Franz Beckenbauer

plejer u kowċ tal-futbol Ġermaniż (1945-2024)

Franz Anton Beckenbauer (pronunzja bil-Ġermaniż: [fʁants ˈʔantoːn ˈbɛkn̩ˌbaʊɐ]; twieled fil-11 ta' Settembru 1945 – miet fis-7 ta' Jannar 2024) kien plejer u kowċ professjonali tal-futbol. Imlaqqam "Der Kaiser" ("l-Imperatur"), Beckenbauer jitqies bħala wieħed mill-aqwa plejers u kowċis tal-futbol fl-istorja.[1][2] Beckenbauer kien plejer versatili li beda l-karriera tiegħu bħala midfielder, iżda sar magħruf bħala difensur ċentrali. Spiss jiġi akkreditat li vvinta r-rwol modern tal-libero.[3] Huwa kiseb suċċess fil-livell tal-klabbs u fil-livell internazzjonali, u huwa wieħed mid-disa' plejers li rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA, it-Tazza tal-Kampjonat Ewropew, u l-Ballun tad-Deheb.[4]

Franz Beckenbauer
President Onorarju

Ħajja
Twelid Richard-Wagner-Straße 19 (München) (en) Translateu Munich, 11 Settembru 1945
Nazzjonalità Ġermanja tal-Punent
Ġermanja
Mewt Salzburg, 7 Jannar 2024
Post tad-dfin Friedhof am Perlacher Forst (en) Translate
Familja
Ulied
Familja
Edukazzjoni
Lingwi Ġermaniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni plejer tal-futbol
kowċ
professional athlete (en) Translate
functionary (en) Translate
coach (en) Translate
Mudell:Infobox biography/sport/football
Pożizzjoni jew speċjalità difensur
libero
midfilder
Piż 79 kg
Tul 181 cm
Premjijiet
Psewdonomu Der Kaiser

Beckenbauer ġie kklassifikat darbtejn bħala l-Plejer tas-Sena tal-Futbol Ewropew, u lagħab 103 darbiet għall-Ġermanja tal-Punent, u lagħab fi tliet Tazzi tad-Dinja u f'żewġ Kampjonati Ewropej. Huwa wieħed minn tliet irġiel, flimkien mal-Brażiljan Mário Zagallo u l-Franċiż Didier Deschamps, li rebaħ it-Tazza tad-Dinja bħala plejer u bħala kowċ; huwa għolla t-Tazza tad-Dinja bħala kaptan tat-tim fl-1974, u reġa' għolla t-tazza bħala kowċ fl-1990. Huwa kien l-ewwel kaptan li għolla t-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Kampjonat Ewropew fil-livell internazzjonali u t-Tazza Ewropea fil-livell tal-klabbs. Huwa ssemma fit-Tim Dinji tas-Seklu 20 fl-1998, fit-Tim tal-Ħolm tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA fl-2002, fit-Tim tal-Ħolm tar-Rebbieħa tal-Ballun tad-Deheb fl-2020, u fl-2004 tniżżel fil-lista tal-FIFA tal-aqwa plejers ħajjin tal-futbol dinji.[5][6]

Fil-livell tal-klabbs mal-Bayern Munich, Beckenbauer rebaħ it-Tazza tat-Tazzi fl-1967 u tliet Tazzi Ewropej konsekuttivi mill-1974 sal-1976. Dawn l-aħħar rebħiet għamluh l-ewwel plejer li rebaħ tliet Tazzi Ewropej bħala kaptan tal-klabb tiegħu. Huwa sar kowċ u iktar 'il quddiem il-President ta' Bayern Munich. Wara żewġ perjodi man-New York Cosmos huwa ddaħħal fil-Klassifika tal-Iżjed Persuni Importanti tal-Futbol Nazzjonali tal-Istati Uniti.[7]

