad-deheb. Il-Fortizza ta' Hohensalzburg, waħda mill-ikbar fortizzi Medjevali fl-Ewropa, inbniet fis-seklu 11. Fis-seklu 17, Salzburg saret ċentru tal-Kontroriformazzjoni, u nbnew bosta monasteri u knejjes Barokki.
Iċ-ċentru storiku ta' Salzburg (bil-Ġermaniż: Altstadt) huwa rinomat għall-arkitettura Barokka tiegħu u huwa wieħed mill-iżjed ċentri ppreservati tajjeb fit-Tramuntana tal-Alpi. Iċ-ċentru storiku tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.[3] Il-belt fiha tliet universitajiet u popolazzjoni kbira ta' studenti. It-turisti jżuru lil Salzburg biex jitpaxxew biċ-ċentru storiku tal-belt u bil-pajsaġġ Alpin xeniku tal-madwar. F'Salzburg twieled il-kompożitur tas-seklu 18 Wolfgang Amadeus Mozart, li jitqies bħala wieħed mill-ikbar kompożituri tad-dinja.
Storja
immodifikaŻmien il-Qedem sal-Medju Evu Aħħari
immodifikaFl-inħawi nstabu traċċi ta' insedjamenti umani li jmorru lura għan-Neolitiku. L-ewwel insedjamenti f'Salzburg li baqgħu jintużaw b'mod kontinwu sal-preżent milli jidher kienu bdew jintużaw miċ-Ċeltiċi għall-ħabta tas-seklu 5 Q.K.
Għall-ħabta tal-15 Q.K., l-Imperu Ruman wettaq fużjoni tal-insedjamenti kollha f'belt waħda. Dak iż-żmien, il-belt kien jisimha Iuvavum u ngħatat l-istatus ta' municipium Ruman fil-45 W.K. Iuvavum żviluppat f'belt importanti tal-provinċja Rumana ta' Noricum. Wara l-waqgħa tal-fruntiera ta' Noricum, Iuvavum malajr qabdet it-triq tan-niżla, tant li sal-aħħar tas-seklu 7 kważi saret għadd ta' fdalijiet biss.[4]
Skont Il-Ħajja ta' San Rupert il-belt reġgħet twieldet mill-ġdid bis-saħħa tal-qaddis tas-seklu 8. Meta Teodo tal-Bavarja staqsa lil Rupert isir isqof għall-ħabta tas-700, Rupert għażel l-inħawi tax-xmara bħala s-sit għall-bażilika tiegħu. Rupert għażel lil Iuvavum, ta s-saċerdozju lill-qassisin, u wettaq l-annessjoni tal-proprjetà ta' Piding. Rupert semma l-belt "Salzburg". Huwa vvjaġġa biex jevanġelizza fost il-pagani.
L-isem "Salzburg" ifisser litteralment "Kastell tal-Melħ" (bil-Latin: Salis Burgium). L-isem joriġina mill-barklori li kienu jġorru l-melħ fuq ix-xmara Salzach, u li kienu soġġetti għal noll fis-seklu 8 kif kien isir f'ħafna komunitajiet u bliet max-xmajjar Ewropej. Il-Fortizza ta' Hohensalzburg, il-fortizza tal-belt, inbniet fl-1077 mill-Arċisqof Gebhard, li għamilha r-residenza tiegħu. Ġiet imkabbra ferm matul is-sekli ta' wara.[5]
Indipendenza
immodifikaL-indipendenza mill-Bavarja ġiet żgurata fl-aħħar tas-seklu 14. Salzburg kienet is-sede tal-Arċiveskovat ta' Salzburg, prinċipat-veskovat tal-Imperu Ruman Sagru. Malli l-moviment tar-Riformazzjoni qabad ġmielu, beda jkun hemm irvelli fost ir-raħħala fl-inħawi ta' Salzburg u fil-madwar. Il-belt ġiet okkupata matul il-Gwerra tar-Raħħala Ġermaniżi, u l-Arċisqof kellu jaħrab għall-kenn tal-fortizza li ġiet assedjata għal tliet xhur sħaħ fl-1525.[6]
Eventwalment, it-tensjonijiet ikkalmaw, u l-indipendenza tal-belt wasslet għal żieda fil-ġid u fil-prosperità tal-belt, li laħqu l-qofol tagħhom fl-aħħar tas-seklu 16 sas-seklu 18 taħt il-Prinċpijiet u l-Arċisqfijiet Wolf Dietrich von Raitenau, Markus Sittikus, u Paris Lodron. Fis-seklu 17 l-arkitetti Taljani (u l-Awstrijaki li kienu studjaw l-istil Barokk) wettqu r-rikostruzzjoni taċ-ċentru tal-belt kif inhi fil-preżent flimkien mal-kostruzzjoni ta' bosta palazzi.[6]
Żmien modern
immodifikaKunflitt reliġjuż
immodifikaFil-31 ta' Ottubru 1731, il-214-il anniversarju tal-95 Teżi, l-Arċisqof u l-Konti Leopold Anton von Firmian iffirma Editt ta' Espulsjoni, l-Emigrationspatent, biex iċ-ċittadini Protestanti kollha jiċħdu t-twemmin mhux Kattoliku tagħhom. 21,475 ċittadin irrifjutaw li jiċħdu t-twemmin tagħhom u tkeċċew minn Salzburg. Il-biċċa l-kbira minnhom aċċettaw offerta mir-Re Friedrich Wilhelm I tal-Prussja, u vvjaġġaw tul il-Ġermanja kollha biex imorru jgħixu fil-Lvant tal-Prussja. Il-bqija insedjaw stati Protestanti oħra fl-Ewropa u l-kolonji Brittaniċi fl-Amerka ta' Fuq.[7]
Illuminiżmu
immodifikaFl-1772-1803, taħt l-Arċisqof Hieronymus Graf von Colloredo, Salzburg kienet ċentru tal-Illuminiżmu aħħari. Colloredo huwa magħruf li kien wieħed mill-impjegaturi prinċipali ta' Mozart. Spiss kien jargumenta ma' Mozart u keċċih wara li qallu "Soll er doch gehen, ich brauche ihn nicht!" (Jitlaq; m'għandix bżonnu!). Mozart telaq minn Salzburg u mar lejn Vjenna fl-1781 flimkien mal-familja tiegħu, għalkemm missieru Leopold baqa' Salzburg għaliex kellu relazzjoni mill-qrib ma' Colloredo.
