Festival tal-Eurovision 2012

kompetizzjoni annwali

Il-Festival tal-Eurovision tal-2012 kien is-57 edizzjoni ta' dan il-konkors u sar fil-belt ta' Baku fl-Ażerbajġan, wara r-rebħa ta' Ell u Nikki fl-edizzjoni tal-2011 bil-kanzunetta Running Scared. Il-konkors sar fil-Crystal Hall ta' Baku, li giet mibnija apposta, u l-preżentaturi kienu Eldar Gasimov, ir-rebbieh tal-Eurovision tal-2011, Nargiz Birk-Peterson u Leyla Aliyeva. Is-semi finali saru fit-22 u fl-24 ta' Mejju tal-2012, u l-finali fis-26 ta' Mejju. Il-Polonja u l-Armenja ddeċidew li jirtiraw mill-konkors filwaqt li l-Montenegro irritornaw wara waqfa ta' tliet snin.

Festival tal-Eurovision 2012
"Light Your Fire!"
Dati
Data tal-1el semifinali 22 ta' Mejju 2012
Data tal-2ni semifinali 24 ta' Mejju 2012
Data tal-finali 26 ta' Mejju 2012
Ospitu
Sala Baku Crystal Hall, Baku, Ażerbajġan
Preżentatur(i) Leyla Aliyeva
Eldar Gasimov
Nargiz Birk-Petersen
Att tal-ftuħ Ell & Nikki, "Running Scared"
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 42
Pajjiżi debuttanti Ħadd
Pajjiżi li rritornaw Bandiera tal-Montenegro Montenegro
Pajjiżi li rtiraw Ħadd
Vote
Kanzunetta rebbieħa Bandiera tal-Iżvezja Żvezja
"Euphoria"
Festival tal-Eurovision
◄2011 2013►

Minħabba r-ritorn tal-Italja fl-edizzjoni tal-2011, il-pajjiżi fis-serata tal-finali kienu 26, għall-ewwel darba wara l-2003. Flimkien mal-Ażerbajġan, il-pajjiżi tal-Big Five ikkwalifikaw awtomatikament għall-finali, filwaqt li minn kull semifinali, ikkwalifikaw għaxar pajjiżi.

Parteċipanti

immodifika

Minħabba r-ritorn tal-Montenegro, u l-irtira tal-Armenja u l-Polonja, in-numru ta' pajjiżi jieħdu sehem niżel għal 42. Dan ġie kkonfermat fis-17 ta' Jannar tal-2012, meta l-EBU approvat il-lista ta' parteċipanti. Fil-25 ta' Jannar tal-2012, is-36 semifinalisti ġew allokati fiż-żewġ semifinali.

Semifinali 1

immodifika
# Pajjiż Artist Kanzunetta Lingwa Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01   Montenegro Rambo Amadeus Euro Neuro Ingliż - 15 20
02   Iżlanda Greta Salome u Jonsi Never Forget Ingliż Tinsa qatt 8 75
03   Greċja Eleftheria Eleftheriou Aphrodisiac Ingliż Afrodiżijaku 4 116
04   Latvja Anmary Beautiful Song Ingliż Kanzunetta Sabiħa 16 17
05   Albanija Rona Nishliu Suus Albaniż Personali 2 146
06   Rumanija Mandinga Zaleilah Spanjol, Ingliż - 3 120
07   Żvizzera Sinplus Unbreakable Ingliż Ma tinkisirx 11 45
08   Belġju Iris Would You? Ingliż Inti x'tagħmel kieku? 17 16
09   Finlandja Pernilla Nar jag blundar Svediż Meta nagħlaq għajnejja 12 41
10   Iżrael Izabo Time Ingliż, Ebrajk Ħin 13 33
11   San Marino Valentina Monetta The Social Network Song Ingliż Il-Kanzunetta tan-Netwerk Soċjali 14 31
12   Ċipru Ivi Adamou La La Love Ingliż La La l-Imħabba 7 91
13   Danimarka Soluna Samay Should've Known Better Ingliż Missni kont naf aħjar 9 63
14   Russja Buranovskiye Babushki Party for Everybody Udmurt, Ingliż Party għal kulħadd 1 152
15   Ungerija Compact Disco Sound of our Hearts Ingliż Il-Ħoss ta' Qlubna 10 52
16   Awstrija Trackshittaz Woki mit deim Popo! Ġermaniż Żegleg il-warrani 18 8
17   Moldova Pasha Parfeny Lăutar Ingliż Mużiċist tradizzjonali 5 100
18   Irlanda Jedward Waterline Ingliż Rimja tal-Vapur 6 92

