Nizza

belt Franċiża

Nizza (pronunzjata: [ˈnittsa]; bil-Franċiż: Nice; pronunzja bil-Franċiż: [nis]; bid-djalett ta' Nizza u tal-Liguria: Nissa; bil-Grieg Antik: Νίκαια; bil-Latin: Nicaea) hija l-prefettura tad-dipartiment tal-Alpes-Maritimes fi Franza. L-agglomerazzjoni ta' Nizza hija estiża ferm lil hinn mil-limiti tal-belt amministrattiva, b'popolazzjoni ta' kważi miljun ruħ f'erja ta' 744 km2 (287 mil kwadru).[1][2] Nizza tinsab fir-Rivjera Franċiża, il-kosta tax-Xlokk ta' Franza mal-Baħar Mediterran, taħt l-Alpi Franċiżi. Nizza hija t-tieni l-ikbar belt fi Franza mal-kosta Mediterranja u t-tieni l-ikbar belt fir-reġjun ta' Provence-Alpes-Côte d'Azur wara Marsilja. Nizza hija madwar 13-il kilometru (tmien mili) mill-Prinċipat ta' Monaco u 30 kilometru (19-il mil) mill-fruntiera bejn Franza u l-Italja. L-ajruport ta' Nizza jservi bħala punt ta' kollegament għar-reġjun kollu.

Nizza
 Franza
Amministrazzjoni
Stat sovranFranza
Administrative territorial entity of FranceFranza Metropolitana
Region of FranceProvence-Alpes-Côte d'Azur
Dipartimenti ta' FranzaAlpes-Maritimes
Kap tal-Gvern Christian Estrosi (mul) Translate
Isem uffiċjali Nice
Ismijiet oriġinali Nice
Niça
Kodiċi postali 06000, 06200, 06100u 06300
Ġeografija
Koordinati 43°42′07″N 7°16′06″E / 43.7019°N 7.2683°E / 43.7019; 7.2683Koordinati: 43°42′07″N 7°16′06″E / 43.7019°N 7.2683°E / 43.7019; 7.2683
Nizza is located in France
Nizza
Nizza
Nizza (France)
u
Superfiċjenti 71.92 kilometru kwadru
Għoli 0 m, 520 mu 15 m
Fruntieri ma' Aspremont (en) Translate, Cantaron (en) Translate, Colomars (en) Translate, Èze (en) Translate, Falicon (en) Translate, Gattières (en) Translate, La Gaude (en) Translate, Saint-André-de-la-Roche (en) Translate, Saint-Jeannet (en) Translate, Saint-Laurent-du-Var (en) Translate, Tourrette-Levens (en) Translate, La Trinité (en) Translateu Villefranche-sur-Mer (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 348,085 abitanti (1 Jannar 2021)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 493
Żona tal-Ħin Ħin tal-Ewropa Ċentrali, UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Sorrento, Cartagena de Indias, Libreville, Saint-Denis, Netanya, Nuremberg, Papeete, Venezja, Manila, Gdańsk, Hangzhou, Cape Town, Cuneo, Rio de Janeiro, Nouméa, Alicante, Santa Cruz de Tenerife, Thessaloniki, Edinburgu, Yalta, La Maddalena, Szeged, Kamakura, Yerevan, San Pietruburgu, Brisbaneu Noci
nice.fr

Il-belt hija mlaqqma Nice la Belle (Nissa La Bella bin-Niçard), li tfisser "Nizza s-Sabiħa" u li huwa wkoll it-titlu tal-innu mhux uffiċjali ta' Nizza, miktub minn Menica Rondelly fl-1912. Iż-żona ta' Nizza moderna tinkludi is-sit ta' Terra Amata, li huwa sit arkeoloġiku li juri evidenza tal-użu bikri ħafna tan-nar 380,000 sena ilu. Għall-ħabta tat-350 Q.K., il-Griegi ta' Marsilja stabbilew insedjament permanenti u sejħulu Νίκαια, Nikaia, f'ġieħ Nike, l-alla femminili tar-rebħa.[3] Matul is-snin, ir-riedni tal-belt għaddew minn id għall-oħra bosta drabi. Il-pożizzjoni strateġika u l-port tagħha kkontribwew għall-qawwa marittima tagħha. Mill-1388 kienet dominju tal-familja Savoia, imbagħad saret parti mill-Ewwel Repubblika Franċiża bejn l-1792 u l-1815, meta reġgħet lura fir-Renju ta' Piemonte-Sardenja, il-predeċessur ġuridiku tar-Renju tal-Italja, sal-annessjoni mill-ġdid minn Franza fl-1860.