Beckenbauer mexxa l-isforz biex il-Ġermanja rnexxielha tospita t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-2006 u kien il-President tal-kumitat organizzattiv. Huwa ħadem bħala kummentatur ma' Sky tal-Ġermanja, u għal 34 sena kien jikteb l-artikli għat-tabloid Bild, it-tnejn li huma sal-2016.[8] F'Awwissu 2016, tħabbar li Beckenbauer kien qed jiġi investigat għal frodi u ħasil tal-flus b'rabta mat-Tazza tad-Dinja tal-2006.[9] L-investigazzjoni ngħalqet mingħajr verdett fl-2020 għaliex il-kawża ġiet preskritta.[10]

Snin bikrin

immodifika

Beckenbauer twieled wara t-Tieni Gwerra Dinjija fi Munich, u kien it-tieni iben ta' missieru, il-ħaddiem postali Franz Beckenbauer, u ta' ommu Antonie (kunjomha xebba Hupfauf). Huwa trabba fid-distrett tal-klassi tal-ħaddiema ta' Giesing, u minkejja ċ-ċiniżmu ta' missieru rigward il-logħba tal-futbol, huwa beda jilgħab il-futbol ta' disa' snin fit-tim taż-żgħar ta' SC Munich '06 fl-1954.

Oriġinarjament beda jilgħab bħala attakkant ċentrali, u l-idolu tiegħu kien ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1954 Fritz Walter u kien iżomm mat-tim lokali ta' 1860 Munich, li dak iż-żmien kien l-aqwa tim fil-belt, minkejja li ġew relegati mill-ewwel diviżjoni, l-Oberliga Süd, fis-snin 50 tas-seklu 20. "Minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nilgħab magħhom", ikkonferma iktar 'il quddiem. Il-fatt li ngħaqad mat-tim taż-żgħar tal-Bayern Munich fl-1959, minflok it-tim favorit tiegħu ta' 1860 Munich, kien ir-riżultat ta' tornew jaħraq taż-żgħar taħt l-14-il sena fir-raħal fil-qrib ta' Neubiberg. Beckenbauer u sħabu tat-tim tiegħu kienu jafu li l-klabb tagħhom ta' SC Munich '06 ma kellux il-finanzi biex jibqa' jkollu t-timijiet taż-żgħar, u kienu qablu li jingħaqdu mal-1860 Munich bħala grupp malli jintemm it-tornew. Id-destin ried li SC Munich u 1860 Munich jiltaqgħu proprju fil-finali u għadd ta' fawls matul il-logħba eventwalment wasslu għal konfront bejn Beckenbauer u l-midfielder ċentrali avversarju. Dan l-avveniment baqa' jberren f'moħħ Beckenbauer u sħabu anke wara l-logħba, u b'hekk iddeċidew li minflok jingħaqdu mat-tim taż-żgħar tal-Bayern Munich.

Fl-1963, meta għalaq 18-il sena, Beckenbauer spiċċa f'kontroversja sħiħa meta ġie żvelat li t-tfajla tiegħu ta' dak iż-żmien kienet tqila u li hu ma kellu l-ebda intenzjoni li jiżżewwiġha; huwa tkeċċa mit-tim taż-żgħar nazzjonali tal-Ġermanja tal-Punent mid-DFB u tħalla jerġa' jilgħab magħhom biss wara l-intervent tal-kowċ tat-tim nazzjonali Dettmar Cramer.

Ħajja personali

immodifika

Beckenbauer iżżewweġ tliet darbiet u kellu ħamest itfal, wieħed minnhom, Stephan, kien plejer tal-futbol professjonali, li miet wara marda fit-tul fil-31 ta' Lulju 2015, meta kellu 46 sena. Iben Stephan, Luca, huwa plejer tal-futbol professjonali wkoll, u jilgħab ma' SV Wacker Burghausen fir-Regionalliga Bayern. Wara li deher f'riklami għal kumpanija kbira tat-telefonija mobbli, Beckenbauer talab speċifikament li jkollu n-numru 0176 / 666666 għall-mowbajl tiegħu. F'qasir żmien ċemplulu diversi rġiel li kienu ħasbu li kien numru tat-telefon erotiku (bil-Ġermaniż "6" tiġi ppronunzjata bħala "sechs", u għandha ħoss simili għall-kelma "sess").

Beckenbauer sar konslu onorarju tal-Kosovo fl-2011. Il-President Behgjet Pacolli qal li Beckenbauer kien se jippromwovi l-kampanja tal-Kosovo għal sħubija fil-UEFA u fil-FIFA.