Semifinali 2

immodifika
# Pajjiż Artist Kanzunetta Lingwa Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01   Serbja Željko Joksimović Nije Ljubav Stvar Serb L-imħabba ma tmut qatt 2 159
02   Maċedonja Kaliopi Crno i Belo Maċedonjan Iswed u Abjad 9 53
03   Netherlands Joan Franka You and Me Ingliż Int u Jien 15 35
04   Malta Kurt Calleja This is the Night Ingliż Dan huwa l-Lejl 7 70
05   Bjelorussja Litesound We are the Heroes Ingliż Aħna l-Eroj 16 35
06   Portugall Filipa Sousa Vida Minha Portugiż Ħajjti 13 39
07   Ukrajna Gaitana Be my Guest Ingliż Kun il-mistieden tiegħi 8 64
08   Bulgarija Sofi Marinova Love Unlimited Bulgariż Imħabba bla Tarf 11 45
09   Slovenja Eva Boto Verjamem Sloven Nemmen 17 31
10   Kroazja Nina Badrić Nebo Kroat Ġenna 12 42
11   Żvezja Loreen Euphoria Ingliż Ewforja 1 181
12   Ġeorġja Anri Jokhadze I'm a Joker Ġorġjan, Ingliż Jien ċajtier 14 36
13   Turkija Can Bonomo Love me Back Ingliż Ħobbni lura 5 80
14   Estonja Ott Lepland Kuula Estonjan Isma' 4 100
15   Slovakkja Max Jason Mai Don't Close your Eyes Ingliż Tagħlaqx Għajnejk 18 22
16   Norveġja Tooji Stay Ingliż Ibqa' 10 45
17   Bosnja-Ħerzegovina MayaSar Korake ti znam Bożnijan Naf il-passi tiegħek 6 77
18   Litwanja Donny Montell Love is Blind Ingliż L-Imħabba Għamja 3 104

Fis-serata finali tas-26 ta' Mejju, għaxar semifinalisti minn kull semifinali ingħaqdu mal-Big Five u l-Ażerbajġan. Il-konkors ġie mirbuħ mill-Isvezja, bir-rappreżentanta Loreen li kantat il-kanzunetta Euphoria. Dan wara li tmintax-il pajjiż differenti ta t-12-il punt lill-istess Loreen. Fit-tieni post ġew il-Buranovskiye Babushki mir-Russja, segwiti mir-runner-up tal-festival tal-2004, is-Serb Zeljko Joksimovic. Fir-raba' post ġew l-ospitanti l-Ażerbajġan bil-kanzunetta When the Music Dies, kantata minn Sabina Babayeva. Fil-ħames post ġiet il-kantanta Rona Nishliu bil-kanzunetta sentimentali tagħha Suus. Din tal-aħħar ġabet l-aħjar riżultat għall-pajjiżha, l-Albanija, li sa dak iż-żmien, l-aħjar riżultat kien is-seba' post fl-2004.

B'hekk, il-festival ta' wara dan għandu jsir fil-belt ta' Malmö fl-Isvezja, mill-14 sat-18 ta' Mejju tal-2013.

Ħoloq esterni

immodifika
  NODES