Dolċier

persuna li tipproduċi l-ħelu, il-pasti, u l-prodotti tal-ħelu

Dolċier huwa persuna li tipproduċi l-ħelu, il-pasti, u l-prodotti tal-ħelu li huma oġġetti tal-ikel mimlijin zokkor u karboidrati.[1] Ġeneralment dolċier jipproduċi żewġ tipi ta’ prodotti: il-ħelu magħmula fil-forn u l-pasti li ma jiddaħħlux fil-forn.[2][3]

Dolċier

Produzzjoni

immodifika
 
Perlini

Il-Franċiżi jaqsmu s-sengħa tad-dolċier f’żewġ professjonijiet speċjalizzati oħra, jiġifieri l-patissier (il-kok tal-pasti) u l-confiseur (tal-ħelu).[4]

Il-prodotti tad-dolċier li jsiru bl-użu tal-forn (jew jinqlew) ġeneralment jinkludu d-dqiq, fosthom il-pasti, il-kejkijiet, biskuttini u prodotti moħmija oħra. Fost il-prodotti lokali ta’ dan it-tip insibu pereżempju l-kwareżimal, il-qagħaq tal-għasel, il-biskuttini tar-raħal, l-imqaret, il-kannoli, il-figolli, eċċ. Prodotti oħra bħal ħobż huma esklużi u jiġu prodotti mill-furnar.[5]

Filmat bl-Olandiż tal-produzzjoni tal-ħelu mid-dolċiera

Il-prodotti tad-dolċier li jsiru mingħajr dqiq u mingħajr l-użu tal-forn, bħala ingredjent ewlieni jkollhom iz-zokkor, u dawn jinkludu ħelu, ċikkulatini, pasti, lewż biċ-ċikkulata, konfettura, eċċ. Fost il-prodotti lokali ta’ dan it-tip insibu l-ħelu tal-ħarrub, il-prinjolata, l-isfineċ, il-qubbajt, il-perlini, il-ħelu tal-mastka, eċċ.[5] Dan l-aħħar dan il-ħelu qed jiġi prodott ukoll f’verżjonijiet ħielsa miz-zokkor ukoll.[6]

Id-dolċiera li jaħdmu fl-industrija tal-ħelu spiss jattendu korsijiet fi skejjel ta’ taħriġ speċjalizzat. Ħafna drabi x-xogħol tad-dulċiera jimxi paripassu mal-kalendarju tal-festi u taċ-ċelebrazzjonijiet, b’ħelu apposta li jiġi prodott skont il-festa partikolari, bħal pereżempju l-prinjolata fil-karnival, il-bajd tal-Għid u l-figolli fi żmien l-Għid, ir-romblu fi żmien il-Milied, eċċ.[5]

Referenzi

immodifika
  1. ^ International Food Information Service, ed. (2009). Dictionary of Food Science and Technology (2nd ed.). Chichester, U.K.: Wiley–Blackwell. p. 106. ISBN 9781405187404.
  2. ^ Henri Dupin, Alimentation et nutrition humaines, Paris, Esf Éditeur, coll. « Social Hors Collection », 1992, p. 1030. ISBN 978-2710108924.
  3. ^ Goldstein, Darra (2015). The Oxford Companion to Sugar and Sweets. Oxford University Press. p. 171. ISBN 978-0-19-931339-6.
  4. ^ Le Grand Dictionnaire terminologique (bil-Franċiż). 2020-10-09. Miġbur 2021-07-11. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  5. ^ a b ċ "Maltese Sweets - Ħelu Malti - Maltese Traditions". sites.google.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-11-20. Miġbur 2021-07-11.
  6. ^ Edwards, W.P. (2000). The Science of Sugar Confectionery. Cambridge: Royal Society of Chemistry. p. 1. ISBN 9780854045938.
  NODES
INTERN 1