Saħħa u mewt

immodifika

Fl-2016 u fl-2017, Beckenbauer kellu żewġ operazzjonijiet kirurġiċi f'qalbu. Fl-2018 iddaħħlitlu wkoll għadma tal-ġenb artifiċjali.

Beckenbauer miet fis-7 ta' Jannar 2024, meta kellu 78 sena, minħabba kawżi naturali kif imħabbar mill-familja tiegħu f'nota mibgħuta lid-Deutsche Presse-Agentur.

Statistika tal-karriera

immodifika
Logħbiet u gowls skont il-klabb, l-istaġun u l-kompetizzjoni
Klabb Staġun Kampjonat Tazza Ewropa Oħrajn Total
Diviżjoni Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls
Bayern Munich 1963–64 Regionalliga Süd 0 0 6 2 6 2
1964–65 Regionalliga Süd 31 16 8 2 39 18
1965–66 Bundesliga 33 4 6 1 39 5
1966–67 Bundesliga 33 0 5 0 9 0 47 0
1967–68 Bundesliga 28 4 4 0 7 1 39 5
1968–69 Bundesliga 33 2 6 0 39 2
1969–70 Bundesliga 34 6 1 0 2 0 37 6
1970–71 Bundesliga 33 3 9 1 8 1 50 5
1971–72 Bundesliga 34 6 6 1 7 0 47 7
1972–73 Bundesliga 34 6 6 0 6 1 5 0 51 7
1973–74 Bundesliga 34 4 4 0 10 1 48 5
1974–75 Bundesliga 33 1 3 0 7 1 43 2
1975–76 Bundesliga 34 5 7 2 9 0 2 0 52 7
1976–77 Bundesliga 33 3 4 0 6 1 4 0 47 4
Total 427 60 61 5 71 6 25 4 584 75
New York Cosmos 1977 NASL 15 4 6 1 21 5
1978 NASL 27 8 6 2 33 10
1979 NASL 12 1 6 0 18 1
1980 NASL 26 4 7 1 33 5
Total 80 17 25 4 105 21
Hamburger SV 1980–81 Bundesliga 18 0 2 0 0 0 20 0
1981–82 Bundesliga 10 0 3 0 5 0 18 0
Total 28 0 5 0 5 0 38 0
New York Cosmos 1983 NASL 25 2 2 0 27 2
Total man-NY Cosmos 105 19 27 4 132 23
Total tal-karriera 560 79 66 5 76 6 52 8 754

Internazzjonali

immodifika
Logħbiet u gowls fit-tim nazzjonali fis-snin differenti
Tim nazzjonali Sena Logħbiet Gowls
Ġermanja 1965 3 0
1966 12 7
1967 5 0
1968 9 1
1969 6 0
1970 12 2
1971 9 2
1972 7 0
1973 10 1
1974 15 0
1975 7 0
1976 7 1
1977 1 0
Total 103 14
Il-kolonni tal-gowls u tar-riżultat huma marbuta ma' xulxin. Il-kolonna tal-gowls tindiża r-riżultat temporanju tal-logħbiet wara kull gowl skurjat minn Beckenbauer.
Lista ta' gowls internazzjonali skurjati minn Franz Beckenbauer
Nru Data Post Avversarju Gowls Riżultat Kompetizzjoni
1 23 ta' Marzu 1966 Rotterdam, in-Netherlands In-Netherlands 3–1 4–2 Logħba amikevoli
2 4–2
3 4 ta' Mejju 1966 Dublin, ir-Repubblika tal-Irlanda Ir-Repubblika tal-Irlanda 2–0 4–0 Logħba amikevoli
4 12 ta' Lulju 1966 Sheffield, l-Ingilterra L-Iżvizzera 3–0 5–0 Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1966
5 4–0
6 23 ta' Lulju 1966 Sheffield, l-Ingitlerra L-Urugwaj 2–0 4–0 Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1966
7 25 ta' Lulju 1966 Liverpool, l-Ingilterra L-Unjoni Sovjetika 2–0 2–1 Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1966
8 1 ta' Ġunju 1968 Hanover, il-Ġermanja L-Ingilterra 1–0 1–0 Logħba amikevoli
9 14 ta' Ġunju 1970 León, il-Messiku L-Ingilterra 1–2 3–2 (wara l-ħin regolamentari) Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1970
10 22 ta' Novembru 1970 Ateni, il-Greċja Il-Greċja 3–1 3–1 Logħba amikevoli
11 22 ta' Ġunju 1971 Oslo, in-Norveġja In-Norveġja 3–0 7–1 Logħba amikevoli
12 30 ta' Ġunju 1971 Copenhagen, id-Danimarka Id-Danimarka 3–1 3–1 Logħba amikevoli
13 12 ta' Mejju 1973 Amburgu, il-Ġermanja Il-Bulgarija 1–0 3–0 Logħba amikevoli
14 6 ta' Ottubru 1976 Cardiff, Wales Wales 1–0 2–0 Logħba amikevoli