Elettorat ta' Salzburg
immodifikaFl-1803, l-arċiveskovat ġie sekolarizzat mill-Imperatur Napuljun li ttrasferixxa t-territorju lil Ferdinando III tat-Toskana, l-eks Gran Duka tat-Toskana, bħala l-Elettorat ta' Salzburg.
Annessjoni Awstrijaka ta' Salzburg
immodifikaFl-1805, Salzburg ġiet annessa mal-Imperu Awstrijaku, flimkien mal-Provosterija ta' Berchtesgaden.
Salzburg taħt it-tmexxija tal-Bavarja
immodifikaFl-1809, it-territorju ta' Salzburg ġie ttrasferit lir-Renju tal-Bavarja wara t-telfa li ġarrbet l-Awstrija f'Wagram.
Diviżjoni ta' Salzburg u l-annessjoni mill-Awstrija u mill-Bavarja
immodifikaWara l-Kungress ta' Vjenna bit-Trattat ta' Munich (1816), Salzburg ġiet irritornata b'mod definittiv lill-Awstrija, iżda mingħajr Rupertigau u Berchtesgaden, li baqgħu tal-Bavarja. Salzburg ġiet integrata fil-Provinċja ta' Salzach u s-Salzburgerland ġie mmexxi minn Linz.[8]
Fl-1850, l-istatus ta' Salzburg reġa' ngħata bħala l-belt kapitali tad-Dukat ta' Salzburg, proprjetà ewlenija tal-Imperu Awstrijaku. Il-belt saret parti mill-Awstro-Ungerija fl-1866 bħala l-kapitali ta' proprjetà ewlenija tal-Imperu Awstrijaku. In-nostalġija tal-Era Romantika wasslet għal żieda fit-turiżmu. Fl-1892, ġie installat funikular biex jiffaċilita l-aċċess tat-turisti lejn il-Fortizza ta' Hohensalzburg.[9]
Seklu 20
immodifikaL-Ewwel Repubblika
immodifikaWara l-Ewwel Gwerra Dinjija u x-xoljiment tal-Imperu Awstro-Ungariku, Salzburg, bħala l-kapitali ta' wieħed mit-territorji Awstro-Ungariċi, saret parti mill-Awstrija Ġermaniża l-ġdida. Fl-1918, kienet tirrappreżenta t-territorji residwi li kienu jitkellmu bil-Ġermaniż tal-qalba tal-Awstrija. Din ġiet sostitwita bl-Ewwel Repubblika Awstrijaka fl-1919, wara t-Trattat ta' Saint-Germain-en-Laye.
Annessjoni fit-Tielet Reich
immodifikaL-Anschluss (l-okkupazzjoni u l-annessjoni tal-Awstrija, inkluż Salzburg, fit-Tielet Reich) seħħet fit-12 ta' Marzu 1938, jum qabel referendum skedat dwar l-indipendenza tal-Awstrija. It-truppi Ġermaniżi daħlu fil-belt. L-oppożituri politiċi, iċ-ċittadini Lhud u minoranzi oħra sussegwentement ġew arrestati u deportati lejn il-kampijiet ta' konċentrament. Is-sinagoga ġiet meqruda. Wara li l-Ġermanja invadiet l-Unjoni Sovjetika, diversi kampijiet tal-priġunieri tal-gwerra għall-priġunieri mill-Unjoni Sovjetika u nazzjonijiet oħra għedewwa ġew organizzati fil-belt.
Matul l-okkupazzjoni Nażista, inbena kamp tar-Rom f'Salzburg-Maxglan. Kien Arbeitserziehungslager (kamp tax-xogħol "edukattiv"), li kien jipprovdi forza tax-xogħol imjassra lill-industrija lokali. Kien jintuża wkoll bħala Zwischenlager (kamp ta' tranżitu), fejn il-popolazzjoni Rom kienet tinżamm qabel id-deportazzjoni lejn kampijiet Ġermaniżi jew getti fit-territorji okkupati mill-Ġermaniżi fil-Lvant tal-Ewropa.[10]
It-Tieni Gwerra Dinjija
immodifikaIl-bombi tal-alleati qerdu 7,600 dar u qatlu lil 550 abitant. Ħmistax-il attakk mill-ajru qerdu 46 fil-mija tal-binjiet tal-belt, speċjalment dawk madwar l-istazzjon ferrovjarju ta' Salzburg. Għalkemm il-pontijiet tal-belt u l-koppla tal-katidral inqerdu, il-biċċa l-kbira tal-arkitettura Barokka baqgħet intatta. B'hekk, Salzburg hija waħda mill-ftit eżempji li għad fadal ta' belt ta' dak l-istil. It-truppi Amerikani daħlu fil-beltfil-5 ta' Mejju 1945 u saret iċ-ċentru taż-żona okkupata mill-Amerikani fl-Awstrija. Diversi kampijiet b'persuni spustjati ġew stabbiliti f'Salzburg — fosthom Riedenburg, il-Kamp Herzl (Franz-Josefs-Kaserne), il-Kamp Mülln, Bet Bialik, Bet Trumpeldor, u l-Palestina l-Ġdida.
Żmien kontemporanju
immodifikaWara t-Tieni Gwerra Dinjija, Salzburg saret il-belt kapitali tal-Istat Federali ta' Salzburg (Land Salzburg) u l-Amerikani telqu miż-żona ladarba l-Awstrija ffirmat trattat tal-1955 li reġa' stabbilixxa l-pajjiż bħala nazzjon demokratiku u indipendenti u sussegwentement iddikjarat in-newtralità perpetwa tagħha. Fis-27 ta' Jannar 2006, il-250 anniversarju tat-twelid ta' Wolfgang Amadeus Mozart, il-35 knisja kollha ta' Salzburg daqqew il-moti bil-qniepen wara t-8:00 ta' filgħaxija (ħin lokali) biex jiċċelebraw l-okkażjoni. Ċelebrazzjonijiet kbar seħħew matul is-sena kollha.
