Billboard huwa magażin Amerikan li joħroġ kull ġimgħa u li huwa ddedikat għall-mużika. Bħala wieħed mill-eqdem magażins li qatt ġew pubblikati fid-dinja, fih jinkludi sezzjonijiet dedikati għall-klassifiki, ikkunsidrati bħala fost l-iktar preċiżi u dettaljati fid-dinja. Din ir-rivista iżżomm numru ta' klassifiki mużikali li juru l-aqwa kanzunetti u albums tal-mument f'diversi kategoriji kull ġimgħa. Żewġ klassifiki popolari huma l-Billboard Hot 100 li tikklassifika l-aqwa 100 kanzunetta, irrelevanti mill-ġeneru mużikali tagħhom, u l-Billboard 200 li tikkategorizza l-200 album li l-aktar inbiegħu fl-Amerika.

L-ewwel ħarġa
Il-ħarġa li fakkret l-10 anniversarju

Meta twieldet f'Cincinnati fl-1894, ir-rivista Billboard Advertising kienet prattikament magażin għall-industrija tal-kartelluni pubbliċitarji. Fi ftit snin wara l-fundazzjoni tagħha, il-Billboard saret tippubblika dwar ċirkli, karnivali, parks ta' divertiment, fieri, vaudeville, esebizzjonijiet tal-balieni u aktar serati ta' divertiment. Fl-1909 bdiet tkopri informazzjoni dwar il-films u fis-snin għoxrin dwar ir-radju.

Kien l-iżvilupp tal-industrija tal-juke box matul is-snin tletin li wasslet għall-Billboard li tibda tippubblika klassifiki mużikali. Għall-bidu kien hemm biss tliet klassifiki ta' tliet ġeneri partikulari: Pop, Rhythm & Blues, u Country & Western. Fl-1950 introduċiet sezzjoni dwar l-industrija televiżiva, li kienet tinkludi klassifikazzjoni tal-films. Fl-1961, l-aħbarijiet dwar il-fieri, karnivali, parks u esebizzjonijiet oħra ġew immexxija għal fuq magażin ieħor bl-isem ta' Amusement Business. F'dan iż-żmien, affarijiet dwar it-televiżjoni ġew trasferiti għal fuq pubblikazzjoni oħra.

Mill-1961 sal-2005, il-Billboard kienet kompletament devota lejn l-industrija mużikali. Fl-2005, il-magażin flimkien mal-websajts tiegħu ġew irranġati sabiex jipprovdu informazzjoni għal kull forma ta' divertiment diġitali.

Klassifiki mużikali

immodifika

Nhar l-4 ta' Jannar, 1936, il-Billboard ippubblika l-ewwel klassifika tiegħu, u fl-20 ta' Lulju, 1940, ħarġet l-ewwel Music Popularity Chart, klassifika iddedikata għall-aktar kanzunetti mismugħa. Il-Hot 100 bdiet fl-1958 bħala kombinazzjoni tal-bejgħ tad-diski flimkien mas-smiegħ fuq ir-radju.

Sa Jannar 2010, l-aktar artisti li dehru f'din il-klassifika kienu l-Metallica, Mariah Carey, The Beatles, Bing Crosby, Madonna, Pet Shop Boys, Elvis Presley u Michael Jackson. L-album li dam l-aktar fil-quċċata tal-klassifika kien "The Dark Side of the Moon" tal-grupp Pink Floyd: 741 ġimgħa, mill-1973 sal-1987.

Illum il-ġurnata, din ir-rivista tippubblika iktar minn 100 klassifika fil-ġimgħa.

Ħoloq esterni

immodifika
  NODES
os 3
web 1