Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 kienet it-tmintax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Dan sar bejn id-9 ta' Ġunju u d-9 ta' Lulju 2006 ġewwa l-Ġermanja, li kisbet id-dritt li tospita dan it-turnew f'Lulju tas-sena 2000. Kien hemm 198 tim nazzjonali li ħadu sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni mis-sitt konfederazzjonijiet, fażi li bdiet f'Settembru tal-2003. Wieħed u tletin tim ikkwalifikaw għall-fażi finali, flimkien mal-pajjiż ospitu tal-Ġermanja.
FIFA Fussball Weltmeisterschaft Deutschland 2006 | |
---|---|
Logo uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 2006 | |
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
Pajjiż ospitanti | Ġermanja |
Dati | 9 ta' Ġunju – 9 ta' Lulju |
Parteċipanti | 32 (minn 6 konfederazzjonijiet) |
Grawnds | 12 (f'6 ibliet ospitanti) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ | Italja |
It-Tieni post | Franza |
It-Tielet post | Ġermanja |
Ir-Raba' post | Portugall |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 64 |
Gowls skorjati | 147 (2.3 kull logħba) |
Attendenza | 3,353,655 (52,401 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) | Miroslav Klose (5 gowls) |
L-aqwa plejer | Zinedine Zidane |
L-aqwa gowler | Gianluigi Buffon |
← 2002 2010 → |
Dan it-turnew ġie mirbuħ mill-Italja wara li fil-finali għelbu lil Franza 5–3 wara l-għoti tal-penalties, wara li l-partita sal-ħin supplementari baqgħet fissa 1–1. B'hekk l-Italja kisbet ir-raba' titlu mondjali. Fil-partita ta' spareġġ għat-tielet u r-raba' post, il-Ġermanja rebħet lill-Portugall bl-iskor ta' 3–1 biex kisbet it-tielet post.
It-Tazza tad-Dinja 2006 tibqa' fost l-iktar avvenimenti qatt segwiti fuq it-televiżjoni hekk kif laħqet kwota ta' 26.29 biljun spettatur (mhux uniku), matul il-kampjonat kollu. Il-finali attirat udjenza rekord ta' 715.1 miljun persuna.[1] Bħala r-rebbieħ, l-Italja rrapreżentat lid-Dinja fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009.
L-għażla tal-ospitu
immodifikaL-idea tat-tieni Tazza tad-Dinja fil-Ġermanja ħarġet waqt il-kumitat ġenerali tad-Deutscher Fußball-Bund, f'Novembru tal-1992. Il-president ta' din l-assoċjazzjoni Egidius Braun, u d-direttur tal-istampa Wolfgang Niersbach kienu l-promoturi ewlenin ta' din l-idea, li attirat is-sosten kemm min-nazzjon sħiħ kif ukoll mill-assoċjazzjonijiet ġiriena. Lejn tmiem l-1996, wieħed mill-ikoni tal-isports fil-Ġermanja, Franz Beckenbauer, issieħeb mat-tim u mill-1998 mexxa l-kumitat għall-kandidatura.
Il-Ġermanja ppreżentat uffiċjalment l-offerta tagħha flimkien mal-Brażil, l-Ingilterra, il-Marokk u l-Afrika t'Isfel. L-approċċ ta' rotazzjoni kontinentali wassal biex l-Afrika t'Isfel tidher bħala l-favorita għat-Tazza tad-Dinja. Bl-istess approċċ, il-Ġappun u l-Korea t'Isfel ġew preċedentament eletti biex jorganizzaw l-edizzjoni tal-2002 għall-ewwel darba fuq art Ażjatika.
L-għażla tal-ospitu għall-edizzjoni tal-2006 saret fis-7 ta' Lulju 2000 ġewwa Żurigu, fl-Iżvizzera. Il-Brażil irtiraw mill-kandidatura tliet ijiem qabel u uffiċjalment taw is-sapport tagħhom lill-Afrika t'Isfel, fejn dan tal-aħħar irċieva wkoll is-sosten tal-president tal-FIFA Sepp Blatter.[2] Mumenti qabel it-tfigħ tal-vot, Blatter stqarr "Ejjew nagħmlu l-istorja! Inġibu id-Dinja Lejn l-Afrika". Fl-ewwel rawnd il-Marokk irċieva 3 voti, l-Ingilterra 5, l-Afrika t'Isfel 6 u l-Ġermanja 10, b'ta' l-ewwel jiġi eliminat. Fir-rawnd suċċessiv l-offerta tal-Ingilterra ġiet imwaqqa' wara li rċiviet 2 voti, waqt li ż-żewġ kontendenti l-oħra ppareġġaw bi 11-il vot.[3] Fl-aħħar sett ta' votazzjoni, ħafna pprevedew li kien se jkun hemm parità ta' 12-il vot, li kellha tħalli d-deċiżjoni f'idejn Blatter, li preżumibbilment kien jagħżel l-offerta Sud-Afrikana.[4][5] Madanakollu, il-votazzjoni ntemmet bi 12-il vot f'favur il-Ġermanja, 11 f'favur l-Afrika t'Isfel u astensjoni waħda li waslet mir-rappreżentat ta' New Zealand, Charles Dempsey.