Statistika tal-karriera ta' kowċ

immodifika
Mit-22 ta' Jannar 2014
Tim Minn Sa Rekord
G W D L % ta' Rebħ Ref.
Ġermanja tal-Punent 1984 1990 66 34 20 12 51.52
Olympique Marseille l-1 ta' Settembru 1990 il-31 ta' Diċembru 1990 25 16 4 5 64.00
Bayern Munich it-28 ta' Diċembru 1993 it-30 ta' Ġunju 1994 14 9 2 3 64.29
Bayern Munich it-28 ta' April 1996 it-30 ta' Ġunju 1996 5 3 0 2 60.00
Total 110 62 26 22 56.36

Bayern Munich

  • Regionalliga Süd: 1964–65
  • Bundesliga: 1968–69, 1971–72, 1972–73, 1973–74
  • DFB-Pokal: 1965–66, 1966–67, 1968–69, 1970–71
  • Tazza Ewropea: 1973–74, 1974–75, 1975–76
  • Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazza Ewropea: 1966–67
  • Tazza Interkontinentali: 1976

New York Cosmos

Hamburger SV

Ġermanja tal-Punent

  • Tazza tad-Dinja tal-FIFA: rebbieħ: 1974; it-tieni post: 1966; it-tielet post: 1970
  • Kampjonat Ewropew tal-UEFA: rebbieħ: 1972; it-tieni post: 1976

Ġermanja tal-Punent

  • Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA: l-ewwel post: 1990; it-tieni post: 1986
  • Kampjonat Ewropew tal-UEFA: it-tielet post: 1988