Mill-2017 Salzburg kellha Prodott Domestiku Gross għal kull ras ta' €46,100, li kien ogħla mill-medja għall-Awstrija u għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej.[11]
Ġeografija
immodifikaSalzburg tinsab max-xtut tax-xmara Salzach, fil-konfini tat-Tramuntana tal-Alpi. Il-muntanji lejn in-Nofsinhar ta' Salzburg joħolqu kuntrast mal-pjanura bl-għoljiet tat-Tramuntana. L-eqreb quċċata Alpina, il-muntanja Untersberg għolja 1,972 metru, tinsab inqas minn 16-il kilometru 'l bogħod miċ-ċentru tal-belt. L-Altstadt, jew iċ-"ċentru storiku", huwa dominat mit-torrijiet u l-knejjes Barokki, kif ukoll mill-Fortizza enormi ta' Hohensalzburg. Maġenb din iż-żona hemm żewġ għoljiet iżgħar, magħrufa bħala Mönchsberg u Kapuzinerberg, li joffru riliev aħdar fi ħdan il-belt. Salzburg tinsab bejn wieħed u ieħor 150 kilometru fil-Lvant ta' Munich, il-Ġermanja, 281 kilometru fil-Majjistral ta' Ljubljana, is-Slovenja, u 300 kilometru fil-Punent ta' Vjenna. Salzburg għandha kważi l-istess latitudni ta' Seattle, l-Istati Uniti.
Minħabba l-prossimità tagħha mal-fruntiera bejn l-Awstrija u l-Ġermanja, iż-żona urbana ikbar ta' Salzburg xi kultant tqieset, b'mod mhux uffiċjali, li tinkludi partijiet kontigwi tal-Ġermanja, inkluż Freilassing (li sal-1923 kienet magħrufa bħala Salzburghofen), Ainring u Piding.
Klima
immodifikaSalzburg hija parti miż-żona bi klima miti. Il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen tispeċifika l-klima bħala klima kontinentali umduża (Dfb). Madankollu, bl-iżoterm ta' −3 °C (27 °F) fl-iksaħ xahar, Salzburg tista' tiġi kklassifikata bħala belt li għandha klima oċeanika b'erba' staġuni, b'differenzi sinifikanti fit-temperatura minn staġun għall-ieħor. Minħabba l-post fejn tinsab fit-tarf tat-Tramuntana tal-Alpi, l-ammont ta' preċipitazzjoni huwa pjuttost għoli, l-iktar fix-xhur tas-sajf. Meta speċifikament ix-xita tinżel irxix, bid-djalett lokali din tissejjaħ Schnürlregen. Fix-xitwa u fir-rebbiegħa, ikun hemm irjieħ qalila tat-tip foehn li jseħħu regolarment.
Data klimatika għal Salzburg-Flughafen fl-1981-2010, temperaturi estremi mill-1874 sal-preżent | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 20.8
(69.4) |
21.7
(71.1) |
24.9
(76.8) |
30.3
(86.5) |
34.1
(93.4) |
35.7
(96.3) |
37.7
(99.9) |
36.6
(97.9) |
33.3
(91.9) |
28.2
(82.8) |
24.1
(75.4) |
19.1
(66.4) |
37.7
(99.9) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 3.2
(37.8) |
5.4
(41.7) |
10.2
(50.4) |
15.2
(59.4) |
20.3
(68.5) |
22.7
(72.9) |
25.1
(77.2) |
24.4
(75.9) |
20.0
(68.0) |
15.2
(59.4) |
8.2
(46.8) |
3.8
(38.8) |
14.5
(58.1) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | −1.1
(30.0) |
0.3
(32.5) |
4.6
(40.3) |
8.9
(48.0) |
14.0
(57.2) |
16.8
(62.2) |
18.9
(66.0) |
18.2
(64.8) |
14.0
(57.2) |
9.4
(48.9) |
3.7
(38.7) |
0.0
(32.0) |
9.0
(48.2) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | −4.0
(24.8) |
−3.0
(26.6) |
0.7
(33.3) |
4.3
(39.7) |
8.9
(48.0) |
12.1
(53.8) |
14.0
(57.2) |
13.8
(56.8) |
10.3
(50.5) |
6.0
(42.8) |
0.9
(33.6) |
−2.5
(27.5) |
5.1
(41.2) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −30.4
(−22.7) |
−30.6
(−23.1) |
−21.6
(−6.9) |
−9.2
(15.4) |
−3.4
(25.9) |
−0.1
(31.8) |
3.7
(38.7) |
2.0
(35.6) |
−3.0
(26.6) |
−8.3
(17.1) |
−18.0
(−0.4) |
−27.7
(−17.9) |
−30.6
(−23.1) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 59
(2.3) |
53
(2.1) |
87
(3.4) |
78
(3.1) |
115
(4.5) |
151
(5.9) |
158
(6.2) |
164
(6.5) |
112
(4.4) |
73
(2.9) |
72
(2.8) |
72
(2.8) |
1,195
(47.0) |
Borra medja f'cm (pulzieri) | 23
(9.1) |
24
(9.4) |
18
(7.1) |
2
(0.8) |
0
(0) |
0
(0) |
0
(0) |
0
(0) |
0
(0) |
0
(0) |
10
(3.9) |
24
(9.4) |
101
(40) |
Umdità relattiva medja (%) (fis-14:00) | 71.4 | 63.5 | 56.9 | 51.3 | 51.2 | 54.3 | 52.6 | 55.2 | 58.4 | 61.9 | 70.0 | 74.9 | 60.1 |
Sors 1: L-Istitut Ċentrali għall-Meteoroloġija u l-Ġeodinamika[12][13][14][15] | |||||||||||||
Sors 2: Meteo Climat (temperaturi għoljin u baxxi rekord)[15] |
Data klimatika għall-Ajruport ta' Salzburg (1971–2000) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 16.3
(61.3) |
21.7
(71.1) |
24.9
(76.8) |
27.9
(82.2) |
32.2
(90.0) |
35.6
(96.1) |
37.7
(99.9) |
35.6
(96.1) |
32.1
(89.8) |
28.2
(82.8) |
23.5
(74.3) |
18.6
(65.5) |
37.7
(99.9) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 3.2
(37.8) |
5.6
(42.1) |
10.4
(50.7) |
14.3
(57.7) |
19.9
(67.8) |
22.2
(72.0) |
24.4
(75.9) |
24.2
(75.6) |
20.1
(68.2) |
14.8
(58.6) |
7.8
(46.0) |
4.0
(39.2) |
14.2
(57.6) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | −0.8
(30.6) |
0.7
(33.3) |
4.8
(40.6) |
8.5
(47.3) |
13.8
(56.8) |
16.5
(61.7) |
18.6
(65.5) |
18.3
(64.9) |
14.3
(57.7) |
9.3
(48.7) |
3.6
(38.5) |
0.4
(32.7) |
