Carcassonne

belt iffortifikata Franċiża f'Aude, Occitanie

Carcassonne (pronunzja bil-Franċiż: [kaʁkasɔn], lokalment: [kaχkaˈsɔnə]; bil-Oċċitan: Carcassona [kaɾkaˈsunɔ]; bil-Latin: Carcaso) hija belt iffortifikata Franċiża fid-dipartiment ta' Aude, fir-reġjun ta' Occitanie. Hija l-prefettura tad-dipartiment.

Carcassonne
 Franza
Amministrazzjoni
Stat sovranFranza
Administrative territorial entity of FranceFranza Metropolitana
Region of FranceOccitanie
Dipartimenti ta' FranzaAude
Arrondissement of Francearrondissement ta' Carcassonne
Canton of Francekanton ta' Carcassonne-Est
Isem uffiċjali Carcassonne
Carcassona
Ismijiet oriġinali Carcassonne
Carcassona
Kodiċi postali 11000
Ġeografija
Koordinati 43°12′57″N 2°21′05″E / 43.2158°N 2.3514°E / 43.2158; 2.3514Koordinati: 43°12′57″N 2°21′05″E / 43.2158°N 2.3514°E / 43.2158; 2.3514
Carcassonne is located in France
Carcassonne
Carcassonne
Carcassonne (France)
Superfiċjenti 65.08 kilometru kwadru
Għoli 111 m, 81 mu 250 m
Fruntieri ma' Berriac (en) Translate, Caux-et-Sauzens (en) Translate, Cavanac (en) Translate, Cazilhac (en) Translate, Couffoulens (en) Translate, Fontiès-d'Aude (en) Translate, Lavalette (en) Translate, Montirat (en) Translate, Palaja (en) Translate, Pennautier (en) Translate, Pezens (en) Translate, Roullens (en) Translate, Trèbes (en) Translate, Villedubert (en) Translateu Villemoustaussou (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 46,429 abitanti (1 Jannar 2022)
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Eggenfelden, Baezau Tallinn
carcassonne.org

Abitata min-Neolitiku, Carcassonne tinsab fil-pjanura tax-xmara Aude bejn ir-rotot kummerċjali storiċi, u tikkollega l-Oċean Atlantiku mal-Baħar Mediterran u l-Massif Central mal-Pirinej. L-importanza strateġika tagħha malajr ġiet rikonoxxuta mir-Rumani, li okkupaw l-għolja fejn kienet tinsab sal-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent. Fis-seklu 5 inħakmet mill-Viżigoti, li stabbilew il-belt. Fi żmien tliet sekli, għal żmien qasir sfat taħt il-ħakma Iżlamika. Il-pożizzjoni strateġika tagħha wasslet biex il-mexxejja tagħha jespandu l-fortifikazzjonijiet sat-Trattat tal-Pirinej fl-1659.

Iċ-ċittadella tagħha, magħrufa bħala Cité de Carcassonne, hija fortizza Medjevali li tmur lura għall-perjodu Gallo-Ruman u ġiet restawrata mit-teoriku u l-arkitett Eugène Viollet-le-Duc fl-1853. Saret Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997 bis-saħħa tal-preservazzjoni u tar-restawr eċċezzjonali taċ-ċittadella Medjevali.[1] Carcassonne tiddependi ferm fuq it-turiżmu iżda għandha wkoll setturi ekonomiċi ewlenin oħra bħall-manifattura u l-produzzjoni tal-inbid.

Ġeografija

immodifika

Carcassonne tinsab fin-Nofsinhar ta' Franza madwar 80 kilometru (50 mil) fil-Lvant ta' Toulouse. Il-pożizzjoni strateġika tagħha bejn l-Oċean Atlantiku u l-Baħar Mediterran ilha rikonoxxuta min-Neolitiku.

L-erja tar-raħal hija madwar 65 km2 (25 mil kwadru), li hija ferm ikbar mill-bosta rħula żgħar fid-dipartiment ta' Aude. Ix-xmajjar Aude, Fresquel u l-Canal du Midi jgħaddu mir-raħal.