Riżultati tal-votazzjoni[3] | |||
---|---|---|---|
Pajjiż | L-1 Rawnd | It-2 Rawnd | It-3 Rawnd |
Ġermanja | 10 | 11 | 12 |
Afrika t'Isfel | 6 | 11 | 10 |
Ingilterra | 5 | 2 | — |
Marokk | 3 | — | — |
L-għażla tal-Ġermanja bħala s-sede tal-kompetizzjoni, minflok l-Afrika t'Isfel (li eventwalment ingħatat l-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2010), kienet dipendenti fuq diversi fatturi. Waħda minnhom kienet, il-kunflitt fuq in-numru ta' postijiet għall-Asja fit-Tazza tad-Dinja 2002, bi Blatter ikompli jsaħħaħ l-idea li jinżammu l-erba' postijiet waqt li l-president tal-UEFA ippropona logħba eliminatorja bejn it-tim klassifikat fil-ħames post fiż-Żona Ażjatika u tim nazzjonali ieħor mill-UEFA, proposta li finalment ġiet aċċettata. Matul il-votazzjoni, l-erba' rappreżentati Ażjatiċi unanimament sostnew l-kandidatura Ewropea għad-detriment tal-pożizzjoni li ttieħdet minn Blatter. Aktar minn hekk, Dempsey, li kien ivvotta lill-Ingilterra, kien rappurtat li ġiet persważ mid-delegati Ażjatiċi biex jastjeni.[6]
Il-kontroversja fuq id-deċiżjoni li kien ħa Dempsey kibret aktar meta xi għajdut infiltra li hu kien irċieva rikatti mill-Ġermaniżi. Is-sitwazzjoni ġiet finalment kjarifikata: is-sors tal-għajdut milli jidher kienet ittra mingħand ir-rivista satirika Ġermaniża Titanic li ntbagħtet lil diversi delegati (fosthom 'l Dempsey) fejn offrewlhom arloġġ tal-kuku u perżut jekk jivvutaw lill-Ġermanja.[7]
Kwalifikazzjoni
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
198 tim daħlu fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006.[8] Il-Ġermanja ngħatat post garantit bħala l-ospitu tal-kompetizzjoni, filwaqt li l-31 post li kien għad baqa' kienu maqsuma bejn il-konfederazzjonijiet kontinentali. Din kienet l-ewwel darba li r-rebbieħ tal-edizzjoni preċedenti ma ngħatax id-dritt ta' kwalifikazzjoni awtomatika. Tlettax-il post kienu affiljati għat-timijiet tal-UEFA (Ewropa), ħamsa għat-timijiet tal-CAF (Afrika), erbgħa għat-timijiet tal-CONMEBOL (Amerika t'Isfel), erbgħa għat-timijiet tal-AFC (Asja), u tlieta għat-timijiet tal-CONCACAF (Amerika ta' Fuq, Ċentrali, u l-Karibew). Il-żewġ postijiet li kien għad baqa' kienu deċiżi minn partita ta' spareġġ bejn tim miż-Żona Ażjatika u dik tal-CONCACAF u oħra bejn il-Konfederazzjoni Sud-Amerikana u dik tal-OFC (Oċeanja).
Din l-edizzjoni rat tmien timijiet nazzjonali li rnexxielhom jikkwalifikaw għall-ewwel darba għall-fażi finali. Dawn kienu l-Angola, il-Gana, il-Kosta tal-Avorju, ir-Repubblika Ċeka, it-Togo, it-Trinidad u Tobago, l-Ukrajna u s-Serbja u Montenegro. Ir-Repubblika Ċeka u l-Ukrajna kienu qed jagħmlu l-ewwel preżenza tagħhom bħala pajjiżi indipendenti, imma qabel kienu ġew rappreżentati miċ-Ċekoslovakkja u l-Unjoni Sovjetika rispettivament; is-Serbja u Montenegro kkompetew bħala r-Repubblika Federali tal-Jugożlavja lura fl-1998, kif ukoll għamlu parti mit-tim Jugożlav tal-1930 u l-1990. Għall-ewwel darba mit-1982, is-sitt konfederazzjonijiet ġew rappreżentati fil-fażi finali.
Organizzazzjoni
immodifikaL-organizzazzjoni tat-turnew kien f'idejn kumitat (Organisationskomitee, imqassar bħala OK) immexxi minn Franz Beckenbauer. Horst Schmidt, l-ewwel viċi-president, kellu f'idejh l-organizzazzjoni tal-impjanti u l-istadji, is-sigurta, il-finanzi, it-trasport u l-amministrazzjoni. Wolfgang Niersbach, it-tieni viċi-president, serva bħala l-kap tal-istampa u nkarigat għall-pubbliċità, l-informazzjoni u t-teknoloġija. Theo Zwanziger mexxa l-ħwejjeġ legali u r-riżorsi umani, waqt li l-affarijiet li kienu jikkonċertnaw l-arti u l-kultura, it-turiżmu u l-akkomodazzjoni kienu f'idejn Fedor Radmann.
Dan il-kumitat organizzattiv kien magħmul minn 14-il membru u kumitat ta' superviżjoni ta' 10 persuni. Mal-grupp ingħaqdu ambaxxaturi sportivi Ġermaniżi: Jürgen Klinsmann, Oliver Bierhoff, Karl-Heinz Rummenigge u Rudi Völler. Sussegwentament, 15-il ambaxxatur irrappreżentaw l-ibliet ospiti differenti.
Impjanti
immodifikaTnax-il belt minn 20 kandidat ġew magħżula bħala s-sede tal-partiti tat-Tazza tad-Dinja, fejn bliet bħal Bremen, Düsseldorf, Mönchengladbach, Bochum u Duisburg ma kienux fost il-lista finali. Fil-bliet magħżula, l-istadji bdew bil-preparamenti neċessarji. Waqt li uħud minnhom sarilhom manutenzjoni żgħira, oħrajn ġew kompletament restawrati u oħrajn speċifikament mibnija.
Kull fażi kellha bżonn ta' investiment li varja bejn it-48 u l-280 miljun ewro. Aktar minn hekk, intefqu 1,380 miljun ewro iktar fuq il-bini ta' stadji ġodda. Din l-ispiża qabżet dik li ntefqet matul it-turnew tal-1974, liema edizzjoni rat jintefqu 242 miljun Mark Ġermaniż (madwar 121 miljun ewro) għat-titjieb ta' kull faċilità sportiva.
Matul it-turnew, ħafna mill-grawnds ġew msemmijin b'ismijiet differenti, hekk kif il-FIFA tipprojbixxi l-isponsorizzazzjoni ta' stadji sakemm l-isponsors tal-istadju jkunu wkoll sponsors uffiċjali tal-FIFA.[9] Dawn l-ismijiet il-ġodda jidhru bejn il-parentesi fit-tabella segwenti.