9.0
(48.2) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | −4
(25) |
−2.9
(26.8) |
0.7
(33.3) |
3.8
(38.8) |
8.4
(47.1) |
11.5
(52.7) |
13.5
(56.3) |
13.5
(56.3) |
10.1
(50.2) |
5.5
(41.9) |
0.6
(33.1) |
−2.5
(27.5) |
4.9
(40.8) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −25.4
(−13.7) |
−21.8
(−7.2) |
−21.6
(−6.9) |
−3.9
(25.0) |
−2.1
(28.2) |
2.0
(35.6) |
3.7
(38.7) |
4.3
(39.7) |
−1.6
(29.1) |
−8
(18) |
−17.8
(0.0) |
−26.8
(−16.2) |
−26.8
(−16.2) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 59.9
(2.36) |
54.7
(2.15) |
78.7
(3.10) |
83.1
(3.27) |
114.5
(4.51) |
154.8
(6.09) |
157.5
(6.20) |
151.3
(5.96) |
101.3
(3.99) |
72.6
(2.86) |
83.0
(3.27) |
72.8
(2.87) |
1,184.2
(46.62) |
Borra medja f'cm (pulzieri) | 24.0
(9.4) |
23.9
(9.4) |
21.7
(8.5) |
2.9
(1.1) |
0.1
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
12.1
(4.8) |
27.8
(10.9) |
112.5
(44.3) |
Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 10.1 | 9.5 | 11.9 | 11.8 | 12.1 | 15.0 | 14.4 | 13.2 | 10.8 | 9.3 | 10.8 | 11.8 | 140.7 |
Umdità relattiva medja (%) (fis-14:00) | 73.6 | 65.6 | 58.1 | 54.9 | 52.5 | 55.6 | 54.5 | 55.6 | 58.8 | 62.8 | 70.6 | 75.4 | 61.5 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 67.0 | 91.9 | 130.0 | 152.6 | 196.4 | 193.9 | 221.1 | 202.8 | 167.7 | 129.7 | 81.2 | 62.8 | 1,697.1 |
Perċentwal possibbli ta' xemx | 26.9 | 34.4 | 37.9 | 39.4 | 44.3 | 43.7 | 48.8 | 48.3 | 47.4 | 42.9 | 30.8 | 26.7 | 39.3 |
Sors: L-Istitut Ċentrali għall-Meteoroloġija u l-Ġeodinamika[16] |
Popolazzjoni
immodifikaSena | Pop. | ±% |
---|---|---|
1869 | 27,858 | — |
1880 | 33,241 | +19.3% |
1890 | 38,081 | +14.6% |
1900 | 48,945 | +28.5% |
1910 | 56,423 | +15.3% |
1923 | 60,026 | +6.4% |
1934 | 69,447 | +15.7% |
1939 | 77,170 | +11.1% |
1951 | 102,927 | +33.4% |
1961 | 108,114 | +5.0% |
1971 | 129,919 | +20.2% |
1981 | 139,426 | +7.3% |
1991 | 143,978 | +3.3% |
2001 | 142,662 | −0.9% |
2011 | 145,367 | +1.9% |
2016 | 150,887 | +3.8% |
Sors: Statistik Austria[17] |
Il-popolazzjoni uffiċjali ta' Salzburg żdiedet b'mod sinifikanti fl-1935 meta l-belt assorbiet il-muniċipalitajiet biswitha. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, bosta refuġjati bdew jgħixu fil-belt. Inbena spazju residenzjali ġdid għas-suldati Amerikani tal-okkupazzjoni wara l-gwerra, u dan imbagħad seta' jintuża għar-refuġjati meta l-Amerikani telqu. Għall-ħabta tal-1950, Salzburg qabżet il-100,000 ċittadin, u fl-2016, laħqet il-150,000 ċittadin.
Salzburg tospita komunitajiet kbar ta' Ġermaniżi, Bożnijaċi, Serbi u Rumeni.
L-ikbar gruppi ta' immigranti sal-1 ta' Jannar 2021:
Il-Ġermanja | 7,816 |
Il-Bożnija-Ħerzegovina | 5,189 |
Is-Serbja | 4,805 |
Ir-Rumanija | 2,914 |
Il-Kroazja | 2,521 |
It-Turkija | 2,457 |
Is-Sirja | 1,947 |
L-Afganistan | 1,686 |
L-Ungerija | 1,595 |
L-Italja | 1,197 |
Arkitettura
immodifikaRumanesk u Gotiku
immodifikaIl-knejjes Rumaneski u Gotiċi, il-monasteri u l-oqfsa tad-djar bikrin iddominaw il-belt Medjevali għal żmien twil. Il-Katidral tal-Arċisqof Konrad ta' Wittelsbach kienet l-ikbar bażilika fit-Tramuntana tal-Alpi. Il-kostruzzjoni tal-kor tal-Knisja Franġiskana nbdiet minn Hans von Burghausen u tlestiet minn Stephan Krumenauer. Il-kor huwa waħda mill-iżjed binjiet reliġjużi Gotiċi prestiġjużi fir-reġjun. Fl-aħħar tal-era Gotika nbnew il-Knisja Kolleġjali ta' "Nonnberg", il-Kappella ta' Margarita fiċ-Ċimiterju ta' San Pietru, il-Kappella ta' San Ġorġ u s-swali lussużi tal-"Hoher Stock" fil-Fortizza ta' Hohensalzburg.
Rinaxximentali u Barokk
immodifikaIspirat minn Vincenzo Scamozzi, il-Prinċep u Arċisqof Wolf Dietrich von Raitenau beda jittrasforma l-belt Medjevali skont l-ideali arkitettoniċi tar-Rinaxximent aħħari. Il-pjanijiet għal katidral enormi li kellu Scamozzi qatt ma twettqu wara l-waqgħa tal-arċisqof. Minflok inbena katidral ieħor ippjanat minn Santino Solari bħala l-ewwel knisja Barokka bikrija f'Salzburg. Serviet bħala eżempju għal bosta knejjes oħra fin-Nofsinhar tal-Ġermanja u fl-Awstrija. Markus Sittikus u Paris von Lodron komplew ir-rikostruzzjoni tal-belt b'diversi proġetti kbar bħal dak tal-Palazz ta' Hellbrunn, ir-residenza tal-prinċep u l-arċisqof, il-binjiet tal-università, il-fortifikazzjonijiet, u bosta binjiet oħra. Giovanni Antonio Daria, fuq ordni tal-Prinċep u Arċisqof Guido von Thun, ħa ħsieb il-kostruzzjoni tal-bir residenzjali. Giovanni Gaspare Zuccalli, fuq ordni tal-istess arċisqof, ħoloq il-Knisja ta' Erhard u l-Knisja ta' Kajetan fin-Nofsinhar tal-belt. Id-disinn mill-ġdid tal-belt tlesta bil-binjiet iddisinjati minn Johann Bernhard Fischer von Erlach, li ngħataw b'donazzjoni mill-Prinċep u l-Arċisqof Johann Ernst von Thun.
