Chiara Siracusa
Chiara Siracusa (Valletta, 25 ta' Settembru 1976) hija kantanta Maltija, magħrufa l-aktar għat-tliet parteċipazzjonijiet f'isem Malta fil-Festival tal-Eurovision, festival mużikali Ewropew, fl-1998, fl-2005 u fl-2009.
Chiara Siracusa | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | L-Isla, 25 Settembru 1976 (48 sena) |
Nazzjonalità | Malta |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kantant kompożitur tal-kanzunetti |
Moviment artistiku | mużika pop |
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Karriera
immodifikaFestival tal-Eurovision 1998
immodifikaFl-1998, Chiara rebħet il-Festival Kanzunetta Maltija għall-Ewropa, is-serata nazzjonali għas-selezzjoni tal-kanzunetta għall-Eurovision, permezz tal-kanzunetta "The One That I Love". F'Birmingham, ġewwa l-Ingilterra, Chiara irnexxielha taqta' figura tajba fejn spiċċat fit-tielet post. Malta, li tħaddan passjoni kbira lejn dan il-konkors, sofriet frustrazzjoni kbira meta fl-aħħar sett ta' voti mill-Maċedonja, il-Maċedoni ma taw l-ebda punt lil Chiara, fejn b'hekk spiċċat mhux biss wara Dana International tal-Iżrael, iżda wkoll wara Imaani tar-Renju Unit. Xorta waħda dan ir-riżultat kien biżżejjed biex jegwalja l-aqwa pożizzjoni ta' Malta mill-festival tal-1992. Lura Malta wara l-Eurovision hi ġiet milqugħa minn madwar 6,000 persuna fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.
Aktar suċċess
immodifikaMill-1998 sal-2003, Chiara kienet immexxija minn M&E Management Group, taħt il-konsulent Massimo Ellul. Matul dan il-perjodu, Chiara drammatikament tbiddlet minn kantant mistħija għal waħda kunfidenti, u ħarġet tliet albums. Kantat għal diversi drabi barra minn Malta, u wara, taħt il-gwida tal-istudjo tar-rikordings Malti, Bridge Productions, bdiet tipprepara għal avventura oħra fil-Eurovision.
Festival tal-Eurovision 2005
immodifikaFl-2005, wara madwar seba' snin assenti minn dan il-konkors, Chiara reġgħet ħadet iċ-ċans biex terġa' tidħol u flimkien ma' 21 parteċipant ieħor ikkompetiet fil-final tad-19 ta' Frar bil-kanzunetta "Angel", kanzunetta oħra fuq stil ballad li kitbet hi stess. Għall-ewwel darba, ir-rappreżentat ta' Malta kien magħżul biss mill-vot pubbliku. Chiara rebħet bi 11,935 vot, 566 'il fuq mit-tieni klassifikata Olivia Lewis. B'hekk fi Kjiv, ġewwa l-Ukrajna, kienet fit-triq li tagħmel it-tieni dehra tagħha.
F'dan il-konkors, Chiara iltaqgħet ma' diversi kantanti oħra li xi darba oħra ħadu sehem f'dan il-konkors, fosthom Selma tal-Iżlanda li kienet spiċċat it-tieni fl-1999, u l-Griega Helena Paparizou, li fl-2001 kienet il-kantanta prinċipali tal-grupp Antique li kklassifika fit-tielet post.
Chiara ġiet it-tieni b'192 punt, wara l-istess Ġreċja. Hi kisbet aktar punti minn Ira Losco, li kienet ikklassifikat fit-tieni post, biex b'hekk "Angel" saret l-aqwa kanzunetta li qatt irrapreżentat lil Malta f'dan il-konkors.
Festival tal-Eurovision 2009
immodifikaWara l-festival Chiara ippublikat album ieħor. Chiara irritornat għall-Eurovision meta nhar is-7 ta' Frar 2009, intgħażlet biex tirrapreżenta lil Malta għat-tielet darba din id-darba ġewwa Moska, fir-Russja, permezz tal-kanzunetta "What If We", għall-edizzjoni tal-2009. Chiara kkwalifikat biex tipparteċipa fil-finali wara li spiċċat fis-sitt post tal-ewwel semifinali. Madanakollu, ir-riżultat ma rrepetiex ruħu fil-finali minħabba li Malta temmet l-avventura f'Moska bit-22 post b'total ta' 31 punt.[1]
Referenzi
immodifika- ^ Maltamedia.com, ed. (17 Mejju 2009). "Eurovision final disappointment for superb Chiara" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|aċċess=
(għajnuna)
Ħoloq esterni
immodifikaPredeċessur Debbie Scerri |
Malta fil-Festival tal-Eurovision 1998 |
Suċċessur |
Predeċessur Julie u Ludwig |
Malta fil-Festival tal-Eurovision 2005 |
Suċċessur |
Predeċessur Morena |
Malta fil-Festival tal-Eurovision 2009 |
Suċċessur |