Frott

tip ta' ikel veġetali nej

Fil-botanika, il-frott (jew frotta bis-singular) jirreferi għal għadd ta’ strutturi li jipproduċu ż-żrieragħ fil-pjanti li jarmu l-fjuri (magħrufa wkoll bħala anġjospermi) li jiġu ffurmati mill-ovarju wara li l-pjanti jarmu l-fjuri. Uħud mill-frott ikollhom l-għadma (li ma tittikilx) u wħud le.

Frott li jittiekel

L-anġjospermi jxerrdu ż-żrieragħ permezz tal-frott. Il-frott li jittiekel, b’mod partikolari, tkattar flimkien mal-movimenti tal-bnedmin u tal-annimali f’relazzjoni simbjotika bħala mezz għat-tixrid taż-żrieragħ u għan-nutrizzjoni; fil-fatt, il-bnedmin u ħafna annimali saru jiddependu fuq il-frott bħala sors ta’ ikel.[1] Għaldaqstant, il-frott jirrappreżenta frazzjoni sostanzjali tal-output agrikolu tad-dinja, u xi tipi ta’ frott (pereżempju t-tuffieħ u r-rummien) kisbu tifsiriet kulturali u simboliċi estensivi.

Fil-lingwaġġ komuni, “frott” normalment tfisser l-istrutturi ta’ pjanta, assoċjati maż-żrieragħ, li jkunu ħelwin jew qarsa, u li jittieklu nejjin, fosthom it-tuffieħ, il-banana, l-għeneb, il-lumi, il-larinġ u l-frawli. Min-naħa l-oħra, fil-lingwaġġ botaniku, il-“frott” jinkludi ħafna strutturi li s-soltu ma jissejħux “frott”, bħall-imżiewed tal-fażola, il-ħbub tal-qamħirrum, it-tadam u l-ħbub tal-qamħ.[2][3] Is-sezzjoni ta’ fungu li tipproduċi spori tissejjaħ ukoll korp li jagħti l-frott.[4]

Frott botaniku u frott li jittiekel

immodifika
 
Ir-rummien kiseb diversi tifsiriet kulturali u reliġjużi

Ħafna termini komuni li jintużaw għaż-żrieragħ u għall-frott ma jikkorrispondux mal-klassifikazzjonijiet botaniċi. Fit-terminoloġija kulinarja, il-frott is-soltu jkun kwalunkwe parti ta’ pjanta b’togħma ħelwa jew qarsa, speċjalment frott botaniku; il-ġewż ikun kwalunkwe prodott ta’ pjanta li jkun iebes, żejtni u b’qoxra; u l-ħxejjex ikunu kwalunkwe prodott ta’ pjanta li jittiekel u li jkollu togħma inqas ħelwa mill-frott. Madankollu, fil-botanika, il-frott is-soltu jkun l-ovarji jew il-karpelli misjura li jkun fihom iż-żrieragħ, il-ġewż ikun tip ta’ frott u mhux żrieragħ, u ż-żrieragħ ikunu ovuli misjura.[5]

Xi eżempji ta’ ħxejjex u ġewż kulinarji li huma wkoll frott botaniku huma l-qamħirrum, il-kukurbiti (eż. ħjar jew qargħa ħamra), il-brunġiel, il-legumi (eż. fażola, karawett, jew piżelli), bżar aħmar jew isfar, u t-tadam. Barra minn hekk, xi ħwawar, bħall-pimentos u ċ-ċili, jitqiesu bħala frott botanikament. Min-naħa l-oħra, ir-rabarbru spiss jitqies bħala frotta, minħabba li jintuża għad-deżerti ħelwin bħat-torti, minkejja li z-zokk tal-weraq biss jittiekel mill-pjanta tar-rabarbru. Anke ż-żrieragħ tal-ġimnospermi li jittieklu jingħataw ismijiet bħallikieku kienu frott, fosthom il-gingko jew il-prinjoli.[6]

Botanikament, il-ħbub taċ-ċereali, bħall-qamħirrum, ir-ross jew il-qamħ, jitqiesu wkoll bħala tip ta’ frott, imsejħa karjopsi. Madankollu, il-qoxra tal-frott tkun irqiqa ħafna u tkun ħaġa waħda mal-qoxra taż-żerriegħa. Għaldaqstant, kważi l-ħbub kollha li jittieklu jistgħu jitqiesu bħala żrieragħ.[7]

Struttura

immodifika

Is-saff ta’ barra, li spiss jittiekel, jissejjaħ perikarpju jew qoxra, jifforma mill-ovarju u spiss jikber madwar iż-żrieragħ bħala involukru, għalkemm f’xi speċijiet ikun hemm tessuti oħra li jiffurmaw il-porzjon li jittiekel (apparti l-qoxra). Il-perikarpju jkollu tliet saffi minn barra nett sa ġewwa nett, jiġifieri l-eżokarpju, il-mesokarpju u l-endokarpju.[8]

Żvilupp

immodifika
 
Is-sekwenza tal-iżvilupp tan-nuċiprisk (Prunus persica) matul perjodu ta’ seba’ xhur u nofs