Olympiastadion (Olympiastadion) |
Signal Iduna Park (FIFA World Cup Stadium, Dortmund) |
Allianz Arena (FIFA World Cup Stadium, Munich) |
Gottlieb-Daimler-Stadion (FIFA World Cup Stadium, Stuttgart) |
Veltins-Arena (FIFA World Cup Stadium, Gelsenkirchen) |
AOL Arena (FIFA World Cup Stadium, Hamburg) |
Stampa:Awdarena.jpg | ||
Commerzbank-Arena (FIFA World Cup Stadium, Frankfurt) |
RheinEnergieStadion (FIFA World Cup Stadium, Cologne) |
AWD-Arena (FIFA World Cup Stadium, Hanover) |
Zentralstadion (Zentralstadion) |
Fritz-Walter-Stadion (Fritz-Walter-Stadion) |
EasyCredit-Stadion (Frankenstadion) |
Referis
immodifikaIl-FIFA eleġġiet 23 referi professjonali minn total ta' 44. Minn dawn, il-Gwatemalan Carlos Batres, il-Grieg Kyros Vassaras u l-Ispanjol Manuel Mejuto Gonzalez irtiraw minħabba raġunijiet ta' saħħa, u posthom ħaduhom it-Taljan Roberto Rosetti, l-Ispanjol Luis Medina Cantalejo u l-Messikan Marco Antonio Rodriguez. Min-naħa l-oħra, ir-referi Taljan Massimo de Santis ġie sospiż mill-FIFA wara irregolaritajiet li ġraw fl-istaġun 2005–06 tal-kampjonat Taljan, fl-iskandlu famuż tal-Calciopoli. Ir-referi Ġamajkan Peter Prendergast ġie mweġġa' ftit jiem qabel il-bidu tal-kompetizzjoni. L-ebda minn dawn ir-referis ma ġew sostitwiti, biex b'hekk il-lista baqgħet ta' 21 uffiċjal.
Timijiet
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Timijiet parteċipanti fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Gruppi
immodifikaTlugħ tal-poloz
immodifikaL-aqwa tmien timijiet nazzjonali tat-Tazza tad-Dinja 2006 ġew magħżula mill-FIFA fuq diversi kriterji, fosthom skont il-pożizzjoni fil-klassifika mondjali tal-FIFA, u ġew imħabbra fis-6 ta' Diċembru 2005. Dawn it-timijiet kienu jifformaw Urna A. Urna B kellha timijiet li ma kinux ikkwalifikaw f'ras is-serje tal-Amerika t'Isfel, l-Afrika u l-Oċeanja, waqt li Urna Ċ kellha tmienja mid-disa' skwadri Ewropej li kien għad baqa', barra s-Serbja u Montenegro. Urna D kellha timijiet tal-CONCACAF u dawk Ażjatiċi. L-Urna Speċjali kellha lis-Serbja u Montenegro. Dan sar biex b'hekk ikun evitat li grupp ikollu tliet timijiet Ewropej.[10] F'din l-urna, is-Serbja u Montenegro kienet ittellgħet l-ewwel, u wara kien imiss it-timijiet tal-grupp tagħha (l-Arġentina, l-Olanda u l-Kosta tal-Avorju). It-tmien timijiet f'ras is-serje ttellgħu bħala l-ewwel timijiet għall-gruppi rispettivi.
Urna A | Urna B | Urna Ċ | Urna D | Urna Speċjali |
---|---|---|---|---|
Fid-9 ta' Diċembru 2005, sar it-tlugħ tal-poloz. Wara l-poloz, diversi esperti tal-futbol stqarrew li Grupp Ċ kien jidher li kien se jkun il-grupp tal-mewt.[11][12] Minkejja din l-idea qabel il-bidu tat-turnew, dan il-grupp ma laħaqx l-aspettattiva li nħolqot fuqu, hekk kif l-Arġentina u l-Olanda kkwalifikaw b'logħba waħda x'tintlagħab, wara li t-tnejn li huma rebħu lill-Kosta tal-Avorju u s-Serbja u Montenegro.
Sistema tal-gruppi
immodifikaL-ewwel rawnd, jew il-fażi tal-gruppi, rat lit-tnejn u tletin tim diviż fi tmien gruppi ta' erba' timijiet kull wieħed. Kull grupp kien ibbażat fuq sistema ta' kollha kontra kulħadd a basi ta' sitt partiti, fejn kull tim jilgħab partita waħda kontra kull tim li jinsab miegħu fil-grupp. Is-sistema ta' punti wżata hi dik tradizzjonali: tliet punti għal rebħa, punt għal pari u xejn għal telfa. L-ewwel żewġ timijiet fil-grupp iggwadanjaw post fil-fażi ta' L-Aħħar Sittax.
Kriterji ta' klassifikazzjoni
immodifikaJekk it-timijiet kienu l-istess fil-punti, dawn kienu jiġu kklasifikati skont il-kriterji segwenti kif inhuma:
- L-aqwa differenza tal-gowls fit-tliet partiti tal-grupp
- L-aktar numru ta' gowls skurjati fit-tliet partiti tal-grupp
- Jekk it-timijiet jibqgħu livell fil-punti wara li jkunu ġew segwiti dawn il-kriterji, grupp subordinarju jiġi ffurmat fejn it-timijiet jiġu klassifikati skont:
- L-aktar punti miksuba fil-partiti kontra timijiet oħra li jinsabu fil-kwistjoni
- L-aqwa differenza tal-gowls fil-partiti kontra timijiet oħra li jinsabu fil-kwistjoni
- L-aktar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kontra timijiet oħra li jinsabu fil-kwistjoni
- Jekk it-timijiet jibqgħu l-istess wara dawn il-kriterji, il-FIFA ittella' x-xorti
Fil-verżjoni oriġinali tar-regoli għat-turnew finali, il-kriterji ta' spareġġ kienu f'ordni differenti, fejn ir-riżultati kontra t-timijiet fil-kwistjoni kienu jippreċedu fuq id-differenza totali tal-gowls. Ir-regoli ġew mibdula għal verżjoni t'hawn fuq, imma verżjonijiet aktar antiki kienu għadhom disponibbli fuq is-siti tal-FIFA u l-UEFA, fejn ħolqu xi ftit tal-konfużjoni fost dawk li kienu qed jippruvaw jidentifikaw il-kriterji t-tajba.