L-ambjent naturali taż-żona ta' Nizza u l-klima Mediterranja miti tagħha attiraw l-attenzjoni tal-Ingliżi tal-klassijiet għoljin fit-tieni nofs tas-seklu 18, meta għadd dejjem ikbar ta' familji aristokratiċi bdew iqattgħu x-xtiewi tagħhom hemmhekk. Fl-1931, wara r-rinnovazzjoni tal-mogħdija prinċipali tal-belt mal-baħar, il-Promenade des Anglais ("Mogħdija tal-Ingliżi"), ġiet inawgurata mill-Prinċep Arthur, id-Duka ta' Connaught; l-isem ingħata minħabba l-viżitaturi li kienu jżuru l-lokalità.[4] Fosthom kien hemm ir-Reġina Vitorja flimkien ma' binha Dwardu VII li qattgħu x-xtiewi hemmhekk, kif ukoll Henry Cavendish, li twieled f'Nizza, li skopra l-idroġenu.

L-arja nadifa u d-dawl bati attiraw b'mod partikolari lill-pitturi notevoli, fosthom Marc Chagall, Henri Matisse, Niki de Saint Phalle u Arman. Ix-xogħol tagħhom jitfakkar f'bosta mużewijiet tal-belt, inkluż il-Musée Marc Chagall, il-Musée Matisse u l-Musée des Beaux-Arts.[5] Il-kittieba internazzjonali wkoll ġew attirati u ispirati mill-belt. Frank Harris kiteb diversi kotba, inkluż l-awtobijografija tiegħu My Life and Loves (Ħajti u n-Namriet Tiegħi) f'Nizza. Friedrich Nietzsche qatta' sitt xtiewi konsekuttivi f'Nizza, u kiteb Thus Spoke Zarathustra (Imbagħad Tkellmet Zarathustra) hawnhekk. Barra minn hekk, il-kittieb Russu Anton Chekhov temm id-dramm tiegħu Three Sisters (Tliet Aħwa Nisa) meta kien jgħix f'Nizza.

Nizza kienet tappella wkoll għar-Russi tal-klassijiet għoljin. Il-Prinċep Nicholas Alexandrovich, l-eredi apparenti għar-Russja Imperjali, miet f'Nizza u kien patrun taċ-Ċimiterju Ortodoss Russu f'Nizza, fejn indifnet il-Prinċipessa Catherine Dolgorukova, il-mara tal-Ksar Alessandru II tar-Russja. Midfuna hemmhekk ukoll hemm il-Ġeneral Dmitry Shcherbachev u l-Ġeneral Nikolai Yudenich, il-mexxejja tal-Moviment Abjad kontra l-Komuniżmu.

Fost dawk li ndifnu fiċ-Cimetière du Château nsibu l-ġojjellier famuż Alfred Van Cleef, Emil Jellinek-Mercedes, il-fundatur tal-kumpanija tal-karozzi Mercedes, ir-reġista tal-films Louis Feuillade, il-poeta Agathe-Sophie Sasserno, iż-żeffiena Carolina Otero, il-ħallieq tal-comics Asterix René Goscinny, l-awtur ta' The Phantom of the Opera Gaston Leroux, il-Prim Ministru Franċiż Léon Gambetta, u l-ewwel President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja José Gustavo Guerrero.

Minħabba l-importanza storika tagħha bħala belt turistika fix-xitwa għall-aristokrazija Ewropea u t-taħlita ta' kulturi fil-belt li rriżultat minnha, fl-2021 il-belt ġiet iddikjarata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[6][7] Il-belt għandha t-tieni l-ikbar ammont ta' postijiet fil-lukandi fil-pajjiż[8], u hija t-tieni l-iżjed metropoli li jżuruha nies fi Franza Metropolitana, bi kważi erba' miljun turista kull sena.[9] Hija wkoll it-tielet ajruport bl-iżjed traffiku fi Franza, wara ż-żewġ ajruporti prinċipali ta' Pariġi.[10] Nizza hija l-belt kapitali storika tal-Kontea ta' Nizza (bil-Franċiż: Comté de Nice, bin-Niçard: Countèa de Nissa).[11]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika
 
Il-port ta' Nizza.

Nizza, il-Belt Turistika tax-Xitwa tar-Rivjera Franċiża, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[7]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ".[7]

 
Immaġni satellitari ta' Nizza.