Frotta tirriżulta mill-maturazzjoni ta’ fjura waħda jew iktar, u l-iktar parti ta’ ġewwa tal-fjura/i (jew il-ġineċju) li tifforma l-ovuli tifforma l-frotta kollha jew parti minnha.[9]

Ġol-ovarju/ovarji jkun hemm ovulu wieħed jew iktar fejn il-megagametofita jkun fiha ċ-ċellola bil-bajda. Wara fertilizzazzjoni doppja, dawn l-ovuli jsiru żrieragħ. L-ovuli jiġu ffertilizzati fi proċess li jibda bid-dakkir, li jinvolvi ċ-ċaqliq tat-trab tad-dakra mill-istami għall-istigma tal-fjuri. Wara d-dakkir, mit-trab tad-dakra jikber tubu li jgħaddi mill-istigma fl-ovarju għall-ovulu u żewġ spermi jiġu ttrasferiti mit-trab tad-dakra għall-megagametofita. Fi ħdan il-megagametofita, waħda miż-żewġ spermi tingħaqad mal-bajda u tifforma zigot, u t-tieni sperma tidħol fiċ-ċellola ċentrali u tifforma ċ-ċellola omm endosperma, li tikkompleta l-proċess tal-fertilizzazzjoni doppja. Iktar ’il quddiem, iz-zigot iwassal għall-embrijun taż-żerriegħa, u ċ-ċellola omm endosperma twassal għall-endosperma, tessut nutrittiv li jintuża mill-embrijun.[10][11]

Malli l-ovuli jiżviluppaw fi żrieragħ, l-ovarju jibda jsir u l-qoxra tal-ovarju, jiġifieri l-perikarpju, trabbi l-laħam tal-frotta (bħalma jiġri fil-frott artab (berries, bl-Ingliż)), jew tifforma qoxra esterna iebsa (bħalma jiġri fil-ġewż). F’xi frott b’ħafna żrieragħ, il-laħam li jiżviluppa jkun proporzjat mal-għadd ta’ ovuli fertilizzati.[12] Il-perikarpju sikwit ikollu żewġ jew tliet saffi distinti msejħa l-eżokarpju (is-saff ta’ barra li xi kultant jissejjaħ ukoll epikarpju), il-mesokarpju (is-saff tan-nofs), u l-endokarpju (is-saff ta’ ġewwa). F’xi frott, speċjalment frott sempliċi li joriġina minn ovarju inferjuri, partijiet oħra tal-fjura (bħat-tubu tal-fjura, inkluż il-petali, is-sepali u l-istami), isiru ħaġa waħda mal-ovarju u jsiru magħha. F’każijiet oħra, is-sepali, il-petali u/jew l-istami u l-istil tal-fjura jitwaqqgħu. Meta dawn il-partijiet l-oħra tal-fjura jkunu parti sinifikanti tal-frotta, din tissejjaħ frotta aċċessorja. Peress li partijiet oħra tal-fjura jistgħu jikkontribwixxu għall-istruttura tal-frotta, huwa importanti li wieħed jistudja l-istruttura tal-fjura sabiex ikun jista’ jifhem kif tifforma frotta partikolari.[3]

Hemm tliet modi ġenerali kif frotta tiżviluppa:

  • Il-frott apokarpuż jiżviluppa minn fjura waħda li jkollha karpelli separati, u dan ikun l-iktar frott sempliċi.
  • Il-frott sinkarpuż jiżviluppa minn ġineċju wieħed li jkollu żewġ karpelli jew iktar li jkunu saru ħaġa waħda.
  • Il-frott multiplu jifforma minn ħafna fjuri differenti.

Ix-xjentisti tal-pjanti jaqsmu l-frott fi tliet gruppi ewlenin: il-frott sempliċi, il-frott aggregat, u l-frott multiplu jew kompożitu. Ir-raggruppamenti mhumiex rilevanti f’termini ta’ evoluzzjoni, peress li ħafna mill-unitajiet tassonomiċi differenti tal-pjanti jaf ikunu fl-istess grupp, iżda jirriflettu kif ikunu rranġati l-organi tal-fjuri u kif jiżviluppa l-frott.[13]

Frott sempliċi

immodifika
 
Ritratt mill-qrib tal-akeni fil-wiċċ tal-frawli

Il-frott sempliċi jista’ jkun niexef jew ikollu l-laħam, u jirriżulta meta jsir ovarju sempliċi jew kompost fi fjura b’pistill wieħed biss. Il-frott niexef jistgħu jkunu jiftħu biex jeħilsu miż-żrieragħ jew inkella jkunu ma jiftħux biex jeħilsu miż-żrieragħ.[14] Dawn huma t-tipi ta’ frott sempliċi niexef u xi eżempji:

  • l-akeni – li jokkorru l-iktar fil-frott aggregat (eż. il-frawli)
  • il-kapsuli – (eż. il-ġewż tal-Brażil)
  • il-karjopsi – (eż. il-qamħ)
  • iċ-ċipseli – il-frott simili għall-akeni li jirriżulta minn fjuretti individwali f’ras il-fjura (jew capitulum), (eż. iċ-ċikwejra).
  • il-frott tal-għadma bil-fibri – (eż. il-ġewż tal-Indì, il-ġewż)
  • il-follikuli – jiffurmaw minn karpell wieħed, u jinfetħu permezz ta’ ħajta waħda fil-kapsula tal-fjuri (eż. l-asklepji), li jokkorru l-iktar fil-frott aggregat (eż. il-manjolja)
  • il-legumi – (eż. il-fażola, il-piżelli, il-karawett)
  • il-lomenti – tipi ta’ legumi li ma jiftħux biex jeħilsu miż-żrieragħ
  • il-ġewż – (eż. il-fagu, il-ġellewż, il-ġandar tal-ballut)
  • is-samari – (eż. il-fraxxnu, l-ulmu, l-aġġru)
  • l-iskiżokarpji – (eż. iż-żrieragħ taz-zunnarija)
  • is-silikwi – (eż. iż-żrieragħ tar-ravanell)
  • is-silikli – (eż. il-ġarġir il-ġemel)
  • l-utrikuli – il-frott simili għall-akeni imma iktar minfuħ (eż. il-pitravi)

Il-frott li jkollu parti mill-perikarpju jew il-perikarpju kollu li jintefaħ bil-laħam kif il-frott jimmatura jissejjaħ frott sempliċi bil-laħam. Dawn huma t-tipi ta’ frott sempliċi bil-laħam u xi eżempji:

Il-frott aggregat jiżviluppa minn fjura waħda b’diversi pistilli sempliċi[15], fosthom:

  • il-manjolja u l-peonja, ġabra ta’ follikuli li jiżviluppaw minn fjura waħda.
  • il-likwidambar, ġabra ta’ kapsuli.
  • is-sikamoru, ġabra ta’ akeni.
  • il-kardun, ġabra ta’ ċipselli.
  • it-tulipiferi.

Il-frott taż-żerriegħa tal-familja Rosaceae (inkluż it-tuffieħ u l-lanġas fost oħrajn) huwa frott sempliċi sinkarpju bil-laħam li jiżviluppa minn ovarju nofsu inferjuri.[16]

Il-frott skiżokarpju jiffurmaw minn ovarju sinkarpju u minflok jiftħu biex jeħilsu miż-żerriegħa, jinqasmu f’segmenti b’żerriegħa waħda jew iktar (eż. iż-żerriegħa taz-zunnarija). Dawn jinkludu għadd ta’ forom differenti minn firxa wiesgħa ta’ familji.[13]

Frott aggregat

immodifika
 
Lampun

Il-frott aggregat jifforma minn fjuri uniċi li jkollhom diversi karpelli li ma jkunux magħqudin flimkien, jiġifieri kull pistill ikun fih karpell wieħed. Kull pistill jifforma qishom frottiet żgħar, u kollettivament dawn jissejħu etarji. Erba’ tipi ta’ frott aggregat jinkludu etarji ta’ akeni, ta’ follikuli, ta’ pistilli li ma jiftħux biex jeħilsu miż-żrieragħ, u ta’ frott artab. L-ispeċijiet Ranunculaceae, inkluż il-Clematis u r-Ranunculus għandhom etarji ta’ akeni, il-Calotropis għandhom etarji ta’ follikuli, u l-ispeċijiet Rubus bħal-lampuna għandhom etarji ta’ pistilli li ma jiftħux biex jeħilsu miż-żrieragħ. L-Annona għandhom etarji ta’ frott artab.[17]

Il-lampuna għandha pistilli żgħar mehmuża ma’ reċipjent. F’xi frott tal-għollieq (bħat-tuta tal-għollieq), ir-reċipjent ikun tawwali u jkun parti mill-frotta misjura. Għalhekk, it-tuta tal-għollieq hija frotta aggregata aċċessorja.[18] Il-frawla hija frotta aggregata aċċessorja wkoll, u hija l-unika waħda li ż-żrieragħ tagħha jinsabu fl-akeni. F’dawn l-eżempji kollha, il-frott jiżviluppa minn fjura waħda b’diversi pistilli.[19]

Frott multiplu

immodifika
 
F’xi pjanti, bħan-noni, il-fjuri jiġu prodotti regolarment tul iz-zokk u huwa possibbli li wieħed jara flimkien ir-rimi tal-fjuri, l-iżvilupp tal-frott, u l-frott isir.

Frotta multipla tifforma minn raggruppament ta’ fjuri (li jissejjaħ ukoll tiżhir jew tinwir). Kull fjura tipproduċi frotta, iżda l-frott jimmatura f’massa waħda. Xi eżempji huma l-ananas, it-tin, iċ-ċawsli, il-makluri u l-artokarpi.