Il-fażi finali tal-kompetizzjoni rat biss żewġ pari ta' timijiet li spiċċaw livell fil-punti: l-Arġentina u l-Olanda b'7 punti fi Grupp Ċ; u t-Tuneżija u l-Għarabja Sawdita b'punt fi Grupp H. Iż-żewġ każijiet ġew solvuti bid-differenza totali tal-gowls. Fiż-żewġ każi wkoll, it-timijiet ippareġġaw fil-partita kontra xulxin, u b'hekk l-ordni tal-kriterji ta' klassifikazzjoni m'għamlet l-ebda differenza.
Fażi finali
immodifikaIl-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2006 bdiet fid-9 ta' Ġunju. It-32 tim ġew maqsuma fi tmien gruppi ta' erba' timijiet 'il wieħed, fejn kull tim lagħab kontra t-tliet timijiet l-oħra tal-grupp, biex jiġu determinati ż-żewġ timijiet li kienu se jikkwalifikaw għall-fażi ta' L-Aħħar Sittax, li bdiet fl-24 ta' Ġunju. Il-kampjonat kellu total ta' 64 logħba.
Ospitu
immodifikaMinkejja li l-Ġermanja naqset li tirbaħ dan it-titlu mondjali, dan it-turnew kien ikkunsidrat bħala suċċess kbir għall-Ġermanja. L-istadji u s-sistema ta' trasport kienu ta' kwalità, u l-poplu Ġermaniż kien imfaħħar minħabba l-ospitalità u l-entużjażmu li wera. Il-Ġermanja esperjenzat żieda ta' spirtu patrijottiku hekk kif kien hemm numru kbir ta' bnadar Ġermaniżi mxejra, fejn tradizzjonalment, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, it-tixjir ta' bnadar Ġermaniżi ma tantx kien jintgħoġob mis-soċjetà Ġermaniża, anke meta t-tim Ġermaniż kien jilgħab.[13]
Dominju tat-timijiet tradizzjonali
immodifikaMinkejja s-suċċess bikri min-naħa tal-Awstralja, l-Ekwador u l-Gana, il-kampjonat immarka r-ritorn tad-dominju tal-qawwiet tradizzjonali tal-futbol. Erba' snin wara l-kampjonat tal-2002, fejn timijiet mill-Amerika ta' Fuq (l-Istati Uniti), l-Afrika (is-Senegal), u l-Asja (il-Korea t'Isfel) kienu waslu sal-fażijiet eliminatorji, u t-Turkija spiċċat fit-tielet post, din id-darba t-tmien l-aqwa timijiet klassifikati għamlu progress għall-fażi eliminatorja, u l-ebda tim mill-kwarti tal-finali ma kien barra mill-Ewropa jew l-Amerika t'Isfel. Sitta mit-tmien timijiet kwalifikati rebħu xi darba dan it-titlu mondjali, bl-Ukranja u l-finalista tellief tal-Kampjonati Ewropej 2004, il-Portugall, ikunu biss l-uniċi timijiet nazzjonali li mhumiex parti minn dan il-"grupp".[14] L-Arġentina u l-Brażil kienu eliminati fil-kwarti tal-finali, fejn ħallew finali kollha Ewropea għar-raba' darba fl-istorja wara dik tal-1934, l-1966 u l-1982.
Gowls
immodifikaMinkejja l-ħafna gowls li ġew skurjati fil-fażi tal-gruppi, fil-fażi eliminatorja n-numru ta' gowls naqsu. Eżempju prinċipali tan-nixfa tal-gowls huwa l-Portugall, li skorja fit-23 minuta tal-fażi ta' L-Aħħar Sittax, u ma reġax sab ix-xibka sat-88 minuta tal-partita kontra l-Ġermanja għat-tielet u r-raba' post. L-Italja, il-Ġermanja, l-Arġentina, il-Brażil u Franza kienu l-uniċi timijiet li skurjaw iktar minn gowl wieħed fil-fażi eliminatorja. Il-Ġermanja kienet l-unika eċċezzjoni hekk kif irnexxielha tispiċċa l-iktar tim li skorja gowls fil-kampjonat b'total ta' 14-il gowl.
Il-plejer Ġermaniż Miroslav Klose skorja 5 gowls biex b'hekk spiċċa rebbieħ taż-Żarbuna tad-Deheb, fejn dan in-numru ta' gowls hu l-inqas numru ta' gowls li qatt ġew skurjati minn rebbieħ ta' dan l-unur mill-edizzjoni tal-1962. L-ebda plejer skorja aktar minn tliet gowls. Mit-tim rebbieħ tal-Italja ħadd ma skorja aktar minn żewġ gowls, minkejja li għaxar plejers differenti skurjaw gaħt-tim, biex wettqu rekord għall-aktar plejers li skurjaw minn tim partikulari.
Għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja, l-ewwel u l-aħħar gowls tal-kampjonat ġew skurjati minn difensuri. Philipp Lahm tal-Ġermanja skorja l-ewwel gowl fil-kampjonat u anki fil-logħba li t-tim Ġermaniż lagħab kontra l-Kosta Rika wara 5 minuti. Fil-finali, Marco Materazzi, skorja l-aħħar gowl tal-kampjonat; fl-20 minuta kontra Franza.