Nizza tikkonsisti minn żewġ bajjiet kbar. Villefranche-sur-Mer tinsab f'bajja mkennija, filwaqt li l-parti prinċipali tal-belt tinsab bejn il-belt portwali antika u l-Ajruport ta' Côte d'Azur, tul bajja b'daqsxejn ta' kurvatura. Il-belt tibda wara l-bajja ċatta u tibqa' sejra fl-għoljiet dejjem jogħlew; il-belt hija kkonfinata mill-muntanji tal-madwar li jirrappreżentaw l-estensjoni fin-Nofsinhar u kważi fil-Punent tal-katina muntanjuża tal-Alpi tal-Liguria.

Il-veġetazzjoni naturali ta' Nizza hija tipika tal-pajsaġġ Mediterranju, b'rappreżentazzjoni qawwija ta' arbuxxelli bil-weraq wesgħin li qatt ma joħorfu. Is-siġar għandhom it-tendenza li jkunu sparpaljati iżda jiffurmaw foresti densi f'xi nħawi. Fost l-ispeċijiet nattivi ta' siġar kbar hemm siġar li qatt ma joħorfu bħall-ballut, iż-żnuber u l-arbutus. Bosta speċijiet introdotti jikbru fil-parks u fil-ġonna tal-belt. Il-palm, l-ewkaliptu u ċ-ċitru huma fost is-siġar li jagħtu bixra subtropikali lil Nizza. Iżda hemm ukoll speċijiet familjari għaż-żoni miti ta' madwar id-dinja; pereżempju l-qastan, it-tilju u saħansitra l-abit.

Nizza għandha klima Mediterranja bi sjuf sħan (Köppen: Csa), u tgawdi xtiewi miti b'xita moderata. Għandha waħda mill-iżjed klimi Mediterranji sħan għal-latitudni tagħha. Is-sjuf ikunu sħan jew sħan ħafna, nexfin, u xemxin. Ix-xita qajla tinżel f'dan l-istaġun, u xahar tipiku ta' Lulju jkollu minn jum sa jumejn biss bi ftit xita. It-temperatura tipikament tkun iktar minn 26 °C (79 °F) iżda qajla titla' iktar minn 32 °C (90 °F). Id-data klimatika tiġi rreġistrata mill-ajruport, li jinsab ftit metri 'l bogħod mill-baħar. Għaldaqstant, it-temperaturi tas-sajf ikunu iktar għoljin fil-belt. It-temperatura massima medja fl-iżjed xhur sħan ta' Lulju u Awwissu tkun madwar 27 °C (81 °F). L-ogħla temperatura rreġistrata kienet 37.7 °C (99.9 °F) fl-1 ta' Awwissu 2006. Ġeneralment il-ħarifa tibda bnazzi f'Settembru u ssir iktar bis-sħab u bix-xita lejn Ottubru, filwaqt li t-temperaturi normalment jibqgħu iktar minn 20 °C (68 °F) sa Novembru meta t-temperatura tibda tibred għal madwar 17 °C (63 °F).

Ix-xtiewi huma kkaratterizzati minn jiem miti (11 sa 17 °C (52 sa 63 °F)), iljieli bierda (4 sa 9 °C (39 sa 48 °F)), u temp varjabbli. Binhar ikun bnazzi u niexef jew umduż u bix-xita. It-temperatura minima medja f'Jannar tkun madwar 5 °C (41 °F). Qajla jkun hemm il-ġlata u l-borra. L-iżjed darba reċenti meta niżlet il-borra f'Nizza kienet is-26 ta' Frar 2018. Nizza esperjenzat ftit borra wkoll fl-2005, fl-2009 u fl-2010. Ir-rebbiegħa tibda bierda u bix-xita lejn l-aħħar ta' Marzu, u Nizza ssir kulma jmur iktar sħuna u xemxija lejn Ġunju.