L-ewwel sinjali ta' insedjament f'dan ir-reġjun imorru lura għal madwar it-3500 Q.K., iżda s-sit tal-għolja ta' Carsac — isem Ċeltiku li nżamm f'siti oħra fin-Nofsinhar — sar post kummerċjali importanti fis-seklu 6 Q.K. Il-Volcae Tectosages iffortifikawha u għamluha oppidum, forti f'għolja, u ngħatat l-isem ta' "Carsac".[2]

L-etimoloġija folkloristika — li tinvolvi châtelaine msejħa Carcas, ingann li temm assedju, u d-daqq brijuż tal-qniepen ("Carcas sona") — għalkemm imfakkra permezz ta' skultura Neo-Gotika ta' Mme. Carcas fuq kolonna ħdejn id-Daħla ta' Narbonne, hija invenzjoni moderna. L-isem jista' jitqies li oriġina mill-isem Carcas.

Carcassonne ġiet identifikata strateġikament meta r-Rumani ffortifikaw il-quċċata tal-għolja tagħha għall-ħabta tal-100 Q.K. u eventwalment għamluha l-kolonja ta' Julia Carsaco, iktar 'il quddiem imsejħa Carcaso, u mbagħad Carcasum (bil-proċess ta' qlib tal-konsonanti magħruf bħala metateżi). Il-parti prinċipali tan-naħat t'isfel tas-swar tat-Tramuntana tmur lura għal żmien il-Gallo-Rumani. Fl-462 ir-Rumani uffiċjalment ċedew lil Septimania lir-re Teodoriku II tal-Viżigoti li kien mexxa lil Carcassonne mill-453. Huwa bena iktar fortifikazzjonijiet f'Carcassonne, li kienet stazzjonament tal-fruntiera fiżika tat-Tramuntana li għad hemm traċċi tagħha sa llum il-ġurnata.

Teodoriku II huwa maħsub li beda l-predeċessur tal-bażilika li issa hija ddedikata lil San Nażarju u San Ċelsju. Fil-508 il-Viżigosti rnexxielhom jirreżistu l-attakki tar-re Clovis tal-Franki. Is-Saraċeni minn Barċellona ħadu lil Carcassonne fis-725. Ir-Re Pepin il-Qasir (Pépin le Bref) keċċihom fis-759-760.

Entità fewdali Medjevali, il-Kontea ta' Carcassonne, ikkontrollat il-belt u l-madwar. Spiss kienet tingħaqad mal-Kontea ta' Razès. L-oriġini ta' Carcassonne bħala kontea x'aktarx imorru għal żmien ir-rappreżentanti lokali tal-Viżigoti, iżda l-ewwel konti magħruf b'ismu kien Bello ta' żmien Karlu Manju. Bello stabbilixxa dinastija, il-Bellonidi, li mexxew bosta honores f'Septimania u fil-Katalonja għal tliet sekli.

Fl-1067, Carcassonne saret proprjetà ta' Raimond-Bernard Trencavel, il-viskonti ta' Albi u ta' Nîmes, permezz taż-żwieġ tiegħu ma' Ermengard, oħt l-aħħar konti ta' Carcassonne. Fis-sekli ta' wara, il-familja Trencavel alleat ruħha bis-suċċessjoni mal-kontijiet ta' Barċellona u ta' Toulouse. Huma bnew ix-Château Comtal u l-Bażilika ta' San Nażarju u San Ċelsju. Fl-1096, il-Papa Urban II bierek il-ġebla tax-xewka tal-pedamenti tal-katidral il-ġdid.

Carcassonne saret famuża għar-rwol li kellha fil-Kruċjati Albiġensjani meta l-belt kienet fortizza tal-Katari Oċċitani. F'Awwissu 1209, l-armata tal-Kruċjati tal-Legat Papali, is-Superjur Arnaud Amalric, ġiegħel liċ-ċittadini tagħha jarrendu. Il-Viskonti Raimond-Roger de Trencavel intefa' l-ħabs sakemm ġie nnegozjat kif il-belt kienet se tarrendi u miet f'ċirkostanzi misterjużi tliet xhur wara fil-ħabs tiegħu stess. Il-poplu ta' Carcassonne tħalla jitlaq — effettivament, tkeċċa mill-belt tiegħu stess ta' fuqhom senduqhom. Simon de Montfort inħatar bħala l-Viskonti l-ġdid kompla jżid iktar fortifikazzjonijiet.