Numru kbir ta' ammonizzjonijiet
immodifikaIkkomparat mal-edizzjonijiet preċedenti tat-Tazza tad-Dinja, dan il-kampjonat jibqa' mfakkar għan-numru kbir ta' karti sofor u ħomor li ġew murija, fejn għeleb ir-rekord li sar fit-Tazza tad-Dinja 1998. Il-plejers irċevew total ta' 345 karta safra u 28 karta ħamra, b'Valentin Ivanov juri 16-il karta safra u 4 karti ħomor fil-partita tal-aħħar sittax bejn il-Portugall u l-Olanda. Il-Portugall kellhom żewġ plejers sospiżi għall-partiti tal-kwarti tal-finali u tas-semifinali, rispettivament. Il-President tal-FIFA Sepp Blatter stqarr li għal kampjonati futuri jista' jsir xi tibdil ta' regoli biex b'hekk xi karti sofor akkumulati ma jħallux plejer jitlef il-finali, jekk it-tim ikompli fil-kompetizzjoni. Din l-edizzjoni rat ukoll avveniment kurjuż, fejn l-Ingliż Graham Poll bi żball ta tliet karti sofor lill-plejer Kroat Josip Šimunić fil-partita kontra l-Awstralja, qabel ma' dan tal-aħħar ġie suċċessivament imkeċċi.
In-numru kbir ta' karti sofor u ħomor qajmu diskussjoni fuq ir-referis. L-uffiċjali tal-FIFA u l-President Sepp Blatter irċevew kritika li allegatament għamlu regoli li huma wisq riġidi.[15]
Riżultati
immodifikaFażi tal-gruppi
immodifikaFit-tabelli li jsegwu:
- L = total ta' logħob
- R = total ta' rebħiet
- P = total ta' pari
- T = total ta' telfiet
- GF = total ta' gowls favur
- GK = total ta' gowls kontra
- DG = differenza tal-gowls (GF−GK)
- Pti = total ta' punti
It-timijiet li spiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet, ikkwalifikaw għar-rawnd ta' L-Aħħar Sittax.
Grupp A
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp A tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Ġermanja | 3 | 3 | 0 | 2 | 8 | 2 | +6 | 9 |
Ekwador | 3 | 2 | 0 | 1 | 5 | 3 | +2 | 6 |
Polonja | 3 | 1 | 0 | 2 | 2 | 4 | −2 | 3 |
Kosta Rika | 3 | 0 | 0 | 3 | 3 | 9 | −6 | 0 |
9 ta' Ġunju 2006 | ||
Ġermanja | 4 – 2 | Kosta Rika |
Polonja | 0 – 2 | Ekwador |
14 ta' Ġunju 2006 | ||
Ġermanja | 1 – 0 | Polonja |
15 ta' Ġunju 2006 | ||
Ekwador | 3 – 0 | Kosta Rika |
20 ta' Ġunju 2006 | ||
Ekwador | 0 – 3 | Ġermanja |
Kosta Rika | 1 – 2 | Polonja |
Grupp B
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp B tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Ingilterra | 3 | 2 | 1 | 0 | 5 | 2 | +3 | 7 |
Żvezja | 3 | 1 | 2 | 0 | 3 | 2 | +1 | 5 |
Paragwaj | 3 | 1 | 0 | 2 | 2 | 2 | 0 | 3 |
Trinidad u Tobago | 3 | 0 | 1 | 2 | 0 | 4 | −4 | 1 |
10 ta' Ġunju 2006 | ||
Ingilterra | 1 – 0 | Paragwaj |
Trinidad u Tobago | 0 – 0 | Żvezja |
15 ta' Ġunju 2006 | ||
Ingilterra | 2 – 0 | Trinidad u Tobago |
Żvezja | 1 – 0 | Paragwaj |
20 ta' Ġunju 2006 | ||
Żvezja | 2 – 2 | Ingilterra |
Paragwaj | 2 – 0 | Trinidad u Tobago |
Grupp Ċ
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp Ċ tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Arġentina | 3 | 2 | 1 | 0 | 8 | 1 | +7 | 7 |
Netherlands | 3 | 2 | 1 | 0 | 3 | 1 | +2 | 7 |
Kosta tal-Avorju | 3 | 1 | 0 | 2 | 5 | 6 | −1 | 3 |
Serbja u Montenegro | 3 | 0 | 0 | 3 | 2 | 10 | −8 | 0 |
10 ta' Ġunju 2006 | ||
Arġentina | 2 – 1 | Kosta tal-Avorju |
11 ta' Ġunju 2006 | ||
Serbja u Montenegro | 0 – 1 | Netherlands |
16 ta' Ġunju 2006 | ||
Arġentina | 6 – 0 | Serbja u Montenegro |
Netherlands | 2 – 1 | Kosta tal-Avorju |
21 ta' Ġunju 2006 | ||
Netherlands | 0 – 0 | Arġentina |
Kosta tal-Avorju | 3 – 2 | Serbja u Montenegro |
Grupp D
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp D tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Portugall | 3 | 3 | 0 | 0 | 5 | 1 | +4 | 9 |
Messiku | 3 | 1 | 1 | 1 | 4 | 3 | +1 | 4 |