Data klimatika għal Nizza (l-Ajruport ta' Nizza Côte d'Azur), elevazzjoni: 4 m jew 13 ft, temp. normali fl-1991–2020, temp. estremi fl-1942–preżent
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 22.5

(72.5)

25.8

(78.4)

26.1

(79.0)

26.1

(79.0)

31.4

(88.5)

36.8

(98.2)

37.0

(98.6)

37.7

(99.9)

33.9

(93.0)

29.9

(85.8)

25.4

(77.7)

22.0

(71.6)

37.7

(99.9)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 13.3

(55.9)

13.5

(56.3)

15.4

(59.7)

17.4

(63.3)

21.0

(69.8)

24.7

(76.5)

27.5

(81.5)

27.9

(82.2)

24.8

(76.6)

21.0

(69.8)

17.0

(62.6)

14.1

(57.4)

19.8

(67.6)

Temp. medja kuljum f'°C (°F) 9.5

(49.1)

9.8

(49.6)

11.8

(53.2)

14.1

(57.4)

17.7

(63.9)

21.4

(70.5)

24.1

(75.4)

24.5

(76.1)

21.2

(70.2)

17.5

(63.5)

13.3

(55.9)

10.3

(50.5)

16.3

(61.3)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 5.8

(42.4)

6.1

(43.0)

8.3

(46.9)

10.8

(51.4)

14.5

(58.1)

18.1

(64.6)

20.8

(69.4)

21.1

(70.0)

17.7

(63.9)

14.0

(57.2)

9.7

(49.5)

6.6

(43.9)

12.8

(55.0)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −7.2

(19.0)

−5.8

(21.6)

−5.0

(23.0)

2.9

(37.2)

3.7

(38.7)

8.1

(46.6)

11.7

(53.1)

11.4

(52.5)

7.6

(45.7)

4.2

(39.6)

0.1

(32.2)

−2.7

(27.1)

−7.2

(19.0)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 73.5

(2.89)

53.6

(2.11)

51.0

(2.01)

68.8

(2.71)

40.3

(1.59)

35.7

(1.41)

13.6

(0.54)

17.2

(0.68)

81.0

(3.19)

127.9

(5.04)

138.4

(5.45)

90.3

(3.56)

791.3

(31.15)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 5.8 5.1 4.9 6.4 5.1 3.8 1.8 2.3 4.9 7.5 8.5 6.0 62.1
Medja ta' jiem bil-borra 0.3 0.7 0.0 0.0 0.0 0.0 0.0 0.0 0.0 0.0 0.0 0.2 1.1
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 156.7 166.1 218.0 229.2 270.9 309.8 349.3 323.2 249.8 191.1 151.5 145.2 2,760.5
Indiċi ultravjola medju 1 2 4 5 7 8 8 7 5 3 2 1 4
Sors 1: Météo-France[12]
Sors 2: Weather Atlas[13]
Data klimatika għal Nizza (l-Ajruport ta' Nizza Côte d'Azur), elevazzjoni: 4 m jew 13 ft, temp. normali u estremi fl-1961-1990
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 19.6

(67.3)

25.8

(78.4)

23.8

(74.8)

25.2

(77.4)

30.3

(86.5)

31.1

(88.0)

35.7

(96.3)

34.4

(93.9)

33.9

(93.0)

29.9

(85.8)

23.8

(74.8)

21.3

(70.3)

35.7

(96.3)

Temp. massima medja f'°C (°F) 14.7

(58.5)

17.6

(63.7)

16.5

(61.7)

18.1

(64.6)

21.8

(71.2)

25.1

(77.2)

28.7

(83.7)

28.4

(83.1)

26.4

(79.5)

22.7

(72.9)

17.7

(63.9)

14.7

(58.5)

28.7

(83.7)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 12.6

(54.7)

13.1

(55.6)

14.7

(58.5)

16.6

(61.9)

19.7

(67.5)

23.1

(73.6)

26.5

(79.7)

26.8

(80.2)

24.3

(75.7)

21.0

(69.8)

16.4

(61.5)

13.6

(56.5)

19.0

(66.3)

Temp. medja kuljum f'°C (°F) 8.7

(47.7)

9.4

(48.9)

11.0

(51.8)

13.1

(55.6)

16.4

(61.5)

19.8

(67.6)

22.9

(73.2)

23.1

(73.6)

20.5

(68.9)

17.0

(62.6)

12.5

(54.5)

9.7

(49.5)

15.3

(59.6)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 4.8

(40.6)

5.8

(42.4)

7.3

(45.1)

9.7

(49.5)

13.0

(55.4)

16.3

(61.3)

19.3

(66.7)

19.4

(66.9)

16.9

(62.4)

13.3

(55.9)

8.4

(47.1)

5.7

(42.3)

11.7

(53.0)

Temp. minima medja f'°C (°F) 2.1

(35.8)

2.5

(36.5)

4.1

(39.4)

8.1

(46.6)

11.0

(51.8)