 
It-tkeċċija tal-Katari.

Fl-1240, iben Trencavel ipprova jerġa' jikkonkwista d-dominju antik tiegħu iżda ma rnexxilux. Il-belt issottomettiet ruħa għat-tmexxija tar-Renju ta' Franza fl-1247. Carcassonne saret fortizza tal-fruntiera bejn Franza u r-Renju ta' Aragona skont it-Trattat ta' Corbeil tal-1258. Ir-re Lwiġi IX stabbilixxa parti ġdida tar-raħal fuq in-naħa l-oħra tax-xmara Aude. Hu u s-suċċessur tiegħu Filippu III bnew is-swar ta' barra. Il-fehma kontemporanja xorta baqgħet tikkunsidra l-fortizza inpenetrabbli. Matul il-Gwerra tal-Mitt Sena, Dwardu l-Prinċep l-Iswed ma rnexxilux jaħkem il-belt fl-1355, għalkemm it-truppi tiegħu qerdu l-ville basse (litteralment "belt fil-baxx").[3]

Fl-1659, it-Trattat tal-Pirinej ittrasferixxa l-provinċja tal-fruntiera ta' Roussillon lil Franza, u l-importanza militari ta' Carcassonne naqset. Il-fortifikazzjonijiet tagħha ġew abbandunati u l-belt saret ċentru ekonomiku li kkonċentra fuq l-industrija tat-tessuti tas-suf. Dokument tal-1723 ikkwotat minn Fernand Braudel iddeskriviha bħala "ċ-ċentru tal-manifattura ta' Languedoc".[4] Baqgħet hekk sal-kollass tas-suq Ottoman fl-aħħar tas-seklu 18, u mbagħad saret belt/raħal rurali.[5]

Importanza storika

immodifika

Carcassonne kienet l-ewwel fortizza li użat il-kostruzzjonijiet tal-injam fuq il-fortifikazzjonijiet tal-ġebel meta kienet taħt assedju. Pjattaformi u ħitan temporanji tal-injam kienu jinbnew mas-swar ta' fuq tal-fortizza permezz ta' toqbiet kwadri fil-faċċati tal-ħitan, u b'hekk kienu jipprovdu protezzjoni għad-difensuri fuq is-swar u setgħu jixxabtu 'l barra mingħajr ma jidhru biex jisparaw jew iwaqqgħu ż-żejt jaħraq fuq min kien iwettaq l-attakki kontra l-belt.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika
 
Veduta panoramika tal-Belt Iffortifikata ta' Carcassonne.

Il-Belt Iffortifikata Storika ta' Carcassonne ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Attrazzjonijiet prinċipali

immodifika

Belt iffortifikata

immodifika
 
Pittura ta' Carcassonne tal-1462.

Essenzjalment, il-belt iffortifikata tikkonsisti minn disinn konċentriku ta' żewġ sezzjonijiet ta' swar fuq barra bi 53 torri u strutturi difensivi kontra l-assedji. Il-kastell innifsu fuq il-pont tiegħu li jitla' u jinżel u foss li jwassal għall-parti difensiva ċentrali. Is-swar għandhom bosta torrijiet li nbnew matul perjodu pjuttost twil. Sezzjoni minnhom hija Rumana u hija partikolarment differenti mill-ħitan Medjevali, b'saffi tal-brikks ħomor u soqfa tat-terrakotta. Wieħed mit-torrijiet difensivi kien ospita l-Inkwiżizzjoni Kattolika fis-seklu 13 u għadu magħruf bħala "t-Torri tal-Inkwiżizzjoni".[6]

Carcassonne ġiet demilitarizzata taħt Napuljun Bonaparte, u s-cité ffortifikata ta' Carcassonne ġiet mitluqa tant li l-gvern Franċiż iddeċieda li għandha titwaqqa'. Digriet f'dan ir-rigward uffiċjalizza din id-deċiżjoni fl-1849 iżda dan inkorla liċ-ċittadini tal-belt. L-antikwarju u s-sindku ta' Carcassonne, Jean-Pierre Cros-Mayrevieille, u l-kittieb Prosper Mérimée, the l-ewwel spettur tal-monumenti antiki, mexxew kampanja għall-preservazzjoni tal-fortizza bħala monument storiku. Iktar tard dik is-sena, l-arkitett Eugène Viollet-le-Duc, li diġà kien qed jirrestawra l-Bażilika ta' San Nażarju u San Ċelsju, ġie kkummissjonat għar-rinnovazzjoni tal-monument.