Angola | 3 | 0 | 2 | 1 | 1 | 2 | −1 | 2 |
Iran | 3 | 0 | 1 | 2 | 2 | 6 | −4 | 1 |
11 ta' Ġunju 2006 | ||
Messiku | 3 – 1 | Iran |
Angola | 0 – 1 | Portugall |
16 ta' Ġunju 2006 | ||
Messiku | 0 – 0 | Angola |
17 ta' Ġunju 2006 | ||
Portugall | 2 – 0 | Iran |
21 ta' Ġunju 2006 | ||
Portugall | 2 – 1 | Messiku |
Iran | 1 – 1 | Angola |
Grupp E
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp E tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Italja | 3 | 2 | 1 | 0 | 5 | 1 | +4 | 7 |
Gana | 3 | 2 | 0 | 1 | 4 | 3 | +1 | 6 |
Repubblika Ċeka | 3 | 1 | 0 | 2 | 3 | 4 | −1 | 3 |
Stati Uniti | 3 | 0 | 1 | 2 | 2 | 6 | −4 | 1 |
12 ta' Ġunju 2006 | ||
Stati Uniti | 0 – 3 | Repubblika Ċeka |
Italja | 2 – 0 | Gana |
17 ta' Ġunju 2006 | ||
Repubblika Ċeka | 0 – 2 | Gana |
Italja | 1 – 1 | Stati Uniti |
22 ta' Ġunju 2006 | ||
Repubblika Ċeka | 0 – 2 | Italja |
Gana | 2 – 1 | Stati Uniti |
Grupp F
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp F tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Brażil | 3 | 3 | 0 | 0 | 7 | 1 | +6 | 9 |
Awstralja | 3 | 1 | 1 | 1 | 5 | 5 | 0 | 4 |
Kroazja | 3 | 0 | 2 | 1 | 2 | 3 | −1 | 2 |
Ġappun | 3 | 0 | 1 | 2 | 2 | 7 | −5 | 1 |
12 ta' Ġunju 2006 | ||
Awstralja | 3 – 1 | Ġappun |
13 ta' Ġunju 2006 | ||
Brażil | 1 – 0 | Kroazja |
18 ta' Ġunju 2006 | ||
Kroazja | 0 – 0 | Ġappun |
Brażil | 2 – 0 | Awstralja |
22 ta' Ġunju 2006 | ||
Ġappun | 1 – 4 | Brażil |
Kroazja | 2 – 2 | Awstralja |
Grupp Ġ
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp Ġ tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Żvizzera | 3 | 2 | 1 | 0 | 4 | 0 | +4 | 7 |
Franza | 3 | 1 | 2 | 0 | 3 | 1 | +2 | 5 |
Korea t'Isfel | 3 | 1 | 1 | 1 | 3 | 4 | −1 | 4 |
Togo | 3 | 0 | 0 | 3 | 1 | 6 | −5 | 0 |
13 ta' Ġunju 2006 | ||
Korea t'Isfel | 2 – 1 | Togo |
Franza | 0 – 0 | Żvizzera |
18 ta' Ġunju 2006 | ||
Franza | 1 – 1 | Korea t'Isfel |
19 ta' Ġunju 2006 | ||
Togo | 0 – 2 | Żvizzera |
23 ta' Ġunju 2006 | ||
Togo | 0 – 2 | Franza |
Żvizzera | 2 – 0 | Korea t'Isfel |
Grupp H
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp H tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Spanja | 3 | 3 | 0 | 0 | 8 | 1 | +7 | 9 |
Ukrajna | 3 | 2 | 0 | 1 | 5 | 4 | +1 | 6 |
Tuneżija | 3 | 0 | 1 | 2 | 3 | 6 | −3 | 1 |
Arabja Sawdija | 3 | 0 | 1 | 2 | 2 | 7 | −5 | 1 |
14 ta' Ġunju 2006 | ||
Spanja | 4 – 0 | Ukrajna |
Tuneżija | 2 – 2 | Arabja Sawdija |
19 ta' Ġunju 2006 | ||
Arabja Sawdija | 0 – 4 | Ukrajna |
Spanja | 3 – 1 | Tuneżija |
23 ta' Ġunju 2006 | ||
Arabja Sawdija | 0 – 1 | Spanja |
Ukrajna | 1 – 0 | Tuneżija |
Fażi eliminatorja
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Fażi eliminatorja tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Il-fażi eliminatorja kienet rawnd ta' eliminazzjoni diretta, fejn it-tellief kien jiġi eliminat awtomatikament. Din involviet is-sittax-il tim li kkwalfika mill-fażi tal-gruppi. Kien hemm erba' rawnds, fejn f'kull waħda kienu jiġu eliminati nofs it-timijiet li kkompetew f'dik il-fażi. Ir-rawnds suċċessivi kienu: L-Aħħar sittax, il-Kwarti tal-finali, is-Semifinali u l-Finali. Kien hemm ukoll il-logħba għat-tielet u r-raba' post. Għal kull logħba f'din il-fażi, jekk il-logħba tispiċċa pari wara l-ħin normali, tletin minuta kienu jintlagħbu (maqsuma f'żewġ taqsimiet ta' ħmistax-il minuta 'l waħda); jekk il-partita tibqa' pari, ikun imiss l-għoti tal-penalties biex jiġi ddeterminat ir-rebbieħ tal-konfront. Riżultati wara l-ħin supplementari huma mmarkati bħala (ħs), u riżultati wara l-għoti tal-penalties huma mmarkati bħala (pen).