Fl-istampa tal-lemin, wieħed jista’ jara l-istadji tar-rimi tal-fjuri u tal-iżvilupp tal-frott fin-noni (Morinda citrifolia) fuq l-istess fergħa. L-ewwel tiġi prodotta qisha ras ta’ fjuri bojod permezz tat-tiżhir jew tat-tinwir. Wara l-fertilizzazzjoni, kull fjura tiżviluppa qishom pistilli żgħar. Dawn imbagħad jespandu, isiru ħaġa waħda u jiffurmaw frott multipla bil-laħam imsejħa sinkarpja.[20]

Frott artab

immodifika

Il-frott artab huwa tip ieħor ta’ frott bil-laħam. Fil-fatt huwa frott sempliċi li jinħoloq minn ovarju wieħed.L-ovarju jista’ jkun kompost, b’diversi karpelli. It-tipi ta’ frott artab jinkludu:

  • il-Pepo – il-frott artab b’qoxra iebsa, bħall-kukurbiti
  • il-Hesperidium – il-frott artab b’ġewwieni bil-meraq u b’qoxra bħall-frott taċ-ċitru[21]

Frott aċċessorju

immodifika
 
Il-frotta tal-ananas tinkludi tessut mis-sepali kif ukoll pistilli ta’ ħafna fjuri. Hija frotta aċċessorja kif ukoll frotta multipla.

Il-parti li tittiekel ta’ frotta aċċessorja ma tiġix iġġenerata mill-ovarju, jew tal-inqas mhux kollha tiġi ġġenerata mill-ovarju. Il-frott aċċessorja jista’ jkun sempliċi, aċċessorju jew multiplu, jiġifieri jista’ jkun fih pistill wieħed jew iktar u partijiet oħra mill-istess fjura, jew inkella l-pistilli u partijiet oħra ta’ ħafna fjuri.

Tipi ta’ frott bil-laħam
Frott artab Pepo Hesperidium Frott aggregat Frott multiplu Frott aċċessorju
Banana, Ribes iswed, Tut iżraq, Ċili, Cranberries, Bruġiel, Ribes bix-xewk, Għeneb, Gwava, Kiwi, Lukumi, Rummien, Ribes aħmar, Tadam Ħjar, Kukurbiti, Bettieħ, Qargħa ħamra Tronġa, Lumi, Xkomp, Larinġ Tut tal-għollieq, Boysenberries, Lampun Tin, Makluri, Ċawsli, Ananas Tuffieħ, Ananas, Frott tal-ward selvaġġ, Frott tal-għadma, Frawli

Frott mingħajr żerriegħa

immodifika
 
Platt frott mingħajr żerriegħa

Karatteristika importanti ta’ xi frott kummerċjali hija li ma jkollhomx żerriegħa. Il-kultivars huma varjetà ta’ pjanta magħżula intenzjonalment jew imnissla b’mod selettiv u miżmuma permezz tal-propagazzjoni veġetattiva. Il-kultivars kummerċjali tal-banana u tal-ananas huma eżempji ta’ frott mingħar żerriegħa. Xi kultivars tal-frott taċ-ċitru (speċjalment it-tronġiet, il-mandolin, il-larinġ taż-żokra), tas-satsumi, tal-għeneb tal-mejda, u tad-dulliegħ jiswew iktar minħabba li ma jkollhomx żerriegħa. F’xi speċijiet, il-karatteristika li ma jkollhomx żerriegħa tirriżulta mill-partenokarpju, fejn il-frott jifforma mingħajr fertilizzazzjoni. Il-frott partenokarpiku jista’ jifforma kemm permezz tad-dakkir u kemm mingħajr id-dakkir, għalkemm il-biċċa l-kbira tal-frott taċ-ċitru jeħtieġ stimolu mid-dakkir biex il-frott jiġi prodott.

Il-banana u l-għeneb mingħajr żerriegħa huma triplojdi, u din il-karatteristika tirriżulta mill-abort tal-pjanta embrijonika li tiġi prodotta permezz tal-fertilizzazzjoni. Dan il-fenomenu huwa magħruf bħala stenospermokarpju, li jeħtieġ id-dakkir u l-fertilizzazzjoni normali.[22]

Disseminazzjoni taż-żrieragħ

immodifika
 
Arranġament ta’ frott li s-soltu dak li jkun jaħseb li huwa ħaxix, inkluż it-tadam u diversi tipi ta’ qargħa aħmar

Il-varjazzjonijiet fl-istrutturi tal-frott jiddependu l-iktar fuq il-mod kif issir id-disseminazzjoni taż-żrieragħ. Din id-disseminazzjoni tista’ tinkiseb permezz tal-annimali, permezz tal-ftuħ b’ħelsien splussiv taż-żrieragħ, permezz tal-ilma jew permezz tar-riħ.[23]

Xi frott ikun miksi b’elementi bil-ponta jew qishom ganċijiet, bħala prevenzjoni biex ma jittiklux mill-annimali jew inkella biex jeħlu mar-rix, mal-pil jew ma’ saqajn l-annimali u jużawhom bħala aġenti tad-disseminazzjoni. Xi eżempji jinkludu l-Xanthium u l-Proboscidea.[24][25]

Il-laħam ħelu ta’ ħafna frott qisu magħmul apposta biex jintogħġob mal-annimali, biex iż-żrieragħ ta’ ġo fihom jittieklu u jiġu mxerrda indirettament għax jeħlu magħhom mingħajr ma jindunaw jew inkella jiġu depożitati lil hinn mal-ħmieġ tal-annimali. Bl-istess mod, il-ħbub żejtnin nutrittivi tal-ġewż qishom magħmulin apposta biex jintogħġbu mar-rodituri jew l-annimali gerriema (bħall-iskojjattli), li jrekknuhom fil-ħamrija biex jevitaw li jmutu bil-ġuħ fix-xitwa, u b’hekk dawk iż-żrieragħ li ma jittiklux ikollhom ċans jinbtu u jsiru pjanta ġdida lil hinn mill-pjanta omm.[6]