 
Is-saffi differenti ta' swar u ħitan ta' Carcassonne.

Fl-1853 beda x-xogħol fis-swar tal-Punent u tal-Lbiċ, segwiti mit-torrijiet tad-Daħla ta' Narbonne u d-daħla prinċipali tas-cité. Il-fortifikazzjonijiet ġew ikkonsolidati fejn kien meħtieġ, iżda l-attenzjoni ewlenija ngħatat lir-restawr tas-soqfa tat-torrijiet u tal-istrutturi difensivi, fejn Viollet-le-Duc ordna l-qerda tal-istrutturi li kienu nbnew ma' dawn il-ħitan, uħud minnhom pjuttost antiki. Viollet-le-Duc ħalla warajh bosta noti u tpinġijiet dettaljati meta miet fl-1879, u l-istudent tiegħu Paul Boeswillwald, u iktar 'il quddiem l-arkitett Nodet komplew bir-riabilitazzjoni ta' Carcassonne.

Ir-restawr ġie kkritikat sew matul il-ħajja ta' Viollet-le-Duc. Wara li kien għadu kemm temm ix-xogħol fit-Tramuntana ta' Franza, huwa għamel l-iżball li uża l-lavanja (meta ma kien hemm l-ebda barriera tal-lavanja fl-inħawi) minflok it-terrakotta għat-tegoli tas-soqfa. Intqal li s-soqfa tal-lavanja kienu iktar tipiċi tat-Tramuntana ta' Franza, bħalma kienu l-partijiet ippuntati li ġew miżjuda mas-soqfa. Minkejja dan, inġenerali, hemm qbil li x-xogħol ta' Viollet-le-Duc f'Carcassonne kien xogħol ta' ġenju, għalkemm ma segwiex l-awtentiċità stretta.

Belt fil-baxx

immodifika

Il-ville basse tmur lura għall-aħħar tal-Medju Evu. Stabbilita bħala insedjament tal-abitanti mkeċċija mill-belt xi żmien wara l-Kruċjati, kienet il-qalba ekonomika tal-belt għal sekli sħaħ. Għalkemm xi darba kienu intatti, il-biċċa l-kbira tal-ħitan ta' din il-parti tal-belt ma għadhomx intatti. Il-Katidral ta' Carcassonne jinsab f'din il-parti tal-belt.[7]

Pont ieħor, Pont Marengo, jaqsam minn naħa għall-oħra tal-Canal du Midi u jagħti aċċess għall-istazzjon ferrovjarju. Il-Lac de la Cavayère nħoloq bħala lag rikreattiv; jinsab madwar ħames minuti miċ-ċentru tal-belt bil-karozza.[8]

Attrazzjonijiet oħra jinkludu:

  • il-Bażilika ta' San Nażarju u San Ċelsju,
  • il-Katidral ta' Carcassonne,
  • il-Knisja ta' San Vinċenz.

Carcassonne għandha klima subtropikali umduża (klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen: Cfa), għalkemm għandha influwenza Mediterranja notevoli bi sjuf sħan (klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen: Csa), klima li hija iktar tipika tan-Nofsinhar ta' Franza, bi xtiewi moderatament bix-xita u miti u bi sjuf b'medja ta' iktar minn 28 °C (82 °F) binhar bi ftit xita.

Carcassonne, flimkien mal-kosta Mediterranja Franċiża, tista' tkun soġġetta għal maltempati bir-ragħad u xita torrenzjali fl-aħħar tas-sajf u fil-bidu tal-ħarifa. Ir-reġjun ta' Carcassonne jbati minn għargħar f'dawn l-avvenimenti, u l-aħħar għargħar seħħ fl-14 u fil-15 ta' Ottubru 2018.

