Bolla postali hija biċċa karta li teħel fuq ittra jew pakkett biex turi li t-tariffa tal-posta ġiet imħallsa. L-ewwel bolla, il-Penny Black, ħarġet mir-Renju Unit f'Mejju tal-1840. Wara r-Renju Unit, diversi pajjiżi bdew joħorġu l-bolli tagħhom, u l-ewwel kienu Zurich fl-Iżvizzera u l-Brażil fl-1843. L-ewwel bolla ta' Malta inħarġet fl-1 ta' Diċembru 1860.

Bolla tan-Nikaragwa, b'numri jindikaw diversi partijiet differenti tal-bolla:
1. Stampa
2. Perforazzjoni
3. Prezz
4. Isem tal-pajjiż
  NODES