Frott ieħor ikollu għamla tawwalija u ċċattjata naturali, u għalhekk tant isiru rqaq, li jiġu qishom ġwienaħ jew paletti u jittajru mar-riħ, bħal pereżempju l-ulmu, l-aġġru u t-tulipiferi. Dan huwa mekkaniżmu evoluzzjonarju li jżid id-distanza tad-disseminazzjoni mill-pjanta omm permezz tar-riħ. Frott ieħor li juża dan il-mekkaniżmu jkollu ‘paraxuts’ żgħar, eż. iċ-ċikwejra, l-asklepji, leħjet il-bodbod.

Il-frott tal-ġewż tal-Indì jista’ jibqa’ f’wiċċ l-ilma għal eluf ta’ mili fl-oċean biex ixerred iż-żrieragħ. Xi frott ieħor li jxerred iż-żrieragħ permezz tal-ilma huwa l-palm tal-mangrovji u l-pandani.[26]

Xi frott iwasslu ż-żrieragħ tagħhom ’il bogħod ħafna (sa xi 100 metru, pereżempju l-Euphorbiaceae) permezz ta’ mekkaniżmi b’ħelsien splussiv taż-żrieragħ jew permezz ta’ mekkaniżmi oħra, bħal pereżempju il-faqqus il-ħmir jew l-Impatiens balsamina.

Użi fl-ikel

immodifika

Ħafna mijiet ta’ tipi ta’ frott, inkluż il-frott bil-laħam (bħat-tuffieħ, il-kiwi, il-mango, il-ħawħ, il-lanġas, u d-dulliegħ), jinbigħu kummerċjalment bħala ikel li jittiekel mill-bniedem. Jistgħu jinbigħu friski, bħala ġammijiet, bħala marmellati jew ikel ippreservat ieħor. Il-frott jintuża wkoll fl-ikel immanifatturat (eż. kejkijiet, gallettini, ġelati, muffins, jew jogurts), ix-xorb, bħall-meraq tal-frott (eż. il-meraq tat-tuffieħ, il-meraq tal-għeneb, jew il-meraq tal-larinġ), jew ix-xorb alkoħoliku (eż. il-brandy, il-birra tal-frott jew l-inbid). Il-frott jingħata wkoll bħala rigal, pereżempju fl-għamla ta’ qoffa frott jew fil-ħampers.[27]

Ħafna “ħxejjex” fil-lingwaġġ kulinarju huma frott botaniku, fosthom il-bżar aħmar jew isfar, il-ħjar, il-brunġiel, il-fażola ħadra, l-okra, it-tipi differenti ta’ qargħa aħmar, it-tadam u ż-żukkini.[28] Iż-żebbuġ jingħasar għaż-żejt taż-żebbuġa. Il-ħwawar bħall-pimentos, il-bżar iswed, il-paprika u l-vanilja joriġinaw mill-frott artab.[29]

Wara ħsad kif suppost, il-frott kollu jitlesta għall-ħżin jew għat-trasport, u f’ħafna tipi ta’ frott, l-etilen, l-ormon tal-pjanti, iwassal biex isiru. Għalhekk, il-biċċa l-kbira tal-frott jinżamm f’katina kiesħa effiċjenti, li huwa l-ambjent ottimali għall-ħżin wara l-ħsad, bl-għan li jiġi estiż u żgurat li jdum kemm jista’ jkun qabel isir wisq u jitħassar.[30]

Valur nutrizzjonali

immodifika

Peress li l-konsum eċċessiv taz-zokkor huwa ħażin għas-saħħa u l-frott fih iz-zokkor, spiss wieħed jistaqsi jekk huwiex tassew ikel tajjeb għas-saħħa. Fil-fatt huwa diffiċli li wieħed jieħu ammont eċċessiv ta’ zokkor (eż. fruttożju) mill-frott peress li jkun fih ukoll fibri u ilma, minbarra li għandu reżistenza sinifikanti għall-mgħid. Jekk wieħed jagħti ħarsa ġenerali lejn diversi studji li saru[31], joħroġ ċar li l-frott jimlik ħafna (pereżempju t-tuffieħ jew il-larinġ).[32] Barra minn hekk, il-fibri ta’ ġol-frott iwasslu biex timtela malajr[33] u jgħinu biex tinżel fil-piż[34] u tbaxxi l-livell tal-kolesterol.[35]

Il-frott frisk ġeneralment ikun fih ħafna fibri, vitamina Ċ u ilma.[36]

Il-konsum regolari tal-frott ġeneralment jiġi assoċjat ma’ tnaqqis tar-riskji ta’ mard u tal-problemi funzjonali assoċjati mat-tixjiħ.[37][38] Rieżami attwali tal-metaanaliżijiet saħansitra jasal għall-konklużjoni li l-valutazzjonijiet attwali jaf jissottovalutaw b’mod sinifikanti wkoll il-proprjetajiet protettivi tal-konsum tal-frott u tal-ħxejjex.[39]