Data klimatika ta' Carcassonne (medji ta' 1981-2010)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 21.1

(70.0)

25.2

(77.4)

27.3

(81.1)

31.0

(87.8)

35.2

(95.4)

40.7

(105.3)

40.2

(104.4)

41.9

(107.4)

36.4

(97.5)

31.0

(87.8)

26.2

(79.2)

22.4

(72.3)

41.9

(107.4)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 9.7

(49.5)

11.1

(52.0)

14.4

(57.9)

17.0

(62.6)

21.0

(69.8)

25.4

(77.7)

28.6

(83.5)

28.3

(82.9)

24.5

(76.1)

19.3

(66.7)

13.5

(56.3)

10.2

(50.4)

18.6

(65.5)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 3.1

(37.6)

3.5

(38.3)

5.6

(42.1)

7.7

(45.9)

11.4

(52.5)

14.8

(58.6)

17.2

(63.0)

17.0

(62.6)

14.0

(57.2)

11.2

(52.2)

6.6

(43.9)

3.8

(38.8)

9.7

(49.5)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −12.5

(9.5)

−15.2

(4.6)

−7.5

(18.5)

−1.6

(29.1)

0.9

(33.6)

6.0

(42.8)

8.4

(47.1)

8.2

(46.8)

2.9

(37.2)

−2.0

(28.4)

−6.8

(19.8)

−12.0

(10.4)

−15.2

(4.6)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 69.3

(2.73)

54.1

(2.13)

54.3

(2.14)

73.1

(2.88)

56.7

(2.23)

45.9

(1.81)

28.5

(1.12)

42.6

(1.68)

42.5

(1.67)

59.5

(2.34)

59.5

(2.34)

62.5

(2.46)

648.5

(25.53)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni 9.4 7.9 8.0 9.5 7.5 5.0 4.1 5.5 5.4 7.8 8.7 8.8 87.5
Medja ta' jiem bil-borra 2.1 2.1 0.9 0.3 0.0 0.0 0.0 0.0 0.0 0.0 0.6 1.4 7.4
Umdità relattiva medja (%) 82 79 74 74 72 69 64 68 73 80 82 84 75.1
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 97.2 119.6 172.6 188.1 214.7 239.7 275.4 260.4 212.9 144.6 102.5 91.6 2,119.3
Sors 1: Météo France[9]
Sors 2: Infoclimat.fr (umdità u jiem bil-borra, 1961-1990)[10]

Populazzjoni

immodifika
Popolazzjoni storika
Sena Pop. ±% p.a.
1793 10,400 —    
1800 15,219 +5.59%
1806 14,985 −0.26%
1821 15,752 +0.33%
1831 20,997 +2.92%
1836 22,623 +1.50%
1841 21,333 −1.17%
1846 21,607 +0.26%
1851 20,005 −1.53%
1856 19,915 −0.09%
1861 20,644 +0.72%
1866 22,173 +1.44%
1872 24,407 +1.61%
1876 25,971 +1.56%
1881 27,512 +1.16%
1886 29,330 +1.29%
1891 28,235 −0.76%
1896 29,298 +0.74%
1901 30,720 +0.95%
Sena Pop. ±% p.a.
1906 30,976 +0.17%
1911 30,689 −0.19%
1921 29,314 −0.46%
1926 33,974 +2.99%
1931 34,921 +0.55%
1936 33,441 −0.86%
1946 38,139 +1.32%
1954 37,035 −0.37%
1962 40,897 +1.25%
1968 43,616 +1.08%
1975 42,154 −0.49%
1982 41,153 −0.34%
1990 43,470 +0.69%
1999 43,950 +0.12%
2007 47,620 +1.01%
2012 47,068 −0.23%
2017 46,031 −0.44%
2018 46,513 +1.05%