14.8

(58.6)

17.3

(63.1)

17.0

(62.6)

13.8

(56.8)

8.4

(47.1)

6.9

(44.4)

3.2

(37.8)

2.1

(35.8)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −7.2

(19.0)

−5.8

(21.6)

−5.0

(23.0)

2.9

(37.2)

6.6

(43.9)

8.1

(46.6)

10.0

(50.0)

13.0

(55.4)

7.6

(45.7)

4.5

(40.1)

0.6

(33.1)

−2.7

(27.1)

−7.2

(19.0)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 61.3

(2.41)

50.8

(2.00)

66.2

(2.61)

57.0

(2.24)

37.4

(1.47)

30.8

(1.21)

6.5

(0.26)

24.5

(0.96)

29.5

(1.16)

78.9

(3.11)

91.5

(3.60)

67.1

(2.64)

601.5

(23.67)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 6.8 6.4 6.1 6.3 5.2 4.1 1.9 3.1 4.0 5.8 7.0 6.0 62.7
Medja ta' jiem bil-borra 0.7 0.2 0.1 0.0 0.0 0.0 0.0 0.0 0.0 0.0 0.1 0.3 1.4
Umdità relattiva medja (%) 67 68 69 72 75 75 73 72 74 73 71 67 71.3
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 150.3 151.9 202.3 226.9 269.8 295.7 340.4 306.8 238.7 205.0 155.5 150.9 2,694.2
Perċentwal ta' possibbiltà ta' temp xemxi 53 52 55 57 60 65 74 72 64 61 55 55 60
Sors 1: NOAA[14]
Sors 2: Infoclimat.fr (umdità)[15]
Data klimatika għal Nizza
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. medja tal-baħar f'°C (°F) 13.4

(56.1)

13.0

(55.4)

13.4

(56.1)

14.6

(58.3)

18.0

(64.4)

21.8

(71.2)

23.1

(73.6)

23.6

(74.5)

22.2

(72.0)

19.6

(67.3)

17.4

(63.3)

14.9

(58.8)

17.9

(64.3)

Medja ta' sigħat ta' xemx kuljum 9.0 11.0 12.0 13.0 15.0 15.0 15.0 14.0 12.0 11.0 10.0 9.0 12.2
Sors: Weather Atlas[13]

Demografija

immodifika
Popolazzjoni storika
Sena Pop. ±% p.a.
1793 24,117 —    
1800 18,475 −3.74%
1806 19,783 +1.15%
1822 25,231 +1.53%
1838 33,811 +1.85%
1848 39,000 +1.44%
1858 44,091 +1.23%
1861 48,273 +3.07%
1866 50,180 +0.78%
1872 52,377 +0.72%
1876 53,397 +0.48%
1881 66,279 +4.42%
1886 77,478 +3.17%
1891 88,273 +2.64%
1896 93,760 +1.21%
1901 105,109 +2.31%
1906 134,232 +5.01%
Sena Pop. ±% p.a.
1911 142,940 +1.27%
1921 155,839 +0.87%
1926 184,441 +3.43%
1931 219,549 +3.55%
1936 241,916 +1.96%
1946 211,165 −1.35%
1954 244,360 +1.84%
1962 292,958 +2.29%
1968 322,442 +1.61%
1975 344,481 +0.95%
1982 337,085 −0.31%
1990 342,439 +0.20%
1999 343,123 +0.02%
2007 348,721 +0.20%
2012 343,629 −0.29%
2017 340,017 −0.21%
Sors: EHESS[16] u INSEE[17]

Mill-2018, iż-żona urbana (unité urbaine) ta' Nizza, definita mill-INSEE, tospita 944,321 abitant (is-seba' l-iżjed popolata fi Franza) u ż-żona metropolitana tagħha (aire urbaine) tospita total ta' 609,695 abitant (it-13-il post bħala daqs fi Franza). Parti miż-żona urbana ta' Nizza tagħmel parti miż-żona metropolitana ta' Cannes-Antibes.

Mis-snin 70 tas-seklu 20, l-għadd ta' abitanti ma tantx inbidel b'mod sinifikanti; il-migrazzjoni relattivament għolja lejn Nizza hija bbilanċjata minn tkabbir negattiv naturali tal-popolazzjoni.

