L-Allianz Arena huwa grawnd tal-futbol li jinsab fit-tramuntana ta' Munich, Bavarja. Iż-żewġ klabbs tal-futbol professjonali ta' Munich li huma FC Bayern Munich u TSV 1860 München bdew jilgħabu l-logħob f'darhom ġewwa Allianz Arena mill-bidu tal-istaġun 2005-06. Dawn il-klabbs qabel kienu jilagħbu l-logħob f'darhom ġewwa l-Istadju Olimpiku mill-1972. L-Allianz Arena huwa t-tielet l-akbar stadju fil-Ġermanja wara Signal Iduna Park f'Dortmund u l-Olympiastadion f'Berlin. Preċedentement TSV 1860 München kellhom sehem ta' 50% fl-istadju, iżda FC Bayern Munich xtraw l-ishma tagħhom għall-11-il miljun ewro f'April, 2006. Dan għadu jippermetti li TSV 1860 München jistgħu jilagħbu fil-grawnd imma m'għandhom l-ebda drittijiet.

Allianz Arena
Fußball Arena München
(imsemmi mill-UEFA)
Lokalità Munich, Ġermanja
Bidu tal-kostruzzjoni 21 ta' Ottubru 2002
Inawgurazzjoni 30 ta' Mejju 2005
Proprjetarju Allianz Arena München Stadion GmbH
Operatur Allianz Arena München Stadion GmbH
Wiċċ Ħaxix
Spiża tal-kostruzzjoni 340 miljun
Arkitett Herzog & de Meuron
ArupSport
Kapaċità 66,000 (2005)
69,901 (2006–2012)
71,137 (2012–) (Logħob tal-kampjonat)
67,812 (Logħob Internazzjonali)
Dimensjonijiet 105 x 68m
Lokatorji
FC Bayern Munich
TSV 1860 München

Koordinati: 48°13′7.59″N 11°37′29.11″E / 48.218775°N 11.6247528°E / 48.218775; 11.6247528

Is-servizzi finanzjarji kbar tal-fornitur Allianz xtraw id-drittijiet biex isemmu l-istadjum għal 30 sena. Madankollu dan l-isem ma setgħax jintuża biex jospitaw l-avvenimenti tal-FIFA u l-UEFA, peress li dawn il-korpi jirregolaw il-politiki li jipprojbixxu sponsorizzazzjoni korporattiva minn kumpaniji li mhumiex imsieħba fit-turnament uffiċjali. Matul it-Tazza tad-Dinja 2006, l-istadjum kien imsemmi bħala FIFA World Cup Stadium Munich. Fil-logħob tal-UEFA, huwa magħruf bħala Fußball Arena München, u ospita l-finali tal-UEFA Champions League 2012.[1] L-istadju ġie mlaqqam "Schlauchboot" (dgħajsa minfuħa).[2][3]

Fil-21 ta' Ottubru 2002, il-votanti marru jivvotaw biex jiġi determinat jekk l-istadju l-ġdid għandu jinbena f'dan il-post jew inkella fil-belt ta' Munich li għandha tipprovdi l-infrastruttura meħtieġa. Madwar żewġ terzi tal-votanti ddeċidew favur il-proposta. Alternattiva għall-kostruzzjoni tal-grawnd ġdid kienet rikostruzzjoni maġġuri tal-Istadju Olimpiku iżda din l-għażla kienet rifjutata mill-arkitett Günther Behnisch.

L-arkitett Żvizzeru mid-ditta ta' Herzog & de Meuron mbagħad żviluppa l-kunċett tal-istadju minn barra li ħoloq il-panelli ETFE-foil, li kien jista' jinxtegħel minn ġewwa u fl-istess ħin huwa self-cleaning. Il-kostruzzjoni bdiet fil-ħarifa tal-2002 u tlestiet sal-aħħar ta' April 2005.

L-istazzjonijiet Fröttmaning u Marienplatz tal-linja tal-metro U6 ġew mkabbra u mtejba flimkien mal-kostruzzjoni tal-grawnd. L-istazzjon ta' Fröttmaning ġie estiża minn 2 għall-4 binarji, filwaqt li l-istazzjon ta' Marienplatz U-Bahn kien provdut b'konnettur ta' mini addizzjonali pedonali li jgħaddi paralleli mill-binarji tal-metro, li jwasslu lejn l-porzjon tal-istazzjon S-Bahn, tnaqqis tal-konġestjoni fost il-passiġġieri jagħmlu konnessjonijiet ma' Munich S-Bahn. Biex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw it-tagħbija tat-traffiku addizzjonali, l-Autobahn A9 ġiet estiża għal tliet u erba' linji li jgħaddu f'kull mod u l-ieħor tal-ħruġ ġie miżjud fit-tramuntana tal-A99 tal-grawnd.