Ekonomija

immodifika

Il-parti l-ġdida (Ville Basse) tal-belt fuq in-naħa l-oħra tax-xmara Aude, li tmur lura għall-Medju Evu, wara l-Kruċjati, timmanifattura ż-żraben, il-lastiku u t-tessuti. Hija wkoll iċ-ċentru ta' reġjun ewlieni tal-produzzjoni tal-inbejjed ta' Denominazzjoni ta' Oriġini Kontrollata (DOK; bil-Franċiż: AOC). Parti kbira mill-introjtu tal-belt jiġi mit-turiżmu b'rabta mal-fortifikazzjonijiet (Cité) u mid-dgħajjes li jgħaddu mill-Canal du Midi. Carcassonne tospita wkoll l-Akkademja MKE tal-Arti tal-Ispettaklu. Carcassonne tilqa' madwar tliet miljun viżitatur fis-sena.

Trasport

immodifika

Fl-aħħar tas-snin 90 tas-seklu 20, l-ajruport ta' Carcassonne beda jakkomoda titjiriet irħas mill-ajruporti Ewropej u lejhom, u sal-2009 kellu konnessjonijiet ta' titjiriet regolari ma' Porto, Bournemouth, Cork, Dublin, Frankfurt (Hahn), Londra (Stansted), Liverpool, East Midlands, Glasgow (Prestwick) u Charleroi.

L-istazzjon ferrovjarju ta' Carcassonne joffri konnessjonijiet diretti lejn Toulouse, Narbonne, Perpignan, Pariġi, Marsilja u diversi destinazzjoni reġjonali. L-awtostrada A61 tikkollega lil Carcassonne ma' Toulouse u ma' Narbonne.

Edukazzjoni

immodifika
  • École nationale de l'aviation civile

Fil-belt jiġi mitkellem il-Franċiż. Storikament, il-lingwa mitkellma f'Carcassonne u fil-Languedoc-Roussillon kollu ma kienx il-Franċiż iżda l-Oċċitan.

F'Lulju 2021, Carcassonne kienet l-aħħar belt għall-istadju 13 tat-Tour de France taċ-ċikliżmu tal-2021. Kien proprju f'Carcassonne li Mark Cavendish laħaq ir-rekord tal-iktar rebħiet ta' stadji tat-Tour de France (34) ta' Eddy Merckx. Carcassonne kienet l-aħħar belt għall-istadju 15, u l-ewwel belt għall-istadju 16 tat-Tour de France tal-2018. Qabel kienet ukoll il-punt ta' tluq għall-istadju 11 tat-Tour de France tal-2004 u tal-2016, u l-aħħar belt tat-Tour de France tal-2006.

Bħal fil-kumplament tal-Lbiċ ta' Franza, ir-rugby union huwa popolari f'Carcassonne. Il-belt hija rrappreżentata mill-Union Sportive Carcassonnaise, magħrufa lokalment sempliċement bħala USC. Il-klabb għandu storja kbira u lagħab fil-Finali tal-Kampjonat Franċiż fl-1925, u attwalment jikkompeti fil-Pro D2, it-tieni diviżjoni tar-rugby Franċiż.

Jintlagħab ukoll ir-rugby league, mill-klabb AS Carcassonne. Huma jilagħbu fil-Kampjonat Elit 1. Puig Aubert huwa l-iżjed plejer notevoli tar-rugby league li ġie minn klabb ta' Carcassonne. Hemm statwa tal-bronż tiegħu barra mill-iStade Albert Domec fejn jilagħbu t-timijiet tal-belt fiż-żewġ dixxiplini.

 
Iċ-ċrieki sofor ipprojettati fuq il-fortifikazzjonijiet ta' Carcassonne fl-2018.