  • L-Università ta' Côte d'Azur;
  • Institut Eurécom;
  • École des hautes études commerciales du nord;
  • École pour l'informatique et les nouvelles technologies;
  • Villa Arson;
  • L-iskola tal-films ta' ESRA;
  • Institut supérieur européen de formation par l'action;
  • L-Iskola tan-Negozju ta' IPAG;
  • Supinfo;
  • L-Iskola tan-Negozju ta' Skema.
  • Il-klabb tal-futbol ewlieni tal-belt huwa OGC Nice. Jilagħbu fil-Ligue 1 (l-ogħla diviżjoni fi Franza).
  • Il-klabb tal-għawm Olimpiku ta' Nizza (bil-Franċiż: Olympic Nice Natation) huwa notevoli wkoll; Camille Muffat u Yannick Agnel tħarrġu hemmhekk.[18]
  • Nizza tospita t-tmiem tat-tellieqa annwali taċ-ċikliżmu minn Pariġi sa Nizza.
  • Il-klabb tal-Hockey Élite ta' Nizza jilgħab fil-Ligue Magnus, l-ogħla diviżjoni tal-irġiel tal-hockey Franċiż fuq is-silġ.
  • Stade Niçois huwa klabb tar-rugby li jilgħab fil-Fédérale 1.

Relazzjonijiet internazzjonali

immodifika

Nizza hija ġemellata ma':[19]

