Danxia

diversi formazzjonijiet ġeoloġiċi fiċ-Ċina

Id-Danxia (biċ-Ċiniż: 丹霞地貌; bil-Pinjin: dānxiá dìmào) huma diversi formazzjonijiet ġeoloġiċi li jinsabu fix-Xlokk, fil-Lbiċ u fil-Majjistral taċ-Ċina li "jikkonsistu minn saff ewlieni aħmar ikkaratterizzat minn irdumijiet weqfin". Huma tip uniku ta' ġeomorfoloġija petrografika li jinstabu fiċ-Ċina. Il-formazzjonijiet ġeoloġiċi tad-Danxia huma ffurmati minn ġebel ramli ta' lewn aħmar u konglomerati l-iktar tal-Kretaċju. Id-Danxia jixbħu ħafna lit-topografija karstika li tifforma fl-inħawi fejn hemm il-ġebla tal-ġir, iżda ladarba l-blat li jiffurmaw id-danxia huma ġebel ramli u konglomerati, ġew imsejħa formazzjonijiet ġeoloġiċi "psewdokarstiċi". Dawn iffurmaw bis-saħħa ta' qawwiet endoġeni (inkluż l-olzar) u bis-saħħa ta' qawwiet eżoġeni (inkluż l-effett tal-elementi u tal-erożjoni).

L-Irdumijiet Ħomor tad-Danxia.

L-ewwel studji rigward il-formazzjonijiet ġeoloġiċi magħrufa bħala danxia twettqu fil-Muntanja Danxia qrib Shaoguan, iċ-Ċina. Fis-snin 20 u 30 tas-seklu 20 il-ġeologi Ċiniżi għamlu sforz biex jitgħallmu iktar dwar dawn l-istrutturi ġeomorfiċi interessanti. Id-danxia huma magħmula mill-qoxra kontinentali olzata wara episodji ta' qsim tettoniku u erożjoni, li permezz tagħhom ġew esposti estensjonijiet kbar tal-blat ta' lewn aħmar.[1]

Il-mogħdija bil-mixi fil-Quċċata ta' Tianyou.

Dawn il-formazzjonijiet ġeoloġiċi jkopru diversi provinċji fix-Xlokk taċ-Ċina. Il-Kontea ta' Taining fil-Provinċja ta' Fujian għandha eżempji tajbin ħafna ta' danxia mhux daqshekk "antiki", li fihom ffurmaw widien fondi u dojoq. Iktar ma l-formazzjonijiet ġeoloġiċi jsiru iktar antiki, il-widien jitwessgħu u jiffurmaw torrijiet u rdumijiet iżolati. Isem id-danxia oriġina minn isem il-Muntanja Danxia, waħda mill-iżjed eżempji famużi tal-formazzjonijiet ġeoloġiċi inkwistjoni. Karatteristika li tispikka ħafna fost dawn il-formazzjonijiet ġeoloġiċi huwa l-iżvilupp ta' bosta għerien ta' daqsijiet u ta' għamliet differenti. L-għerien għandhom it-tendenza li jkunu baxxi u iżolati, għad-differenza tat-terren karstiku fejn l-għerien ikollhom it-tendenza li jiffurmaw networks interkonnessi fondi.

Fl-2010, diversi pajsaġġi bid-danxia fin-Nofsinhar taċ-Ċina, bl-isem ġenerali ta' "Danxia taċ-Ċina", tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2] Is-sitt formazzjonijiet ġeoloġiċi li huma meqjusa bħala l-komponenti ta' dan is-sit huma: il-Muntanja Langshan u l-Muntanja Wanfo (fil-Provinċja ta' Hunan), il-Muntanja Danxia (fil-Provinċja ta' Guangdong), Taining u l-Muntanja Guanzhi (fil-Provinċja ta' Fujian), il-Muntanja Longhu u Guifeng (fil-Provinċja ta' Jiangxi), Fangyan u l-Muntanja Jianglang (fil-Provinċja ta' Zhejiang), u l-Muntanja Chishui (fil-Provinċja ta' Guizhou). L-erja totali ta' dawn is-sitt reġjuni hija ta' madwar 73,945 ettaru (182,720 akru), u l-erja totali taż-żona ta' lqugħ hija ta' madwar 65,446 ettaru (161,720 akru). Żoni notevoli oħra fiċ-Ċina bid-danxia, bħall-Park Ġeoloġiku tad-Danxia ta' Zhangye, mhumiex inklużi fis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Ġeoloġija

immodifika

Madwar 80 miljun sena ilu, il-ġebel ramli u l-konglomerati tal-Kretaċju ġew stabbiliti permezz tas-sedimentazzjoni mil-lagi u min-nixxigħat. Wara xi 15-il miljun sena oħra, iċ-ċaqliq fil-plakek tettoniċi ħoloq bosta qasmiet tettoniċi. Madwar 23 miljun sena ilu, iċ-ċaqliq tal-katina muntanjuża tal-Himalayas iddisturbat l-art ta' madwar il-formazzjonijiet ġeoloġiċi tad-danxia fil-Provinċja ta' Guangdong, u din olzat u bidlet għalkollox it-topografija tal-inħawi. Matul miljuni ta' snin, l-irdumijiet weqfin li wieħed jista' jara llum il-ġurnata, esposti minħabba l-qsim tettoniku, ġew iffurmati permezz tal-esponiment għall-elementi u tal-erożjoni. Din il-ġeoloġija hija preżenti wkoll fil-Ġeopark ta' Danxiashan fiċ-Ċina, fejn hemm madwar 290 kilometru kwadru ta' nixxigħat, foresti u formazzjonijiet ġeoloġiċi għoljin tad-danxia.[4]