Fid-19 ta' Mejju 2012, il-finali tal-UEFA Champions League 2011–12 sar f'dan il-grawnd. Bayern Munich, li kien it-tim li lagħab f'daru fil-finali, ġew stabbiliti biex jilagħbu kontra Chelsea. Chelsea rebħu bil-penalis wara l-partita kienet spiċċat bl-iskor ta' 1-1 wara r-regola tal-ħin żejjed. Il-penalti ta' Bastian Schweinsteiger laqat il-lasta xellugija ta' Petr Cech, u ftit wara Didier Drogba skorja il-penalti tar-rebħa.

Fid-29 ta' Awwissu 2012, Bayern Munich ħabbru li hemm addizzjonali ta' 2,000 sedili.[4] Il-kapaċità ta' logħbiet nazzjonali żdiedu għal 71,000 u logħbiet Internazzjonali u tal-UEFA Champions League żdiedu għal 68,000.

Kapaċità

immodifika

Bl-approvazzjoni effettiva tal-belt ta' modifiki li ngħatat fis-16 ta' Jannar, 2006, il-kapaċità legali tal-istadju żdiedet minn 66,000 sa 69,901 spettatur (inkluża l-kamra permanenti). Il-livell baxx jesa' madwar 20,000, il-livell nofsani jesa' 24,000, u l-livell ta' fuq jesa' madwar 22,000. 10,400 mis-siġġijiet fil-kantunieri tal-livell baxx jistgħu jkunu konvertiti mill-kamra permanenti biex jippermettu addizzjonali ta' 3,120 spettatur. Il-kapaċità totali tinkludi 2,000 siġġu tan-negozju, 400 siġġu għall-istampa, 106 kaxxi lussużi li jistgħu jppoġġu sa 174, u 165 irmiġġi għal siġġijiet tar-roti u aktar. Mit-tieni nofs tal-istaġun 2005–06 tal-Bundesliga, il-grawnd kien kapaċi li jikkomoda 69,901 spettatur fil-logħbiet tl-kampjonat u tatTazza Ġermaniża, iżda minħabba r-regolamenti tal-UEFA, il-kapaċità baqgħet 66,000 siġġu għall-logħbiet tal-UEFA Champions League u l-UEFA Cup. Il-kapaċità limitata ta' Bayern Munich matul kampjonat laħqet in-numru 69,000. Is-saqaf parzjali jkopri kull post, għalkemm l-irjieħ xorta jistgħu jipproduċu x-xita fuq xi wħud minnhom. Qabel l-istaġun 2012-13, Bayern Munich ħabbru l-kapaċità li kienet żdiedet għal 71,000 għall-logħbiet domestiċi u 68,000 għall-logħbiet UEFA u b'żieda ta' 2,000 siġġu fil-livell ta' fuq tal-grawnd.[5]

Tazza tad-Dinja 2006

immodifika

L-istadju kien wieħed mill-postijiet għat-Tazza tad-Dinja 2006. Madankollu, minħabba kuntratti ta' sponsorjar, il-grawnd kien imsejjaħ FIFA World Cup Stadium Munich matul il-kompetizzjoni. Il-logħob li ġejjin kienu ntlagħbu f'dan il-grawnd waqt it-Tazza tad-Dinja 2006:

Data Ħin (CEST) Tim #1 Riż Tim #2 Spettaturi
9 ta' Ġunju 2006 18.00   Ġermanja 4–2   Kosta Rika 69,451
14 ta' Ġunju 2006 18.00   Tuneżija 2–2   Arabja Sawdija 69,451
18 ta' Ġunju 2006 18.00   Brażil 2–0   Awstralja 69,451
21 ta' Ġunju 2006 21.00   Kosta tal-Avorju 3–2   Serbja u Montenegro 69,451
24 ta' Ġunju 2006 17.00   Ġermanja 2–0   Żvezja 69,451
5 ta' Ġunju 2006 21.00   Portugall 0–1   Franza 69,451

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Wembley to host 2011 Euro final" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-01-29. Miġbur 2011-12-11.
  2. ^ "Allianz Arena" (bl-Ingliż). destination-munich.com. Miġbur 2012-10-08.
  3. ^ "Allianz Arena" (bl-Ingliż). worldfootballtravel.com. Miġbur 2012-10-08.
  4. ^ "Allianz Arena capacity increased to 71,000". FC Bayern Munich. 2012-08-29. Miġbur 2012-08-31.
  5. ^ "Allianz Arena capacity increased to 71,000" (bl-Ingliż). FC Bayern Munich. 2012-08-29. Miġbur 2012-10-08.

Ħoloq esterni

immodifika
  NODES
INTERN 2