Wara l-era ta' Ernst von Thun, it-tkabbir tal-belt waqaf ħesrem, u din hija r-raġuni għalfejn ma hemm l-ebda knisja mibnija bl-istil Rokokò. Sigismund von Schrattenbach kompla bil-kostruzzjoni tas-"Sigmundstor" u tal-istatwa ta' Santa Marija fil-pjazza tal-katidral. Bil-waqgħa u d-diviżjoni tal-eks "Fürsterzbistum Salzburg" (l-Arċiveskovat) li spiċċa f'idejn l-Awstrija ta' Fuq, il-Bavarja (Rupertigau) u t-Tirol (Zillertal Matrei), beda perjodu twil ta' staġnar urban. Din l-era ma spiċċatx qabel il-perjodu tal-promozzjoniżmu (Gründerzeit) ta spinta ġdida lill-iżvilupp urban. Id-dinastija tal-bennejja Jakob Ceconi u Carl Freiherr von Schwarz okkupat il-karigi ewlenin u sawret il-belt f'din l-era.[18]
Moderniżmu klassiku u moderniżmu wara l-gwerra
immodifikaIl-binjiet tal-moderniżmu klassiku u b'mod partikolari tal-moderniżmu wara l-gwerra huma frekwenti f'Salzburg. Xi eżempji huma d-dar ta' Zahnwurzen (dar f'Linzergasse 22 eżatt f'nofs iċ-ċentru storiku), il-"Lepi" (banjijiet pubbliċi f'Leopoldskron li nbnew fl-1964) u ċ-ċentru tal-kungressi oriġinali li nbena fl-1957 f'Salzburg, li ġie sostitwit b'binja ġdida fl-2001. Eżempju importanti u famuż ta' arkitettura ta' din l-era hija l-ftuħ fl-1960 tal-Großes Festspielhaus magħmula minn Clemens Holzmeister.
Arkitettura kontemporanja
immodifikaIż-żieda ta' arkitettura kontemporanja fiċ-ċentru storiku ta' Salzburg mingħajr ma tissogra li titlef l-istatus tagħha ta' Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO hija problematika. Minkejja dan, xi strutturi ġodda ġew miżjuda: il-Mozarteum fil-Ġnien Barokk ta' Mirabell (arkitettura ta' Robert Rechenauer)[19], il-Binja tal-Kungressi tal-2001, l-Unipark Nonntal tal-2011 (arkitettura ta' Storch Ehlers Partners), il-pont ta' "Makartsteg" tal-2001 (arkitettura ta' HALLE1), u d-"Dar Residenzjali u l-Istudjo" tal-arkitetti Christine u Horst Lechner f'nofs iċ-ċentru storiku ta' Salzburg (li rebħet il-premju tal-arkitettura ta' Salzburg fl-2010).[20][21] Xi eżempji oħra ta' arkitettura kontemporanja jinsabu barra ċ-ċentru storiku: il-binja tal-Fakultà tax-Xjenza tal-Università ta' Salzburg – arkitettura ta' Willhelm Holzbauer) li nbniet fit-tarf ta' spazju aħdar liberu, l-arkitettura stramba tar-Red Bull Hangar-7 (arkitettura ta' Volkmar Burgstaller)[22] fl-Ajruport ta' Salzburg, li jospita l-Barrin Itiru ta' Dietrich Mateschitz u l-Europark Shopping Centre (arkitettura ta' Massimiliano Fuksas).
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIċ-Ċentru Storiku tal-Belt ta' Salzburg ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.[3]
Il-valur universali straordinarju tal-belt ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterju tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[3]
Distretti
immodifikaSalzburg għandha erba' u għoxrin distrett u tliet popolazzjonijiet ekstraurbani. Id-distretti urbani (Stadtteile) huma:
- Aigen
- Altstadt
- Elisabeth-Vorstadt
- Gneis
- Gneis-Süd
- Gnigl
- Itzling
- Itzling-Nord
- Kasern
- Langwied
- Lehen
- Leopoldskron-Moos
- Liefering
- Maxglan
- Maxglan-West
- Morzg
- Mülln
- Neustadt
- Nonntal
- Parsch
- Riedenburg
- Salzburg-Süd
- Taxham
- Schallmoos
Il-popolazzjonijiet ekstraurbani (Landschaftsräume) huma:
- Gaisberg
- Hellbrunn
- Heuberg
Attrazzjonijiet ewlenin
immodifikaSalzburg hija belt li tilqa' ħafna turisti, u l-għadd ta' viżitaturi jkun ikbar mill-għadd ta' ċittadini bil-kbir fl-eqqel tal-istaġuni tat-turisti. Minbarra d-dar fejn twieled Mozart li ssemmiet iktar 'il fuq, postijiet notevoli oħra jinkludu:
Iċ-Ċentru Storiku
- Iċ-ċentru storiku tal-belt ta' Salzburg, Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO
- L-arkitettura Barokka, inkluż bosta knejjes
- Il-Felsenreitschule, teatru fil-beraħ li nbena fil-barriera li ntużat għall-kostruzzjoni tal-Katidral ta' Salzburg
- Il-Franziskanerkirche, waħda mill-eqdem binjiet ta' Salzburg, li tmur lura għall-1208 u li ntużat mill-Franġiskani mill-1642
- Il-Getreidegasse, triq dejqa bil-ħwienet karatterizzata minn bosta djar għoljin
- Il-Großes Festspielhaus, teatru tal-opri u sala tal-kunċerti tal-1960 li tintuża għall-Festival annwali ta' Salzburg
- Il-Haus für Mozart, li qabel kienet il-Kleines Festspielhaus, teatru tal-opri u sala tal-kunċerti tal-1925
- Il-Fortizza ta' Hohensalzburg (Festung Hohensalzburg), li tħares fuq iċ-Ċentru Storiku, wieħed mill-ikbar kastelli fl-Ewropa
- Il-Knisja tat-Trinità Mqaddsa (Dreifaltigkeitskirche), li tmur lura għall-1694
- Il-Lukanda Goldener Hirsch, lukanda ta' ħames stilel li tinsab fil-Getreidegasse u li tmur lura għal mill-inqas l-1407
- Il-Kollegienkirche, knisja bi stil Barokk tal-Università ta' Salzburg
- Il-Palazz ta' Mirabell (Schloss Mirabell), palazz tad-divertiment li nbena fl-1606 b'ġonna wesgħin u b'sala tal-irħam