Marseille

Bayern Munich

  • Bundesliga: 1993-1994
  • Tazza UEFA: 1995-1996

Individwali

immodifika

Plejer

  • Ballun tad-Deheb: rebbieħ: 1972, 1976; it-tieni post: 1974, 1975; it-tielet post: 1966
  • Plejer tal-Futbol tas-Sena (il-Ġermanja): 1966, 1968, 1974, 1976
  • Tim tal-Bundesliga tal-Istaġun ta' kicker: 1965–66, 1966–67, 1967–68, 1968–69, 1969–70, 1970–71, 1971–72, 1972–73, 1973–74, 1974–75, 1975–76, 1976–77
  • Premju tal-Aqwa Plejer Żagħżugħ tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA: 1966
  • Żarbuna tal-Bronż tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1966
  • Membru tat-Tim tal-Istilel tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1966, 1970, 1974
  • FIFA XI: 1968
  • Ballun tal-Fidda tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1974
  • Premju tal-Aqwa Plejer tal-NASL: 1977
  • Ordni tal-Mertu tal-FIFA: 1984
  • Membru tat-Tim tal-Istil ta' Kull Żmien tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1994
  • Tim tat-Tornew Ewropew tal-UEFA: 1972, 1976
  • Membru tat-Tim Dinji tas-Seklu 20: 1998
  • Membru tat-Tim tal-Ħolma tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 2002
  • Premju tal-Plejer Ċentenarju u ta' Personalità tal-Futbol tal-FIFA: 2004
  • FIFA 100: 2004
  • Premju Laureus għall-Għomor: 2007
  • Premju tal-Ġenju Universali tal-Futbol Dinji tal-IFFHS: 2007
  • Żarbuna tad-Deheb: rebbieħ: 2010, bħala leġġenda tal-futbol
  • Marca Leyenda: 2012
  • Premju Presidenzjali tal-FIFA: 2012
  • Premju Presidenzjali tal-UEFA: 2012
  • Membru tal-Aqwa Ħdax tal-Futbol Dinji ta' Kull Żmien tal-FIFA: 2013
  • Membru tal-Aqwa Ħdax tal-Futbol Dinji ta' Kull Żmien tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA: 2016
  • Stħarriġ tal-Ġublew tad-Deheb tal-UEFA: it-tieni post: 2004
  • L-Aqwa Plejers tal-Futbol Dinji tas-Seklu 20: ir-raba' post: 1999
  • L-Aqwa Ħdax ta' Eric Batty: 1966, 1967, 1968, 1969, 1971, 1972, 1973, 1974, 1975, 1976, 1977
  • L-Aqwa Plejer Ewropew tal-IFFHS: 1956–1990
  • L-Aqwa Plejer tas-Seklu tal-IFFHS: it-tielet post: 2000
  • L-Aqwa Plejer tas-Seklu tal-IFFHS: it-tieni post: 2000
  • Membru tal-Leġġendi tal-IFFHS: 2016
  • L-Aqwa Ħdax ta' Kull Żmien tal-Bayern Munich: 2005
  • Membru tal-Klassifika tal-Aqwa Plejers Sportivi tal-Ġermanja
  • Membru tat-Tim tal-Ħolm tar-Rebbieħa tal-Ballun tad-Deheb: 2020
  • Membru tat-Tim tal-Ħolm ta' Kull Żmien tal-IFFHS: 2021

Kowċ

  • Kowċ Ewropew tas-Sena—Premju Sepp Herberger: 1990
  • Premju tal-Aqwa Kowċ tas-Sena tal-Futbol Dinji: 1990
  • L-Aqwa Kowċ ta' Kull Żmien tal-Futbol Dinji: id-disa' u għoxrin post: 2013
  • Salib tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: 1976
  • Ordni tal-Mertu tal-Bavarja: 1982
  • Salib tal-Ordni tal-Mertu tal-Ewwel Klassi tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: 1986
  • Munita tad-Deheb Onorarja tal-Belt ta' Munich: 1995
  • Dottorat Onorarju tal-Akkademja Nazzjonali tal-Isport: 2004
  • Salib tal-Mertu tal-Kmandanti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: 2006
  • Ordni tal-Mertu tal-Ewwel Klassi tal-Istat Federali ta' Niedersachsen: 2008
  • Ordni tal-Mertu tal-Istat Federali ta' Nord-Rhein Westfalen: 2009
  • Konslu Onorarju tar-Repubblika tal-Kosovo: 2011.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Der Kaiser, the brains behind Germany - FIFA.com". web.archive.org. 2016-04-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-09. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Franz Beckenbauer: The Kaiser - Profiles, People - The Independent". web.archive.org. 2010-02-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-02-27. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "FRANZ BECKENBAUER - International Football Hall of Fame". web.archive.org. 2012-05-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-05-20. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ Chakraborty, Sushan (2022-12-21). "9 legends who have won the FIFA World Cup, UEFA Champions League, and Ballon d'Or". www.sportskeeda.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-09.
  5. ^ "BBC SPORT | Football | Pele's list of the greatest". web.archive.org. 2018-10-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-10-19. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ "World All-Time Teams". web.archive.org. 2011-02-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-02-08. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "Franz Beckenbauer - 1998 Inductee | National Soccer Hall of Fame". Franz Beckenbauer - 1998 Inductee | National Soccer Hall of Fame (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-09.
  8. ^ "Franz sagt Servus - Bundesliga Saison 2018/19 - Bild.de". web.archive.org. 2018-09-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-09-23. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  9. ^ "Franz Beckenbauer investigated for corruption over 2006 World Cup - BBC News". web.archive.org. 2016-09-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-09-01. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ "Franz Beckenbauer's trial for corruption charges ends without verdict". Sky Sports (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-09.
  NODES
INTERN 6