Nicole Seibert (née Hohloch; twieldet fil-25 ta' Ottubru 1964), magħrufa professjonalment bħala Nicole, hija kantanta Ġermaniża.

Nicole Hohloch
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Nicole Hohloch
Twieled 24 ta' Ottubru 1964 (1964-10-24) (60 sena)
Saarbrücken, Ġermanja
Snin ta' attività 1982–preżent
Sit uffiċjali www.nicole-4-u.de

Nicole irrapreżentat lill-Ġermanja fil-Festival tal-Eurovision 1982 meta rebħet bil-kanzunetta, "Ein bißchen Frieden" ("Xi Ftit tal-Paċi"), b'mużika ta' Ralph Siegel u lirika ta' Bernd Meinunger. Meta reġgħet kantat il-kanzunetta wara t-tmiem tal-votazzjoni, hi esegwixxiet partijiet tal-kanzunetta bl-Ingliż, Franċiż u Olandiż flimkien mal-lingwa oriġinali, il-Ġermaniż.

Il-verżjoni Ingliża ta' din il-kanzunetta "A Little Peace" waslet biex saret il-500 kanzunetta li kklassifikat fl-ewwel post fil-UK Singles Chart tar-Renju Unit.[1] Ġew ippublikati verżjonijiet oħra bil-Franċiż ("La Paix sur Terre"), bl-Olandiż ("Een beetje vrede"), bl-Ispanjol ("Un poco de paz"), bid-Daniż ("En smule fred"), bl-Isloven ("Malo miru") u bil-Pollakk ("Troszeczkę ziemi, troszeczkę słońca").

Referenzi

immodifika
  1. ^ Rice, Jo (1982). Guinness Superlatives Ltd (ed.). The Guinness Book of 500 Number One Hits (bl-Ingliż) (1 ed.). Enfield, Middlesex. p. 224. ISBN 0-85112-250-7.

Ħoloq esterni

immodifika
  NODES
INTERN 1