Oriġini tal-isem

immodifika

Fl-1928, ix-xjenzat tal-minerali Feng Jinglan innota d-distribuzzjoni mifruxa tas-saff ħamrani tal-ossidazzjoni. Feng Jinglan irrealizza li dawn il-formazzjonijiet ġeoloġiċi ma kinux għadhom ingħataw isem. B'hekk huwa ddeċieda li jsemmihom danxia jew dan xia, li huwa isem li oriġina mill-poeżija antika biċ-Ċiniż ta' CaoPi, "il-Poeżija tal-Vaska tal-Bamja". L-isem "Dan Xia" jirreferi għal "丹 霞" biċ-Ċiniż, jiġifieri "dija ħamranija tax-xemx".[5]

Bħala sforz biex ikun hemm iktar għarfien dwar it-topografija tad-danxia, twettaq studju dwar il-ġeomorfoloġija ta' żona partikolari fiċ-Ċina. Din iż-żona kienet madwar il-Muntanja Danxia, fejn saret riċerka rigward data bbażata fuq il-Matriċi tal-Elevazzjoni Diġitali minn bosta korpi tal-ilma u baċiri fl-inħawi. Il-fehim tal-idroloġija tal-inħawi jgħin sew fil-fehim tal-formazzjonijiet ġeoloġiċi. For example, "localized erosion has enhanced deepening of existing fractures rather than lateral erosion to form deep and narrow valleys, while long-term erosion provided large and gentle watersheds." This study used ArcGIS. These scientists took maps of the area and overlaid certain features they wanted to measure, such as stream length and size.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Id-Danxia taċ-Ċina ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2010.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[2]

Komponenti

immodifika

Id-Danxia jew il-Formazzjonijiet Ġeoloġiċi tad-Danxia taċ-Ċina huma sensiela ta' formazzjonijiet ġeoloġiċi magħrufa bħala Danxia fiċ-Ċina li f'Awwissu 2010 tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. B'kollox hemm disa' komponenti.[2]

ID Isem u Sezzjoni Koordinati Erja Ritratt
1335-001 Chishui - Sezzjoni tal-Punent 28°22′11″N 105°47′39″E / 28.36972°N 105.79417°E / 28.36972; 105.79417 10,142 ettaru
1335-002 Chishui - Sezzjoni tal-Lvant 28°25′19″N 106°02′33″E / 28.42194°N 106.0425°E / 28.42194; 106.0425 17,222 ettaru
1335-003 Taining - Sezzjoni tat-Tramuntana 27°00′37″N 117°13′07″E / 27.01028°N 117.21861°E / 27.01028; 117.21861 5,277 ettaru
1335-004 Taining - Sezzjoni tan-Nofsinhar 26°51′56″N 117°02′22″E / 26.86556°N 117.03944°E / 26.86556; 117.03944 5,810 ettaru
1335-005 Langshan 26°20′24″N 110°46′45″E / 26.34°N 110.77917°E / 26.34; 110.77917 12,800 ettaru  
1335-006 Danxiashan 24°57′55″N 113°42′12″E / 24.96528°N 113.70333°E / 24.96528; 113.70333 29,200 ettaru  
1335-007 Longhushan: Sezzjoni ta' Longhushan 28°04′15″N 116°59′05″E / 28.07083°N 116.98472°E / 28.07083; 116.98472 16,950 ettaru  
1335-008 Longhushan: Sezzjoni ta' Guifeng 28°19′03″N 117°25′10″E / 28.3175°N 117.41944°E / 28.3175; 117.41944 2,740 ettaru  
1335-009 Jianglangshan 28°31′47″N 118°33′55″E / 28.52972°N 118.56528°E / 28.52972; 118.56528 1,081 ettaru  

Gallerija

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Danxia Geomorphology" (PDF).
  2. ^ a b ċ d "China Danxia". whc.unesco.org. Miġbur 2024-09-05.
  3. ^ "China Danxia Landform proclaimed world heritage". web.archive.org. 2010-08-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-09-04. Miġbur 2024-09-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "404 Page Error-Global Network of National Geoparks". www.globalgeopark.org. Miġbur 2024-09-07.
  5. ^ "全国主要高速公路及国省道通行基本正常 - 东方天气". tianqi.eastday.com. Miġbur 2024-09-07.
  NODES
Note 1