- Il-Museum der Moderne Salzburg, mużew tal-arti moderna fiċ-ċentru storiku u fil-Mönchsberg
- Il-Mozartplatz, pjazza storika bil-monument ta' Wolfgang Amadeus Mozart
- Il-post fejn twieled Mozart (Mozarts Geburtshaus), dar fil-Getreidegasse li issa saret mużew iddedikat lil Mozart
- L-Abbazija ta' Nonnberg (Stift Nonnberg), monasteru Benedittin li ġie stabbilit għall-ħabta tas-712/715
- Ir-Residenz, l-eks residenza tal-Prinċpijiet-Arċisqfijiet
- Ir-Residenzgalerie, mużew tal-arti fir-Residenz
- Ir-Residenzplatz, pjazza kbira quddiem ir-Residenz b'funtana kbira u mżejna
- Il-Katidral ta' Salzburg (Salzburger Dom)
- Is-Salzburger Landestheater, teatru u post għall-opri u ż-żfin, b'kumpaniji residenti ta' atturi, kantanti u żeffiena
- Is-Salzburger Marionettentheater, teatru tal-pupazzi stabbilt fl-1912
- Il-Mużew ta' Salzburg, mużew tal-istorja artistika u kulturali tal-belt u tar-reġjun ta' Salzburg
- Is-Sigmundstor, mina tas-seklu 18 li tikkollega l-Altstadt mal-kwartier ta' Riedenburg minn ġol-Mönchsberg
- Sphaera, skultura ta' raġel fuq sfera tad-deheb (Stephan Balkenhol, 2007)
- L-Abbazija ta' San Pietru (Stift Sankt Peter), monasteru Benedittin li ġie stabbilit fis-696 b'ċimiterju magħruf ferm
- Il-Knisja ta' San Bastjan (Sebastianskirche), knisja kkonsagrata fl-1511
Barra miċ-Ċentru Storiku
- Il-Palazz ta' Leopoldskron, palazz bi stil Rokokò u monument storiku nazzjonali f'Leopoldskron-Moos, distrett fin-Nofsinhar ta' Salzburg
- Il-Hellbrunn bil-parks u l-kastelli
- Il-kumpaniji turistiċi ta' The Sound of Music li jorganizzaw żjarat turistiċi tal-postijiet famużi fejn inħadem il-film
- Il-Ħangar 7, binja multifunzjonali ta' sjieda tar-Red Bull, b'kollezzjoni ta' ajruplani, ħelikopters u karozzi tat-tlielaq tal-Formula 1 storiċi
Iż-Żona Ikbar ta' Salzburg
- Il-Kastell ta' Anif, li jinsab fin-Nofsinhar tal-belt ta' Anif
- Is-Santwarju tal-Madonna tal-Pjanura, knisja Barokka aħħarija fit-tarf tat-Tramuntana ta' Salzburg
- Is-Salzburger Freilichtmuseum Großgmain, mużew fil-beraħ li fih djar rurali antiki mill-istat kollu li ġew assemblati f'pajsaġġ storiku
- Il-Palazz ta' Klessheim, palazz u każinò, li qabel kien jintuża minn Adolf Hitler
- Il-Berghof, il-villeġġjatura fil-muntanji ta' Hitler ħdejn Berchtesgaden
- Il-Kehlsteinhaus, l-unika fdal tal-Berghof ta' Hitler
- Is-Salzkammergut, żona bil-lagi fil-Lvant tal-belt
- Il-muntanja Untersberg, qrib il-belt fil-fruntiera bejn l-Awstrija u l-Ġermanja, b'veduti panormaiċi ta' Salzburg u l-Alpi tal-madwar
- L-iskijjar huwa attrazzjoni matul ix-xitwa. Salzburg stess m'għandhiex faċilitajiet tal-iskijjar, iżda sservi ta' bażi għaż-żoni tal-iskijjar fin-Nofsinhar. Matul ix-xhur tax-xitwa, l-Ajruport ta' Salzburg jirċievi titjiriet mikrija mill-Ewropa kollha.
- Iż-Żu ta' Salzburg, li jinsab fin-Nofsinhar tal-belt ta' Anif
Edukazzjoni
immodifikaSalzburg hija ċentru tal-edukazzjoni u tospita tliet universitajiet, kif ukoll diversi kulleġġi professjonali u gymnasium (skejjel postsekondarji).
Universitajiet u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja
immodifika- L-Università tax-Xjenzi Applikati ta' Salzburg[23]
- L-Università ta' Salzburg, università pubblika federali
- L-Università Medika ta' Paracelsus
- Il-Mozarteum University Salzburg, università pubblika tal-mużika u tal-arti teatrali
- L-Alma Mater Europaea, università privata
- Is-SEAD – l-Akkademja Sperimentali taż-Żfin ta' Salzburg
Ċittadini notevoli
immodifika- San Liutberga (miet għall-ħabta tat-870).
- Il-kompożitur Wolfgang Amadeus Mozart, li twieled u trabba f'Salzburg meta kienet parti mill-Prinċipat-Arċiveskovat ta' Salzburg fi ħdan l-Imperu Ruman Sagru, u li ġie impjegat bħala mużiċista fil-qorti tal-arċisqof mill-1773 sal-1781. Id-dar fejn twieled u r-residenza tiegħu huma attrazzjonijiet turistiċi. Il-familja tiegħu ndifnet f'ċimiterju ta' knisja żgħira fiċ-ċentru storiku, u hemm bosta monumenti ddedikati lil "Wolferl" fil-belt.
- Il-kompożitur Johann Michael Haydn, ħu l-kompożitur Joseph Haydn. Ix-xogħlijiet tiegħu kienu ammirati minn Mozart u minn Schubert. Huwa kien ukoll l-għalliem ta' Carl Maria von Weber u ta' Anton Diabelli u huwa magħruf għall-mużika sagra tiegħu.
- Christian Doppler, espert tat-teorija akustika, twieled f'Salzburg. Huwa magħruf l-iktar għall-iskoperta tiegħu tal-effett ta' Doppler.
- Josef Mohr, twieled f'Salzburg. Flimkien ma' Franz Gruber, huwa kkompona u kiteb it-test ta' "O Lejl ta' Skiet". Bħala qassis fir-raħal ġar ta' Oberndorf huwa daqq il-kanzunetta għall-ewwel darba Lejliet il-Milied tal-1818.[24]
- Ir-Re Otto tal-Greċja twieled bħala l-Prinċep Otto Friedrich Ludwig tal-Bavarja fil-Palazz ta' Mirabell, ftit jiem qabel il-belt għaddiet mit-tmexxija Bavarjana għal dik Awstrijaka.