Sikurezza tal-ikel

immodifika

Għal raġunijiet ta’ sikurezza tal-ikel, l-awtoritajiet tas-sanità jirrakkomandaw ċerti prekawzjonijiet u standards tal-iġjene għal kull min jaħdem f’ambjenti fejn ikun hemm l-ikel. Dan sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-ikel jew mard. Il-frott frisk għandu jintgħażel bir-reqqa u fil-ħwienet ma għandux ikollu daqqiet. Il-biċċiet maqtugħin felli minn qabel għandhom jitqiegħdu f’ambjent kiesaħ jew fis-silġ.

Il-frott kollu għandu jiġi mlaħlaħ qabel ma jittiekel. Din ir-rakkomandazzjoni tapplika wkoll għall-frott b’qoxra li ma tittikilx. Dan għandu jsir qabel it-tħejjija jew qabel ma jittiekel sabiex ma jitħassarx qabel iż-żmien., as well as from utensils that have come in contact with raw foods. Fruits and vegetables that are not going to be cooked should be thrown away if they have touched raw meat, poultry, seafood, or eggs.

Il-frott għandu jinżamm separat minn ikel nej bħal-laħam, il-laħam tat-tjur u l-frott tal-baħar, kif ukoll mill-pożati li jkunu missew mal-ikel nej. Il-frott li ma jkunx se jissajjar għandu jintrema jekk ikun miss mal-laħam nej, mal-laħam tat-tjur, mal-frott tal-baħar jew mal-bajd.

Il-frott kollu li jiġi maqtugħ, jitqaxxar jew jissajjar għandu jitqiegħed fil-friġġ fi żmien sagħtejn. Wara li jgħaddi ż-żmien, jistgħu jitkattru fuqu l-batterji li jagħmlu l-ħsara u jiżdied ir-riskju ta’ mard mill-ikel.[40]

Allerġiji

immodifika

L-allerġiji għall-frott jirrappreżentaw 10 % tal-allerġiji kollha relatati mal-ikel.[41][42]

Użi mhux fl-ikel

immodifika
 
Il-qargħa ħamra tintuża għal-lanterni ta’ Halloween

Peress li l-frott ilu parti importanti mid-dieta tal-bniedem, diversi kulturi żviluppaw ħafna użi differenti għall-frott li ma jiddependux fuqu għall-ikel. Pereżempju:

  • Il-frott Myricaceae jipprovdi x-xama’ li tintuża biex jiġu prodotti x-xemgħat;[43]
  • Ħafna frott niexef jintuża għad-dekorazzjonijiet jew fl-arranġamenti tal-fjuri nexfin (eż. il-lotus, l-asklepji u l-qamħ). Is-siġar u l-arbuxelli ornamentali spiss jiġu kkultivati għall-frott ikkulurit tagħhom, fosthom l-ileks fost oħrajn.[44]
  • Il-frott tax-xaħxieħa huwa sors tal-loppju, li fih il-kodeina u l-morfina, kif ukoll it-teabaina, is-sustanza kimika inattiva bijoloġikament, li minnha jiġi sintetizzat l-oksikodon.[45]
  • Il-frott tal-makluri jintuża biex inaffar il-wirdien.[46]
  • Ħafna frott jipprovdi koloranti naturali (eż. iċ-ċirasa, iċ-ċawsli, is-sumakki u l-ġewż).[47]
  • Il-kukurbiti mnixxfin jintużaw bħala bejtiet artifiċjali tal-għasafar, tazzi, dekorazzjonijiet, platti, strumenti mużikali u buqari.
  • Il-qargħa ħamra tiġi mnaqqija għad-dekorazzjonijiet ta’ Halloween.
  • Il-frott xewki tal-bardana jew tal-agrimonja ntuża bħala ispirazzjoni tal-Velcro.[48]
  • Il-fibri mill-qxur tal-ġewż tal-Indì jintuża għax-xkupilji, għat-twapet tal-għetiebi, għall-madum tal-art, għall-materjal iżolanti, għas-saqqijiet, għax-xkejjer, u bħala mezz tat-tkabbir għall-pjanti tal-qsari. Il-qoxra tal-frott tal-ġewż tal-Indì tintuża għall-produzzjoni tal-bejtiet artifiċjali, tal-iskutelli, tat-tazzi, tal-istrumenti mużikali, u tat-tifkiriet turistiċi.[49]
  • Il-frott spiss jintuża bħala suġġett fil-pitturi tan-natura mejta.