L-aħħar sittax | Kwarti tal-finali | Semifinali | Finali | |||||||||||
24 ta' Ġunju - Munich | ||||||||||||||
Ġermanja | 2 | |||||||||||||
30 ta' Ġunju - Berlin | ||||||||||||||
Żvezja | 0 | |||||||||||||
Ġermanja (pen) | 1 (4) | |||||||||||||
24 ta' Ġunju - Leipzig | ||||||||||||||
Arġentina | 1 (2) | |||||||||||||
Arġentina (ħs) | 2 | |||||||||||||
4 ta' Lulju - Dortmund | ||||||||||||||
Messiku | 1 | |||||||||||||
Ġermanja | 0 | |||||||||||||
26 ta' Ġunju - Kaiserslautern | ||||||||||||||
Italja (ħs) | 2 | |||||||||||||
Italja | 1 | |||||||||||||
30 ta' Ġunju - Amburgu | ||||||||||||||
Awstralja | 0 | |||||||||||||
Italja | 3 | |||||||||||||
26 ta' Ġunju - Kolonja | ||||||||||||||
Ukrajna | 0 | |||||||||||||
Żvizzera | 0 (0) | |||||||||||||
9 ta' Lulju - Berlin | ||||||||||||||
Ukrajna (pen) | 0 (3) | |||||||||||||
Italja (pen) | 1 (5) | |||||||||||||
25 ta' Ġunju - Stokkarda | ||||||||||||||
Franza | 1 (3) | |||||||||||||
Ingilterra | 1 | |||||||||||||
1 ta' Lulju - Gelsenkirchen | ||||||||||||||
Ekwador | 0 | |||||||||||||
Ingilterra | 0 (1) | |||||||||||||
25 ta' Ġunju - Nuremberga | ||||||||||||||
Portugall (pen) | 0 (3) | |||||||||||||
Portugall | 1 | |||||||||||||
5 ta' Lulju - Munich | ||||||||||||||
Netherlands | 0 | |||||||||||||
Portugall | 0 | |||||||||||||
27 ta' Ġunju - Dortmund | ||||||||||||||
Franza | 1 | Logħba għat-tielet post | ||||||||||||
Brażil | 3 | |||||||||||||
1 ta' Lulju - Frankfurt | 8 ta' Lulju - Stokkarda | |||||||||||||
Gana | 0 | |||||||||||||
Brażil | 0 | Ġermanja | 3 | |||||||||||
27 ta' Ġunju - Hanover | ||||||||||||||
Franza | 1 | Portugall | 1 | |||||||||||
Spanja | 1 | |||||||||||||
Franza | 3 | |||||||||||||
L-Aħħar Sittax
immodifika24 ta' Ġunju 2006 17:00 |
Ġermanja | 2 – 0 | Żvezja | FIFA WM Stadion München, Munich Attendenza: 66,000 Referi: Carlos Eugênio Simon (Brażil) |
---|---|---|---|---|
Podolski 4' 12' | Rapport |
24 ta' Ġunju 2006 21:00 |
Arġentina | 2 – 1 (ħs) | Messiku | Zentralstadion, Leipzig Attendenza: 43,000 Referi: Massimo Busacca (Żvizzera) |
---|---|---|---|---|
Crespo 10' Rodríguez 98' |
Rapport | Márquez 6' |
25 ta' Ġunju 2006 17:00 |
Ingilterra | 1 – 0 | Ekwador | Gottlieb-Daimler-Stadion, Stuttgart Attendenza: 52,000 Referi: Frank de Bleeckere (Belġju) |
---|---|---|---|---|
Beckham 60' | Rapport |
25 ta' Ġunju 2006 21:00 |
Portugall | 1 – 0 | Netherlands | Frankenstadion, Nuremberga Attendenza: 41,000 Referi: Valentin Ivanov (Russja) |
---|---|---|---|---|
Maniche 23' | Rapport |
26 ta' Ġunju 2006 17:00 |
Italja | 1 – 0 | Awstralja | Fritz Walter Stadion, Kaiserslautern Attendenza: 46,000 Referi: Luis Medina Cantalejo (Spanja) |
---|---|---|---|---|
Totti 90+5' (pen) | Rapport |
26 ta' Ġunju 2006 21:00 |
Żvizzera | 0 – 0 (ħs) | Ukrajna | FIFA WM Stadion Köln, Kolonja Attendenza: 45,000 Referi: Benito Archundia (Messiku) |
---|---|---|---|---|
Rapport |
Penalties | ||||
Streller Barnetta Cabanas |
0 – 3 | Shevchenko Milevskiy Rebrov Gusev |
27 ta' Ġunju 2006 17:00 |
Brażil | 3 – 0 | Gana | FIFA WM Stadion Dortmund, Dortmund Attendenza: 65,000 Referi: Ľuboš Micheľ (Slovakkja) |
---|---|---|---|---|
Ronaldo 5' Adriano 45+1' Zé Roberto 84' |
Rapport |
27 ta' Ġunju 2006 21:00 |
Spanja | 1 – 3 | Franza | FIFA WM Stadion Hannover, Hanover Attendenza: 43,000 Referi: Roberto Rosetti (Italja) |
---|---|---|---|---|
David Villa 28' (pen) | Rapport | Ribéry 41' Vieira 83' Zidane 90+2' |
Kwarti tal-finali
immodifika30 ta' Ġunju 2006 17:00 |
Ġermanja | 1 – 1 (ħs) | Arġentina | Olympiastadion, Berlin Attendenza: 72,000 Referi: Ľuboš Micheľ (Slovakkja) |
---|---|---|---|---|
Klose 80' | Rapport | Ayala 49' |
Penalties | ||||
Neuville Ballack Podolski Borowski |
4 – 2 | Cruz Ayala Rodríguez Cambiasso |
30 ta' Ġunju 2006 21:00 |
Italja | 3 – 0 | Ukrajna | FIFA WM Stadion Hamburg, Amburgu Attendenza: 50,000 Referi: Frank de Bleeckere (Belġju) |
---|---|---|---|---|
Zambrotta 6' Toni 59', 69' |
Rapport |
1 ta' Lulju 2006 17:00 |
Ingilterra | 0 – 0 (ħs) | Portugall | FIFA WM Stadion Gelsenkirchen, Gelsenkirchen Attendenza: 52,000 Referi: Horacio Elizondo (Arġentina) |
---|---|---|---|---|
Rapport |
Penalties | ||||
Lampard Hargreaves Gerrard Carragher |
1 – 3 | Simão Viana Petit Postiga Ronaldo |
1 ta' Lulju 2006 21:00 |
Brażil | 0 – 1 | Franza | FIFA WM Stadion Frankfurt, Frankfurt Attendenza: 48,000 Referi: Luis Medina Cantalejo (Spanja) |
---|---|---|---|---|
Rapport | Henry 57' |
Semifinali
immodifika4 ta' Lulju 2006 21:00 |
Ġermanja | 0 – 2 (ħs) | Italja | FIFA WM Stadion Dortmund, Dortmund Attendenza: 65,000 Referi: Benito Archundia (Messiku) |
---|---|---|---|---|
Rapport | Grosso 119' Del Piero 120+1' |
5 ta' Lulju 2006 21:00 |
Portugall | 0 – 1 | Franza | FIFA WM Stadion München, Munich Attendenza: 66,000 Referi: Jorge Larrionda (Urugwaj) |
---|---|---|---|---|
Rapport | Zidane 33' (pen) |
Finali għat-tielet post
immodifika8 ta' Lulju 2006 21:00 |
Ġermanja | 3 – 1 | Portugall | Gottlieb-Daimler-Stadion, Stuttgart Attendenza: 52,000 Referi: Toru Kamikawa (Ġappun) |
---|---|---|---|---|
Schweinsteiger 56' 78' Petit 60' (awt) |
Rapport | Nuno Gomes 88' |
Finali
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
9 ta' Lulju 2006 20:00 |
Italja | 1 – 1 (ħs) | Franza | Olympiastadion, Berlin Attendenza: 69,000 Referi: Horacio Elizondo (Arġentina) |
---|---|---|---|---|
Materazzi 19' | Rapport | Zidane 7' (pen) |
Penalties | ||||
Pirlo Materazzi De Rossi Del Piero Grosso |
5 – 3 | Wiltord Trezeguet Abidal Sagnol |
Rebbieħ
immodifikaRebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2006 |
---|
Italja Ir-raba' titlu |
Unuri
immodifikaIl-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA għal kull partita ta l-unur tal-Plejer tal-Partita għal plejer partikulari. Andrea Pirlo tal-Italja rebaħ l-iktar numru ta' unuri tal-Plejer tal-Partita; total ta' tlieta. Miroslav Klose, Agustin Delgado, Arjen Robben, Zé Roberto, Alexander Frei, Michael Ballack, u Patrick Vieira kolla rċevew żewġ unuri.