- Il-kittieb Stefan Zweig, għex f'Salzburg għal madwar 15-il sena, sal-1934.
- Il-familja Trapp, inkluż Georg von Trapp, Maria von Trapp, u uliedhom għexu f'Salzburg sakemm kellhom jaħarbu lejn l-Istati Uniti wara l-ħakma Nażista.
- Salzburg hija l-belt fejn twieled Hans Makart, pittur-dekoratur Awstrijaku tas-seklu 19 u ċelebrità nazzjonali. Makartplatz (il-Pjazza ta' Makart) issemmiet għalih.
- Il-kittieb Thomas Bernhard, trabba f'Salzburg u qatta' parti minn ħajtu hemmhekk.
- Herbert von Karajan, surmast tal-orkestra notevoli. Twieled f'Salzburg u miet fl-1989 fil-belt ta' Anif fil-qrib.
- Roland Ratzenberger, sewwieq tal-Formula 1, twieled f'Salzburg. Huwa miet waqt il-prattika għall-Grand Prix ta' San Marino tal-1994.
- Joseph Leutgeb, mużiċist tat-trumbetta Franċiża, kien parti mill-qorti tal-arċisqof.
- Paracelsus, fiżiku, alkemist u astrologu Żvizzeru tar-Rinaxximent Ġermaniż, miet f'Salzburg.
- Klaus Ager, kompożitur kontemporanju distint u professur fil-Mozarteum, twieled f'Salzburg fl-10 ta' Mejju 1946.
- Alex Jesaulenko, eks plejer tal-futbol bir-regoli Awstraljani ta' Carlton u membru tal-Klassifika tal-Plejers Famużi tal-Futbol Awstraljan bi status ta' "Leġġenda" twieled f'Salzburg fit-2 ta' Awwissu 1945.
- Georg Trakl, wieħed mill-iżjed vuċijiet importanti fil-letteratura Ġermaniża twieled f'Salzburg.
- Irma von Troll-Borostyani, kittieba, ġurnalista u attivista għad-drittijiet tan-nisa Awstrijaka.
- Theodor Herzl, ħadem fil-qrati ta' Salzburg sena wara li kiseb id-dottorat tiegħu fid-dritt fl-1884.[25]
- L-iskydiver u l-BASE Jumper Felix Baumgartner, li kiseb tliet rekords tad-dinja matul il-proġett Stratos tar-Red Bull fl-14 ta' Ottubru 2012.
- Hilda Crozzoli, l-ewwel arkitett u inġinier ċivili mara tal-Awstrija.
Avvenimenti
immodifika- Il-Festival ta' Salzburg huwa festival mużikali u teatrali famuż li jattira l-viżitaturi matul ix-xhur ta' Lulju u Awwissu kull sena. Festival iżgħar tal-Għid ta' Salzburg isir kull sena għall-ħabta tal-Għid.
- Il-premju multimidjali tal-Europrix isir f'Salzburg.
- Il-Festival "Electric Love" isir f'Salzburg
Trasport
immodifikaIs-Salzburg Hauptbahnhof huwa moqdi minn konnessjonijiet ferrovjarji komprensivi, f'ferroviji frekwenti mil-Lvant għall-Punent li jikkollegaw il-belt ma' Vjenna, Munich, Innsbruck, u Zürich, inkluż servizzi ICE ta' veloċità għolja kuljum. Il-konnessjonijiet ferrovjarji mit-Tramuntana għan-Nofsinhar jikkollegaw il-belt ukoll ma' destinazzjonijiet popolari bħal Venezja u Praga. Il-belt isservi bħala ċentru tat-trasport għall-ferroviji b'traġitt lejn in-Nofsinhar mill-Alpi.
L-Ajruport ta' Salzburg għandu titjiriet skedati lejn bliet Ewropej bħal Frankfurt, Vjenna, Londra, Rotterdam, Amsterdam, Brussell, Düsseldorf, u Zürich, kif ukoll Hamburg, Edinburgu u Dublin. Minbarra t-titjiriet skedati lejn dawn il-bliet, hemm bosta titjiriet mikrija.
Fiċ-ċentru tal-belt, hemm is-sistema tat-trolleybus u tal-karozzi tal-linja ta' Salzburg b'total ta' iktar minn 20 linja, u servizz kull għaxar minuti. Salzburg għandha sistema ta' S-Bahn b'erba' Linji (S1, S2, S3, S11), u l-ferroviji jitilqu mill-istazzjon ċentrali kull 30 minuta, u jiffurmaw parti min-network ÖBB. Il-linja suburbana S1 twassal sal-Kappella famuża ta' O Lejl ta' Skiet f'Oberndorf f'madwar 25 minuta.
Kultura popolari
immodifikaFis-snin 60 tas-seklu 20, il-film The Sound of Music, ibbażat fuq storja vera ta' Maria von Trapp, li ħadmet ma' familja aristokratika u ħarbet l-Anschluss Ġermaniż, inħadem f'diversi postijiet f'Salzburg u fil-madwar tal-belt u tal-istat ta' Salzburg.
Il-belt tidher għal żmien qasir fuq il-mappa meta l-protagonist Indiana Jones jivvjaġġa tul il-belt fil-film Indiana Jones and the Last Crusade.
F'Salzburg ġiet ambjentata s-sensiela kriminali Awstrijaka Stockinger.
Fil-film tal-2010 Knight & Day, Salzburg tintuża bħala sfond għal parti kbira mill-film.
Lingwa
immodifikaIl-Ġermaniż tal-Awstrija huwa mifrux ferm fil-kitba u jvarja mill-Ġermaniż standard fi ftit vokabularju u ftit kwistjonijiet grammatikali. Salzburg tagħmel parti mir-reġjun tad-djaletti Awstro-Bavarjani, b'mod partikolari l-Bavarjan Ċentrali.[26] Dan huwa mitkellem ferm miż-żgħażagħ u mill-anzjani għalkemm il-professuri tal-lingwistika mill-Università ta' Salzburg, Irmgard Kaiser u Hannes Scheutz, osservaw li f'dawn l-aħħar ftit snin kien hemm tnaqqis fl-għadd ta' kelliema tad-djalett fil-belt.[27][28] Għalkemm iktar u iktar tfal tal-iskola qed jitkellmu l-Ġermaniż standard, Scheutz tħoss li din hija kwistjoni iktar ta' konsum tal-midja milli ta' influwenza mill-ġenituri.[29]
Sport
immodifikaFutbol
immodifikaL-eks tim tal-futbol SV Austria Salzburg wasal sal-finali tat-Tazza UEFA fl-1994. Fis-6 ta' April 2005, ir-Red Bull xtraw il-klabb u bidlulu ismu għal FC Red Bull Salzburg. Il-grawnd tagħhom huwa l-Wals Siezenheim Stadium f'subborg tal-agglomerazzjoni ta' Salzburg u kien wieħed mill-grawnds fejn sar il-Kampjonat Ewropew tal-Futbol tal-2008. It-tim tal-FC Red Bull Salzburg jilgħab fil-Bundesliga tal-Awstrija.
