Asterojde tixbah ħafna lill-pjaneti, imma hija iżgħar. L-isem "asterojde" ġej mill-Grieg antik u jfisser "bħal stilla". L-asterojdi jafu jidhru bħal stillel żgħar fis-sema u huma wkoll iduru max-Xemx mhux bħall-istillel. Bħall-pjaneti, l-asterojdi ma jistgħux jipproduċu d-dawl. Minħabba f'hekk, ħafna nies jaħsbu li l-isem "asterojde" m'huwiex adattat u minflok kien hemm min ippropona l-isem "planetojde" ("bħal pjaneta").

Bosta asterojdi huma magħmula minn ġebla, iżda xi wħud minnhom huma magħmula mis-silġ jew mill-metall. Ħafna mill-asterojdi li hemm fis-Sistema Solari tagħna jinsabu f'dik li hija magħrufa bħala l-faxxa tal-asterojdi bejn Marte u Ġove.

  NODES
os 4