Kontroversja
immodifikaFl-10 ta 'Lulju 2006, minkejja il-ġest vjolenti kontra Materazzi u l-insult lejn ir-referee Jorge Larrionda matul is-semi-finali mal-Portugall,[16] Zidane kien elett "l-aħjar plejer tad-Dinja".
Tim All Star
immodifikaIt-Tim All Star hi skwadra tat-23 plejer li l-aktar impressjonaw matul it-Tazza tad-Dinja 2006, kif ġew magħżula mill-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA. It-tim finali ġie magħżul minn aktar minn 50 plejer nominat, u ġie magħżul skont il-prestazzjonijiet individwali mit-tieni rawnd 'il quddiem.[17]
Gowlkipers | Difensuri | Midfilders | Attakkanti |
---|---|---|---|
Roberto Ayala |
Zé Roberto |
L-aqwa skorers
immodifikaMiroslav Klose kien l-aqwa skorer tal-kampjonat u rċieva ż-Żarbuna tad-Deheb wara li skorja 5 gowls fit-Tazza tad-Dinja. Dan kien l-iżgħar numru ta' gowls skurjati mill-aqwa skorer tal-kampjonat tat-Tazza tad-Dinja minn meta sitt plejers spiċċaw b'total ta' erba' gowls fit-Tazza tad-Dinja 1962. Matul din l-edizzjoni 149 gowl ġew skurjati (erba' minnhom kien awtogowls).
Referenzi
immodifika- ^ "The FIFA World Cup TV viewing figures" (PDF) (bl-Ingliż). FIFA. Miġbur 2007-10-31.
- ^ "FIFA acknowledges Brazil's withdrawal from 2006 World Cup race" (bl-Ingliż). FIFA. 2000-07-04. Miġbur 2008-03-29.
- ^ a b "FIFA World Cup 2006 : Results of First Two Rounds of Voting" (bl-Ingliż). FIFA. 2000-07-06. Miġbur 2008-03-29.
- ^ "Call for World Cup re-vote" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2000-07-07. Miġbur 2007-06-25.
- ^ "S. Africa Confident of Blatter's Support to Host 2006 World Cup" (bl-Ingliż). People's Daily Online. 2000-01-19. Miġbur 2007-06-25.
- ^ "FIFA president Blatter a big loser with Germany getting 2006 World Cup" (bl-Ingliż). Soccertimes.com. 2000. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-08. Miġbur 2008-08-07.
- ^ "The Hoax That Brought the World Cup to Germany" (bl-Ingliż). Spiegel Online. 2006-01-17. Miġbur 2008-09-11.
- ^ "Record number of 204 teams enter preliminary competition" (bl-Ingliż). FIFA. 2007-03-03. Miġbur 2008-03-29.
- ^ "Stadiums renamed for Fifa sponsors" (bl-Ingliż). BBC. 2006-06-06. Miġbur 2008-03-29.
- ^ "FIFA Organising Committee approves team classifications and final draw procedure" (bl-Ingliż). FIFA. 2005-12-06. Miġbur 2008-03-29.
- ^ Wilson, Paul (2005-12-11). "An easy group? Draw your own conclusions" (bl-Ingliż). The Observer. Miġbur 2006-06-26.
- ^ Palmer, Kevin (2006-05-24). "Group C Tactics Board" (bl-Ingliż). ESPN. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-06-20. Miġbur 2006-06-26.
- ^ "South African to learn lessons from Germany" (bl-Ingliż). The 2006 FIFA World Cup Germany. 2006-07-09. Miġbur 2006-07-27.
- ^ Zeigler, Mark (2006-06-30). "World Cup quarterfinals" (bl-Ingliż). Union Tribune. Miġbur 2008-03-31.
- ^ "Who's to blame for Cup card frenzy?" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-06-26. Miġbur 2006-07-23.
- ^ Doyle, Paul (2006-07-20). "Selfish Zidane has fooled Fifa" (bl-Ingliż). The Guardian.
- ^ Associated Press (2006-07-07). "France, Italy dominate World Cup all-star squad" (bl-Ingliż). CBC. Miġbur 2006-08-11.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 |
Fil-Wikibarijiet hemm aħbarijiet relatati ma': Portal:FIFA World Cup 2006 |