Wara li r-Red Bull xtraw l-SV Austria Salzburg u bidlulu ismu u l-kuluri tat-tim, xi partitarji tal-klabb preċedenti ddeċidew li jitilqu u jiffurmaw klabb ġdid bl-isem u l-kuluri l-antiki, għaliex riedu jippreservaw it-tradizzjonijiet tal-klabb tagħhom. L-SV Austria Salzburg irriformat ġie stabbilit fl-2005 u attwalment jilgħab fl-Erste Liga, diviżjoni waħda 'l isfel mill-Bundesliga.
Ice hockey
immodifikaIr-Red Bull jisponsorjaw ukoll it-tim tal-ice hockey lokali, l-EC Salzburg Red Bulls. It-tim jilgħab fl-Erste Bank Eishockey Liga, kampjonat tranfruntier b'kwartieri ġenerali fl-Awstrija li fih jilagħbu l-aqwa timijiet mill-Awstrija, mill-Ungerija, mis-Slovenja, mill-Kroazja u mill-Italja, kif ukoll tim wieħed miċ-Ċekja.
Sport ieħor
immodifikaSalzburg kienet belt kandidata għal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa fl-2010 u fl-2014, iżda tilfet il-kandidatura ma' Vancouver, il-Kanada u ma' Sochi, ir-Russja rispettivament.
Relazzjonijiet internazzjonali
immodifikaĠemellaġġi
immodifikaSalzburg hija ġemellata ma':
- Reims, Marne, Grand Est, Franza, mill-1964
- Verona, il-Veneto, l-Italja, mill-1973
- León, in-Nikaragwa, mill-1984
- Singida, it-Tanżanija, mill-1984
- Busseto, Parma, l-Emilia-Romagna, l-Italja, mill-1988
- Vilnius, il-Litwanja, mill-1989
- Dresden, Sachsen, il-Ġermanja, mill-1991[30]
- Kawasaki, il-Ġappun, mill-1992
- Merano, it-Trentino-Alto Adige/Südtirol, l-Italja, mis-sena 2000
- Shanghai, iċ-Ċina, mill-2004
- Jahrom, l-Iran, mill-2019
Referenzi
immodifika- ^ "Österreich - Größte Städte 2022". Statista (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-04-21.
- ^ Ing, Stadt Salzburg-Huber Susanne. "Statistik". Stadt Salzburg (bil-Ġermaniż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-03-05. Miġbur 2022-04-21.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of the City of Salzburg". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-21.
- ^ de Fabianis, Valeria, ed. Castles of the World. Metro Books, 2013, p. 167. ISBN 978-1-4351-4845-1.
- ^ de Fabianis, p. 167.
- ^ a b "Visit Salzburg - History of Salzburg". www.visit-salzburg.net. Miġbur 2022-04-21.
- ^ "Historical Text Archive: Electronic History Resources, online since 1990". web.archive.org. 2016-03-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Times Atlas of European History, it-Tielet Ed., 2002.
- ^ de Fabianis, Valeria, ed. Castles of the World. Metro Books, 2013, p. 168. ISBN 978-1-4351-4845-1.
- ^ https://austria-forum.org, Austria-Forum |. "Konzentrationslager, KZ". Austria-Forum (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-04-21.
- ^ "The Salzburg Festival is a boon to the local economy". The Economist. 2017-09-26.
- ^ "Klima Nieder". web.archive.org. 2014-12-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-12-29. Miġbur 2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Klima Mittel". web.archive.org. 2014-12-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-12-29. Miġbur 2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Klima Luft". web.archive.org. 2019-10-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-10-21. Miġbur 2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b "Klima Stahlung". web.archive.org. 2014-12-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-12-29. Miġbur 2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ ""Klimadaten von Österreich 1971–2000 – Salzburg-Salzburg–Flughafen". web.archive.org. 2019-10-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-10-12. Miġbur 2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Bevölkerung zu Jahres-/Quartalsanfang". www.statistik.at. Miġbur 2022-04-21.
- ^ "Architecture : Salzburg Sights by Period". www.visit-salzburg.net. Miġbur 2022-04-21.
- ^ "Mozarteum". web.archive.org. 2012-05-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-05-06. Miġbur 2022-04-21.
- ^ "Architekturpreisträger". web.archive.org. 2013-06-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-06-30. Miġbur 2022-04-21.
- ^ "flow - der VERBUND Blog". archive.ph. 2013-02-09. Miġbur 2022-04-21.
- ^ "Visit Salzburg - Red Bull′s Hangar-7 at Salzburg Airport". www.visit-salzburg.net. Miġbur 2022-04-21.
- ^ "FH Salzburg". www.fh-salzburg.ac.at (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-21.
- ^ "Joseph Mohr (1792 – 1848)". SalzburgerLand.com (bl-Ingliż). 2021-09-30. Miġbur 2022-04-21.
- ^ "Theodor Herzl (1860-1904)". web.archive.org. 2009-01-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-07. Miġbur 2022-04-21.
- ^ Klaaß, Daniel (2009). Untersuchungen zu ausgewählten Aspekten des Konsonantismus bei österreichischen Nachrichtensprechern. Frankfurt am Main: Peter Lang. p. 38. ISBN 9783631585399.
- ^ "Salzburger Mundart: Stirbt der Dialekt in naher Zukunft aus? | weekend.at". www.weekend.at (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-04-21.
- ^ Salzburg24 (2020-06-18). ""Dialekte in ihrer heutigen Form sterben aus": Salzburger Hannes Scheutz im Interview". www.salzburg24.at (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-04-21.
- ^ "Germanist: "Kinder vor Dialekt bewahren zu wollen ist absurd"". DER STANDARD (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-04-21.
- ^ "City of Dresden - Twin cities". web.archive.org. 2008-10-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-10-16. Miġbur 2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)