Dubbien tal-frott

immodifika
 
Infestazzjoni ta’ dubbien tal-frott

Id-dubbien tal-frott huma speċijiet ta’ dubbien li jbidu l-bajd tagħhom fil-laħam tal-frott. Wara li jfaqqas, id-dud jikkonsma l-frott qabel ma jittrasforma fid-dubbien adult. Xi speċijiet ibidu l-bajd fil-frott li jkun sar jew tħassar; madankollu, xi speċijiet jagħżlu frott li jospitahom li ma jkunx għadu sar. Għaldaqstant, dan id-dubbien tal-frott jikkawża ħsara sinifikanti fl-għelejjel tal-frott. Eżempju ta’ speċi tad-dubbien tal-frott hija d-dubbien tal-frott ta’ Queensland (Bactrocera tyroni). Din l-ispeċi tikkawża ħsara fl-għelejjel tal-frott fl-Awstralja li tammonta għal $28.5 miljun kull sena. Ir-riċerkaturi qed jaħdmu qatigħ sabiex dan l-organiżmu qerriedi jinqered mingħajr l-użu ta’ pestiċidi.[50]

Referenzi

immodifika
  1. ^ Lewis, Robert A. (2002). CRC Dictionary of Agricultural Sciences. CRC Press. ISBN 978-0-8493-2327-0.
  2. ^ Schlegel, Rolf H J (2003). Encyclopedic Dictionary of Plant Breeding and Related Subjects. Haworth Press. p. 177. ISBN 978-1-56022-950-6.
  3. ^ a b Mauseth, James D. (2003). Botany: An Introduction to Plant Biology. Jones and Bartlett. pp. 271–72. ISBN 978-0-7637-2134-3.
  4. ^ ""Sporophore mill-Enċiklopedija Britannica"". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  5. ^ McGee, Harold (2004). On Food and Cooking: The Science and Lore of the Kitchen. Simon & Schuster. pp. 247–48. ISBN 978-0-684-80001-1.
  6. ^ a b McGee (2004). On Food and Cooking. p. 367. ISBN 978-0-684-80001-1.
  7. ^ Lewis (2002). CRC Dictionary of Agricultural Sciences. p. 238. ISBN 978-0-8493-2327-0.
  8. ^ ""Glossary of Botanical Terms". FloraBase. Western Australian Herbarium". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  9. ^ Esau, K. 1977. Anatomy of seed plants. John Wiley and Sons, New York.
  10. ^ Mauseth, James D. (2003). Botany: an introduction to plant biology. Boston: Jones and Bartlett Publishers. p. 258. ISBN 978-0-7637-2134-3.
  11. ^ Rost, Thomas L.; Weier, T. Elliot; Weier, Thomas Elliot (1979). Botany: a brief introduction to plant biology. New York: Wiley. pp. 135–37. ISBN 978-0-471-02114-8.
  12. ^ Mauseth (2003). Botany. Chapter 9: Flowers and Reproduction. ISBN 978-0-7637-2134-3.
  13. ^ a b Singh, Gurcharan (2004). Plants Systematics: An Integrated Approach. Science Publishers. p. 83. ISBN 978-1-57808-351-0.
  14. ^ Schlegel (2003). Encyclopedic Dictionary. p. 123. ISBN 978-1-56022-950-6.
  15. ^ Schlegel (2003). Encyclopedic Dictionary. p. 16. ISBN 978-1-56022-950-6.
  16. ^ Evolutionary trends in flowering plants. New York: Columbia University Press. 1991. p. 209. ISBN 978-0-231-07328-8.
  17. ^ Gupta, Prof. P.K. (2007). Genetics Classical To Modern. Rastogi Publication. pp. 2–134. ISBN 978-81-7133-896-2.
  18. ^ McGee (2004). On Food and Cooking. pp. 361–62. ISBN 978-0-684-80001-1.
  19. ^ McGee (2004). On Food and Cooking. pp. 364–65. ISBN 978-0-684-80001-1.
  20. ^ Schlegel (2003). Encyclopedic Dictionary. p. 282. ISBN 978-1-56022-950-6.
  21. ^ Sinha, Nirmal; Sidhu, Jiwan; Barta, Jozsef; Wu, James; Cano, M. Pilar (2012). Handbook of Fruits and Fruit Processing. John Wiley & Sons. ISBN 978-1-118-35263-2.
  22. ^ Spiegel-Roy, P.; E.E. Goldschmidt (1996). The Biology of Citrus. Cambridge University Press. pp. 87–88. ISBN 978-0-521-33321-4.
  23. ^ Capon, Brian (2005). Botany for Gardeners. Timber Press. pp. 198–99. ISBN 978-0-88192-655-2.
  24. ^ Heiser, Charles B. (2003). Weeds in My Garden: Observations on Some Misunderstood Plants. Timber Press. pp. 93–95. ISBN 978-0-88192-562-3.
  25. ^ Heiser (2003). Weeds in My Garden. pp. 162–64. ISBN 978-0-88192-562-3.
  26. ^ Capon, Brian (2005). Botany for Gardeners. Timber Press. pp. 198–99. ISBN 978-0-88192-655-2.
  27. ^ McGee (2004). On Food and Cooking. Chapter 7: A Survey of Common Fruits. ISBN 978-0-684-80001-1.
  28. ^ McGee (2004). On Food and Cooking. Chapter 6: A Survey of Common Vegetables. ISBN 978-0-684-80001-1.
  29. ^ Farrell, Kenneth T. (1999). Spices, Condiments and Seasonings. Springer. pp. 17–19. ISBN 978-0-8342-1337-1.