F'Mejju 2018 ġie varat il-proġett "Konċentriku, eċċentriku" tal-artist Franċiż-Żvizzeru Felice Varini, fejn intwerew ċrieki konċentriċi kbar fuq il-monument bħala parti mis-seba' edizzjoni ta' "IN SITU, Arti storika u kontemporanja", avveniment tas-sajf fir-reġjun ta' Occitanie / Pyrenees-Mediterranean li jiffoka fuq ir-rabta bejn l-arti moderna u l-wirt arkitettoniku. Dan ix-xogħol monumentali sar bħala ċelebrazzjoni tal-20 anniversarju tad-deżinjazzjoni ta' Carcassonne bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Eċċezzjonali bħala daqs, viżibbiltà u użu tal-ispazju arkitettoniku, il-proġett kien estiż tul in-naħa tal-Punent tal-fortifikazzjonijiet tal-belt. Ix-xogħol seta' jiġi apprezzat sew biss minn quddiem id-Daħla ta' Aude fir-rotta bil-mixi mill-Bastide. Iċ-ċrieki sofor irqaq ġew ipprojettati permezz ta' folji miżbugħin tal-aluminju, qishom mewġ taż-żmien u tal-ispazju, fejn dehru jifframmentaw u jirrikomponu l-ġeometrija taċ-ċrieki fuq it-torrijiet u s-swar tal-fortifikazzjonijiet. Ix-xogħol kien viżibbli minn Mejju sa Settembru 2018 biss.

Kultura popolari

immodifika
  • Il-poeta Franċiż Gustave Nadaud żied il-popolarità ta' Carcassonne. Huwa kiteb poeżija dwar raġel li kien joħlom li jara iżda li ma setax jara qabel miet. Il-poeżija tiegħu ispirat bosta oħrajn u ġiet tradotta bl-Ingliż diversi drabi. Georges Brassens kanta verżjoni musical tal-poeżija. Lord Dunsany kiteb ġrajja qasira msejħa "Carcassonne" (f'A Dreamer's Tales) bħalma għamel William Faulkner.
  • Fis-6 ta' Marzu 2000 Franza ħarġet bolla ta' kommemorazzjoni tal-fortizza ta' Carcassonne.
  • L-istorja ta' Carcassonne tiġi rrakkontata fir-rumanzi tat-Triloġija ta' Languedoc Labyrinth, Sepulchre u Citadel ta' Kate Mosse. Flimkien ma' Puivert u Toulouse, tissemma u tiġi deskritta spiss fir-rumanz tal-2018 tagħha "The Burning Chambers".
  • Il-logħba tal-mejda Carcassonne ngħatat isem il-belt, u tinkludi l-arkitettura tar-reġjun.
  • Partijiet mill-film tal-1991 Robin Hood: Prince of Thieves inġibdu f'Carcassonne u fl-inħawi tal-madwar.
  • Album tal-1993 ta' Stephan Eicher kien jismu Carcassonne.
  • Fix-show Sea Wall, tal-protagonista Andrew Scott, Carcassonne tissemma spiss fl-isfond.

Nies notevoli

immodifika

Ġemellaġġi

immodifika

Carcassonne hija ġemellata ma':

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Fortified City of Carcassonne". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.
  2. ^ Cowper, Marcus (20 June 2012). Cathar Castles: Fortresses of the Albigensian Crusade 1209–1300 - Marcus Cowper - Google Books. ISBN 9781849080545.
  3. ^ Burne, A.H. (1999) [1955]. The Crecy War. Ware, Herts: Wordsworth. pp. 254–255. ISBN 1-85367-081-2.
  4. ^ Fernand Braudel, The Wheels of Commerce 1982, vol. II ta' Civilization and Capitalism, Brian Anderson.
  5. ^ Faroqhi, Suraiya N. (2006). "Introduction". In Suraiya N. Faroqhi, ed., The Cambridge History of Turkey, Volume 3: The Later Ottoman Empire, 1603–1839, pp. 3–17. Cambridge: Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-62095-6.
  6. ^ "Things to See in the Languedoc: Historic Cities: Cité of Carcassonne & Bastide of Carcassonne". www.midi-france.info. Miġbur 2022-08-20.
  7. ^ "Ville Basse | Carcassonne, France | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.
  8. ^ Francois de Lannoy. THE CITE DE CARCASSONE - EDITIONS DU PATRIMOINE. p. 18.
  9. ^ "METEO CARCASSONNE par Météo-France - Prévisions Météo gratuites pour aujourd'hui, demain et à 15 jours". meteofrance.com. Miġbur 2022-08-20.
  10. ^ "Normales et records météorologiques - Infoclimat". www.infoclimat.fr. Miġbur 2022-08-20.
  NODES
admin 1
Note 4