Nies notevoli

immodifika
  • Nicholas Alexandrovich – tsesarevich, l-eredi apparenti tar-Russja Imperjali miet f'Nizza u kien il-patrun taċ-Ċimiterju Ortodoss Russu ta' Nizza;
  • Louis Aragon – poeta u rumanzier, u martu, il-kittieba mwielda Russa Elsa Triolet, għexu b'mod klandestin f'Nizza matul it-Tieni Gwerra Dinjija;
  • The Avener (twieled fl-1987) – artist mużikali u DJ, imwield f'Nizza;
  • Jean Behra (1921–1959) – sewwieq fit-tlielaq tal-karozzi, imwieled f'Nizza;
  • Elliot Benchetrit (twieled fl-1998) – plejer tat-tennis;
  • Freda Betti (1924–1979) – kantanta tal-opri;
  • Henri Betti (1917–2005) – kompożitur u pjanist;
  • Priscilla Betti (twieldet fl-1989) – kantanta u attriċi;
  • Jules Bianchi (1989–2015) – sewwieq tal-Formula 1;
  • Surya Bonaly (twieldet fl-1973) – figure skater;
  • Alexy Bosetti (twieled fl-1993) – plejer tal-futbol;
  • Loïc Bruni (twieled fl-1994) – downhill mountain biker professjonista;
  • Albert Calmette (1863–1933) – tabib, batterjologu u immunologu;
  • René Cassin – ġurista, professur tad-dritt u mħallef, eks student tal-Lycée Massena ta' Nizza, ingħata l-Premju Nobel għall-Paċi fl-1968;
  • Henry Cavendish – xjenzat Brittaniku magħruf għall-iskoperta tal-idroġenu;
  • Éric Ciotti (twieled fl-1965) – politiku mwieled f'Nizza;
  • Alfred Van Cleef – ġojjellier midfun f'Nizza fiċ-Cimetière du Château;
  • Alizé Cornet (twieldet fl-1990) – plejer tat-tennis;
  • Marc Duret (twieled fl-1957) – attur u reġista Franċiż-Amerikan, protagonista f'The Big Blue, La Femme Nikita, La haine, Borgia, Outlander, imwieled f'Nizza;
  • Christian Estrosi (twieled fl-1955) – imwieled f'Nizza, sindku mill-2008 sal-2016 u mill-ġdid mill-2017;
  • Jacqueline Eymar (1922–2008) – pjanista tal-mużika klassika;
  • Feder (twieled fl-1987) – artist mużikali u DJ, imwieled f'Nizza;
  • Léon Gambetta (1838–1881) – politiku, midfun f'Nizza;
  • Giuseppe Garibaldi (1807–1882) – ġeneral, politiku u patrijott Taljan, missier fundatur tal-Italja, imwieled f'Nizza;
  • René Goscinny – ħallieq ta' Asterix, midfun f'Nizza;
  • James C Harris – konslu Brittaniku tas-seklu 19 f'Nizza; pitter bosta xeni fil-belt u fil-madwar;
  • José Gustavo Guerrero – l-ewwel President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, midfun f'Nizza fiċ-Cimetière du Château;
  • Dominic Howard – mużiċist li jdoqq it-tnabar għal Muse, li attwalment jgħix f'Nizza;
  • Cyprien Iov (twieled fl-1989) – magħruf sempliċement bħala Cyprien, kummidjant u attur fuq kanal kbir tal-YouTube, imwieled f'Nizza;
  • Dominique Jean-Zéphirin (twieled fl-1982) – plejer tal-futbol;
  • Emil Jellinek-Mercedes – Konslu Ġenerali għall-Awstrija-Ungerija, u fundatur tal-kumpanija tal-karozzi Mercedes, midfun f'Nizza fiċ-Cimetière du Château;
  • Elton John – kantant, kien sid ta' dar f'Mont Boron fuq l-għoljiet ta' Nizza;
  • David Kadouch (twieled fl-1985), pjanist u mużiċist tal-kamra;
  • Alexis Kossenko (twieled fl-1977) – flawtist u surmast tal-mużika klassika;
  • Georges Lautner (1926–2013) – reġista mwieled f'Nizza, midfun fiċ-Cimetière du Château;
  • J. M. G. Le Clézio – awtur u professur, ingħata l-Premju Nobel għal-Letteratura fl-2008;
  • Hugo Lloris (twieled fl-1986) – plejer tal-futbol internazzjonali Franċiż, imwieled f'Nizza;
  • Heinrich Mann – rumanzier Ġermaniż (u ħu Thomas Mann) għex f'Nizza;
  • André Masséna (1758–1817) – l-Ewwel Duka ta' Rivoli u l-Ewwel Prinċep ta' Essling, wieħed mit-18-il Marexxall oriġinali tal-Imperu, kmandant militari Franċiż matul il-Gwerer tar-Rivoluzzjoni u ta' Napuljun, imlaqqam l'Enfant chéri de la Victoire ("il-Wild Għażiż tar-Rebħa");
  • Jean-Pierre Mocky (1929–2019) – reġista, attur, xeneġġjatur u produttur tal-films;
  • Amedeo Modigliani – għex għal ftit xhur f'Nizza mal-imsieħba tiegħu Jeanne Hébuterne li welldet lil binthom Giovanna Modigliani fl-1918;
  • Moħammed VI, ir-Re tal-Marokk, kiseb id-Dottorat tiegħu fl-Università Sophia Antipolis ta' Nizza;
  • Jacques Ochs (1883–1971) – artist u ċampjin Olimpiku tal-fencing;
  • Clairemarie Osta (twieldet fl-1970) – żeffiena taż-żfin klassiku, étoile fil-Paris Opera Ballet;
  • Pino Presti – bassista, arranġatur, kompożitur, surmast u produttur tad-diski Taljan, għex f'Nizza mill-2004;[27]
  • Fabio Quartararo (twieled fl-1999) – ċampjin dinji Franċiż tal-MotoGP;
  • Auguste Renoir – kellu l-istudjo tiegħu f'Nizza mill-1911 sal-1919 fil-kantuniera ta' Rue Alfred Mortier u l-Quai St Jean Baptiste fejn issa hemm plakka kommemorattiva;
  • Dick Rivers – imwieled Hervé Forneri, kantant rock, imwieled f'Nizza fl-1945;
  • Ken Samaras (twieled fl-1990) – magħruf bħala Nekfeu, rapper Franċiż, imwieled fis-subborgi ta' Nizza;
  • Robert W. Service – poeta u kittieb tal-Klondike Gold Rush, għex f'Nizza matul is-sajf mill-1916 sal-1940;[28]
  • Joann Sfar – artist tal-comics, ħallieq tal-comics u reġista tal-films;
  • Michel Siffre (twieled fl-1939) – riċerkatur tal-avventuri u xjenzat;
  • Gilles Simon (twieled fl-1984) – plejer tat-tennis;
  • Michael Sinterniklaas (twieled fl-1972) – doppjatur Amerikan;
  • Aimé Teisseire (1914–2008) – uffiċjal tal-Armata Franċiża, għex f'Nizza wara li rtira mill-militar sa mewtu meta kellu 93 sena;[29]
  • Simone Veil (1927–2017) – avukat u politiku li ġiet inkarigata bħala l-Ministru għas-Saħħa, laħqet President tal-Parlament Ewropew u membru tal-Kunsill Kostituzzjonali ta' Franza; baqgħet ħajja wara li kienet fil-kamp ta' konċentrament ta' Auschwitz-Birkenau, imwieled f'Nizza;
  • Reġina Vitorja – Reġina tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda, Imperatriċi tal-Indja, qattgħet bosta xtiewi f'Nizza;
  • Valérie Zenatti (twieldet fl-1970) – kittieba;
  • Nguyễn Văn Xuân (1892–1989), ġeneral tal-Armata Franċiża u politiku tal-Vjetnam, għex fi Franza lejn l-aħħar ta' ħajtu sa mewtu f'Nizza meta kellu 96 sena.