  30. ^ "Why Cold Chain for Fruits: Kohli, Pawanexh (2008). "Fruits and Vegetables Post-Harvest Care: The Basics"". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-12-04. Miġbur 2021-02-05. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  31. ^ ""Is Fruit Good or Bad for Your Health? The Sweet Truth". Healthline". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  32. ^ Holt, S. H.; Miller, J. C.; Petocz, P.; Farmakalidis, E. (September 1995). "A satiety index of common foods". European Journal of Clinical Nutrition. 49 (9): 675–690. ISSN 0954-3007. PMID 7498104.
  33. ^ Slavin, J.; Green, H. (March 2007). "Dietary fibre and satiety". Nutrition Bulletin. 32 (s1): 32–42. ISSN 1471-9827.
  34. ^ Salas-Salvadó, Jordi; Farrés, Xavier; Luque, Xavier; Narejos, Silvia; Borrell, Manel; Basora, Josep; Anguera, Anna; Torres, Ferran; Bulló, Mònica; Balanza, Rafel; Fiber in Obesity-Study Group (June 2008). "Effect of two doses of a mixture of soluble fibres on body weight and metabolic variables in overweight or obese patients: a randomised trial". The British Journal of Nutrition. 99 (6): 1380–1387.
  35. ^ Brown, L.; Rosner, B.; Willett, W. W.; Sacks, F. M. (January 1999). "Cholesterol-lowering effects of dietary fiber: a meta-analysis". The American Journal of Clinical Nutrition. 69 (1): 30–42. ISSN 0002-9165. PMID 9925120.
  36. ^ Hulme, A.C (editor) (1970). "The Biochemistry of Fruits and their Products". 1. London & New York: Academic Press.
  37. ^ "Lim, Stephen S.; Vos, Theo; Flaxman, Abraham D.; Danaei, Goodarz; Shibuya, Kenji; Adair-Rohani, Heather; Amann, Markus; Anderson, H. Ross; Andrews, Kathryn G. (2012-12-15). "A comparative risk assessment of burden of disease and injury attributable to 67 risk factors and risk factor clusters in 21 regions, 1990-2010: a systematic analysis for the Global Burden of Disease Study 2010". Lancet. 380 (9859): 2224–60. ISSN 1474-547X". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  38. ^ "Wang X, Ouyang Y, Liu J, Zhu M, Zhao G, Bao W, Hu FB (2014). "Fruit and vegetable consumption and mortality from all causes, cardiovascular disease, and cancer: systematic review and dose-response meta-analysis of prospective cohort studies". BMJ. 349 (Jul 29): g4490". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  39. ^ Yip, Cynthia Sau Chun; Chan, Wendy; Fielding, Richard (March 2019). "The Associations of Fruit and Vegetable Intakes with Burden of Diseases: A Systematic Review of Meta-Analyses". Journal of the Academy of Nutrition and Dietetics. 119 (3): 464–481. ISSN 2212-2672.
  40. ^ ""Nutrition for Everyone: Fruits and Vegetables – DNPAO – CDC". fruitsandveggiesmatter.gov. Arkivjat 09-05-2009". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-05-09. Miġbur 2021-02-06. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  41. ^ ""Asthma and Allergy Foundation of America". Aafa.org. Arkivjat 06-10-2012". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-06. Miġbur 2021-02-06. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  42. ^ Roy Mankovitz (2010). The Wellness Project. ISBN 978-0-9801584-4-1.
  43. ^ K, Amber (December 1, 2001). Candlemas: Feast of Flames. Llewellyn Worldwide. p. 155. ISBN 978-0-7387-0079-3.
  44. ^ Adams, Denise Wiles (2004). Restoring American Gardens: An Encyclopedia of Heirloom Ornamental Plants, 1640–1940. Timber Press. ISBN 978-0-88192-619-4.
  45. ^ Booth, Martin (1999). Opium: A History. St. Martin's Press. ISBN 978-0-312-20667-3.
  46. ^ Cothran, James R. (2003). Gardens and Historic Plants of the Antebellum South. University of South Carolina Press. p. 221. ISBN 978-1-57003-501-2.
  47. ^ Adrosko, Rita J. (1971). Natural Dyes and Home Dyeing: A Practical Guide with over 150 Recipes. Courier Dover Publications. ISBN 978-0-486-22688-0.
  48. ^ Wake, Warren (2000). Design Paradigms: A Sourcebook for Creative Visualization. John Wiley and Sons. pp. 162–63. ISBN 978-0-471-29976-9.
  49. ^ ""The Many Uses of the Coconut". The Coconut Museum. Arkivjat 14-09-2006". Arkivjat mill-oriġinal fl-2006-09-06. Miġbur 2021-02-06. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  50. ^ Lloyd, Annice C.; Hamacek, Edward L.; Kopittke, Rosemary A.; Peek, Thelma; Wyatt, Pauline M.; Neale, Christine J.; Eelkema, Marianne; Gu, Hainan (May 2010). "Area-wide management of fruit flies (Diptera: Tephritidae) in the Central Burnett district of Queensland, Australia". Crop Protection. 29 (5): 462–469. ISSN 0261-2194.
  NODES
Association 1
Idea 1
idea 1
Project 1