Opossum irqiq ta' Bishop

L-Opossum irqiq ta' Bishop, magħruf xjentifikament bħala Marmosops bishopi, huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae, fl-ordni Didelphimorphia u huwa wieħed mill-opossumi irqaq, nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel. Marmosops parvidens bishopi huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal dan l-ispeċi.

Opossum irqiq ta' Bishop
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill, 1872)
Familja: Didelphidae
(Gray, 1821)
Sottofamilja: Didelphinae
(Gray, 1821)
Ġeneru: Marmosops
(Matschie, 1916)
Speċi: M. bishopi
Isem binominali
Marmosops bishopi
(Pine, 1981)
Firxa tal-opossum irqiq ta' Bishop

Dan l-opossum irqiq arborju ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti tax-xita kemm tal-artijiet baxxi kif ukoll tal-muntanji. Minħabba li huwa annimal omnivoru, id-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott u insetti.

Distribuzzjoni

immodifika

Marmosops bishopi instab l-ewwel darba madwar 264 kilometri fit-Tramuntana ta' Xavantina (12º51'S, 51º46'W), f'Serra do Roncador, fl-istat ta' Mato Grosso, il-Brażil. Dan l-opossum irqiq għandu distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u huwa speċi mifruxa mal-foresti tal-muntanji fil-Bolivja u l-Brażil.

Klassifikazzjoni

immodifika

Marmosops pinheiroi, Marmosops bishopi u Marmosops juninensis għal żmien twil kienu meqjusin bħala sottospeċi u b'hekk jirrapreżentaw l-istess speċi Marmosops parvidens, sakemm ġie skopert li M. pinheiroi u M. parvidens jgħixu simpatrikament (flimkien fl-istess lokalità) fil-Gujana Franċiża.

Referenzi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika
  NODES
Idea 1
idea 1