Ċittadini onorarji

immodifika

Karlu III, dak iż-żmien il-Prinċep ta' Wales, ingħata ċ-ċittadinanza onorarja ta' Nizza fit-8 ta' Mejju 2018.[30]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Comparateur de territoires − Aire d'attraction des villes 2020 de Nice (017) | Insee". www.insee.fr. Miġbur 2023-05-21.
  2. ^ "Demografija ta' Nizza" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-02-07. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Ruggiero, Alain, ed. (2006). Nouvelle histoire de Nice. Toulouse: Privat. pp. 17–18. ISBN 978-2-7089-8335-9.
  4. ^ Alain Ruggiero, op. cit., p. 137.
  5. ^ "Nice, France travel. Comprehensive guide to Nice". web.archive.org. 2011-04-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-04-17. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ https://www.facebook.com/FRANCE24.English (2021-07-27). "Southern French city of Nice earns UNESCO world heritage status". France 24 (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-21.
  7. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Nice, Winter Resort Town of the Riviera". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-21.
  8. ^ "Communauté d'Agglomération Nice Côte d'Azur - Entreprendre". web.archive.org. 2009-02-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-24. Miġbur 2023-05-21.
  9. ^ "Nice.Tourisme - Les chiffres cles du tourisme". web.archive.org. 2007-12-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-12-17. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ "Ajruporti" (PDF). web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2012-02-29.
  11. ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Nice". Encyclopædia Britannica. Vol. 19 (11th ed.). Cambridge University Press. pp. 646–647.
  12. ^ "Meteo France" (PDF). web.archive.org. 2018-03-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-03-06. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ a b "Nice, France - Detailed climate information and monthly weather forecast | Weather Atlas". web.archive.org. 2020-02-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-02-12. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  14. ^ "NOAA". web.archive.org. 2019-07-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-07-22. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  15. ^ "Normales et records des stations météo de France - Infoclimat". web.archive.org. 2016-03-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-15. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  16. ^ "Nice - Notice Communale". cassini.ehess.fr. Miġbur 2023-05-21.
  17. ^ "Évolution et structure de la population en 2017 − Commune de Nice (06088) | Insee". web.archive.org. 2021-03-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-03-10. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  18. ^ "Olympic Nice Natation". web.archive.org. 2014-08-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-08-12. Miġbur 2023-05-21.
  19. ^ "Villes jumelées avec la Ville de Nice / La municipalité / Collectivités / Accueil - Site de la ville de Nice". web.archive.org. 2012-10-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-29. Miġbur 2023-05-21.
  20. ^ "Astana and Nice established twin relations — Astana.gov.kz". web.archive.org. 2014-10-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-12-24. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  21. ^ "Twin and Partner Cities - European, International and Parliamentary Relations - City of Edinburgh Council". web.archive.org. 2012-06-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-14. Miġbur 2023-05-21.
  22. ^ "Twin towns - Complete France". web.archive.org. 2013-07-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-07-05. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  23. ^ "Città di Locarno / Gemellaggi". web.archive.org. 2018-01-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-01-10. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  24. ^ "Twin Cities". web.archive.org. 2013-02-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-02-01. Miġbur 2023-05-21.
  25. ^ "Thessaloniki Twinnings" (PDF). web.archive.org. 2019-08-05. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2019-08-05. Miġbur 2023-05-21.
  26. ^ "yerevan.am | Official website | Partner cities". web.archive.org. 2019-10-31. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-10-31. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  27. ^ "Le Dernier souffle d'Ivan Jullien | Le Jazzophone". web.archive.org. 2021-05-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-05-29. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  28. ^ "Robert W. Service (1874-1958) Poet & Adventurer: Biographie". web.archive.org. 2016-01-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-01-02. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  29. ^ "Aimé Teisseire, 1038 compagnons, Compagnons - Musée de l'Ordre de la Libération". web.archive.org. 2016-01-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-01-26. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  30. ^ "Prince Charles made honorary Niçois". web.archive.org. 2018-09-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-09-20. Miġbur 2023-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  NODES
admin 1
INTERN 8
Note 4
todo 2